Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Ginea Bissau

Miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Ginea Bissau

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni 2012/285/PESK rigward miżuri restrittivi diretti kontra 1erti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltá tal-Ginea Bissau

Ir-Regolament (UE) Nru 377/2012 rigward miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltá tal-Ginea Bissau

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI U TAR-REGOLAMENT?

Dawn huma parti mis-sett ta’ għodda tal-politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) tal-Unjoni Ewropea (UE), biex tippromwovi l-objettivi ta’ PESK billi tipprovdi l-bażi legali għas-sanzjonijiet tal-UE fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Ginea Bissau wara r-ribelljoni militari tal-1 ta’ April 2010 u l-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012.

PUNTI EWLENIN

Id-deċiżjoni u r-regolament, li kienu emendati bosta drabi, jeħtieġu li l-Istati Membri tal-UE jieħdu miżuri biex:

  • jevitaw id-dħul fi jew tranżitu mit-territorji tagħhom ta’ persuni u l-assoċjati tagħhom, identifikati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti bħala li jieħdu sehem fi jew jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, stabbilità jew sigurtà tal-Ginea Bissau (Anness I) flimkien ma’ dawk identifikati b’mod awtonomu mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Anness II).
  • jiffriżaw il-fondi u riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma ta’, huma miżmuma jew ikkontrollati minn persuni elenkati f’Anness III.
  • jipprojbixxu l-provvediment ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dawk l-istess persuni.

Lista tal-persuni suġġetti għal dawn il-miżuri restrittivi tinsab fl-annessi għad-deċiżjoni u għar-regolament. Il-Kunsill jiddeċiedi dwar bidliet għal dawk il-listi.

Derogi

Kemm id-deċiżjoni kif ukoll ir-regolament jippermettu derogazzjonijiet minn dawn il-miżuri li jinkludu:

  • ir-rilaxx ta’ ċerti assi ffriżati għalskopijiet leġittimi;
  • ivvjaġġar għal raġunijiet umanitarji.

Eżenzjonijiet umanitarji

F’Lulju 2023, wara li rreveda l-miżuri fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Ginea Bissau, il-Kunsill ikkonkluda li eżenzjoni umanitarja applikabbli għal ċerti nies jew entitajiet, kif hemm imniżżel fir-Riżoluzzjoni 2664 (2022) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, għandha tiddaħħal b’relazzjoni mal-miżuri kumplimentarji tal-UE fir-rigward ta’ friżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1598 u r-Regolament (UE) 2023/1593 jemendaw id-Deċiżjoni 2012/285/PESK u r-Regolament (UE) Nru. 377/2012 rispettivament.

MINN META BDEW JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONI U R-REGOLAMENT?

  • Id-deċiżjoni ilha tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2012.
  • Ir-regolament ilu japplika mill-4 ta’ Mejju 2012.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK tal-31 ta’ Mejju 2012 rigward miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea-Bissau u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/237/PESK (ĠU L 142, 1.6.2012, pp. 36–46).

L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 rigward miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea-Bissau (ĠU L 119, 4.5.2012, pp. 1–8).

Ara l-verżjoni konsolidata.

DOKUMENTI RELATATI

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu V — Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Kapitolu 2 — Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Taqsima 1 — Dispożizzjonijiet komuni — l-Artikolu (29 (ex Artikolu 15 TUE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 33).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Il-Ħames Parti — L-azzjoni esterna tal-Unjoni — Titolu IV — Miżuri restrittivi — l-Artikolu (215 (ex Artikolu 301 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 144).

l-aħħar aġġornament 26.04.2024

Top