EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Imballaġġ ta’ plastik riċiklat f’kuntatt mal-ikel

Imballaġġ ta’ plastik riċiklat f’kuntatt mal-ikel

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) Nru 2022/1616 dwar materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi r-regoli:

  • il-bejgħ ta’ materjali u oġġetti tal-plastik immanifatturati b’teknoloġija xierqa ta’ riċiklaġġ minn skart* plastiks li huma maħsuba li huma jew li raġonevolment huma mistennija li jiġu f’kuntatt mal-ikel;
  • l-iżvilupp u l-operazzjoni ta’ teknoloġiji, proċessi u installazzjonijiet tar-riċiklaġġ biex jipproduċu dak il-plastik riċiklat;
  • l-użu ta’ materjali u oġġetti tal-plastik f’kuntatt mal-ikel li kienu, jew li huma maħsuba li jkunu riċiklati

PUNTI EWLENIN

Teknoloġiji xierqa tar-riċiklaġġ

  • jridu jiżguraw li materjali tal-plastik riċiklat:
    • huma mikrobijoloġikament sikuri;
    • ma jirrilaxxawx il-kostitwenti tagħhom f’ikel b’ammonti li jistgħu jipperikolaw is-saħħa tal-bniedem; jew jibdlu għal livelli mhux aċċettabbli, il-kompożizzjoni tal-ikel jew il-kulur tiegħu, l-aroma u t-togħma jew is-sawra (karatteristċi organolettiċi).
    • jkollhom t-tikkettar, ir-reklamar u l-preżentazzjoni li ma tqarraqkx lil-pubbliku;
  • huma:
    • kategorizzati skont fatturi bħal tip, kollezzjoni u oriġini ta’ materjal ta’ input u l-użu maħsub tal-plastik riċiklat;
    • imniżżel f’Anness I tar-regolament u jista’ wkoll ikun awtorizzat individwalment mill-Kummissjoni Ewropea.

Biex jitqiegħdu fis-suq, il-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklati jridu:

  • jkunu manifatturi b’waħda minn dawn li ġejjin:
    • teknoloġija xierqa mniżżla f’Anness I,
    • teknoloġija ġdida (waħda li tistenna awtorizzazzjoni bħala xierqa) konformi mal-proċedura stabbilita f’Kapitolu IV.
  • jkollha d-dokumentazzjoni, l-istruzzjonijiet u t-tikkettar neċessarji

Operaturi tal-immaniġġjar tal-iskart jridu jiżguraw li l-iskart tal-plastik miġbur:

  • jkun ġie biss minn skart muniċipali jew minn negozju speċifiku tal-ikel għall-konsumaturi jew minn negozji oħra tal-ikel, ikunu miġbura minn sistema tal-ġbir iċċertifikata, suġġetta għal eċċezzjonijiet possibbli;
  • jkollu biss materjali u oġġetti tal-plastiks li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ Regolament (UE) Nru. 10/2011 dwar plastiks li jiġu f’kuntatt ma’ ikel (ara sommarju;
  • ikun miġbur separatament; jew
  • ikun miġbur bi skema ta’ riċiklaġġ ġestita minn entità singola fejn il-parteċipanti suġġetti għar-regoli ta’ dik l-iskema jiżguraw li l-plastik mhuwiex ikkontaminat.

Regoli għar-riċiklar tal-plastiks jeħtieġu operaturi tan-negozj tal-ikel:

  • biex jikkonformaw, meta jużawhom, mal-istruzzjonijiet li jakkumpanjaw il-prodotti;
  • jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lil konsumaturi li jiġu f’kuntatt ma’ ikel ippakkjat f’materjali bħal dawk;

Regoli dwar l-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ jgħidu li:

  • bosta operaturi jistgħu jiżviluppaw teknoloġiji ġodda indipendentement jew flimkien, imma jridu jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom u lil Kummissjoni u jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar ix-xogħol tagħhom, inklużi evidenza u studji xjentifiċi li fuqhom din hi bbażata;
  • installazzjonijiet ta’ riċiklaġġ li jużaw teknoloġija ġdida jridu:
    • jikkonformaw ma’ ċerti rekwiżiti amminstrattivi u jipprovdu u jaġġornaw informazzjoni li tiġbor fil-qasir il-proċess komplut u l-istadji prinċipali tal-manifattura, b’dokumentazzjoni ta’ appoġġ;
    • jissorveljaw il-livelli medji ta’ tniġġis b’kampjunar ta’ input ta’ plastik u lottijiet ta’ output, u jippubblikaw rapport dettaljat kull sitt xhur fuq il-website tagħhom;
  • il-Kummissjoni (meta tqis li hemm data suffiċjenti disponibbli):
    • trid’ titlob li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tassessja teknoloġija ġdida,
    • trid tiddeċiedi, fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, jekk tapprovahx,
    • tista’ tiddeċiedi, jew fuq inizjattiva tagħha jew meta tkun mitluba minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE) biex tapplika kundizzjonijiet addizzjonali dwar l-użu ta’ teknoloġija jew tiddikjaraha mhux xierqa.

Proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ proċess individwali ta’ riċiklaġġ

  • Awtorizzazzjoni hi meħtieġa biss jekk teknoloġija xierqa li hi tuża teħtieġha.
  • L-iżviluppatur tal-proċess tad-dekontaminazzjoni hu meħtieġ jagħmel applikazzjoni, b’dokumentazzjoni xierqa, lill-awtorità nazzjonali rilevanti, li mbagħad tinforma lill-EFSA.
  • EFSA trid tivverifka l-proċess u tidditermina jekk il-proċess jistgħax japplika t-teknoloġija adattata tar-riċiklaġġ ħalli l-materjali tal-plastik ikunu sikuri u toħroġ opinjoni xjentifika fir-rigward tal-proċess tar-riċiklaġġ.
  • Il-Kummissjoni, wara li tqis dik l-opinjoni, trid tiddeċiedi jekk tapprovax l-għotja jew tirrifjutax l-awtorizzazzjoni bżonnjuża.
  • EFSA għandha tipprovdi gwida xjentifika li tiddeskrivi l-kriterja tal-evalwazzjoni li ser tuża għal kull teknoloġija tar-riċiklaġġ adattata li teħtieġ l-awtorizzazzjoni tal-proċessi tar-riċiklaġġ individwali.
  • Operaturi tan-negozju li l-awtorizzazzjoni tal-proċess tagħhom ingħatat isiru detenturi tal-awtorizzazzjoni. Huma għandhom jikkonformaw ma’ obbligi ġenerali, inkluż li jipprovdu riċiklaturi bl-informazzjoni bżonnjuża, jinnotifikaw il-bidliet għall-proċess u s-sjieda tiegħu lill-Kummissjoni u jonoraw ir-responsabilitajiet ċivili u kriminali tagħhom.
  • Il-Kummissjoni tista’ timmodifika, tissospendi jew tħassar awtorizzazzjonijiet jekk ċerti kriterji jintlaħqu.

Il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi reġistru tal-UE għal teknoloġiji ġodda, riċiklaturi, u proċessi tar-riċiklaġġ, skemi tar-riċiklaġġ u installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni. Dan ikollu dettalji dwar:

  • l-installazzjoni tad-dekontaminazzjoni u l-faċilità tar-riċiklaġġ fejn il-plastik riċiklat ikun immanifatturat;
  • i-proċess awtorizzat tar-riċiklaġġ użat;
  • l-isem tal-iskema tar-riċiklaġġ u l-identità tal-operatur;
  • l-isem ta’ kwalunkwe teknoloġija ġdida użata.

Ir-riċiklaturi jridu:

  • jikkonformaw ma’ rekwiżiti amminstrattivi, bħal notifika lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom 30 jum qabel il-bidu tal-produzzjoni tal-plastik riċiklat;
  • iħejju skeda tas-sommarju tas-sorveljanza tal-konformità għal kull installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni taħt il-kontroll tagħhom, u jużaw il-mudell li hemm f’Anness II tar-regolament, u jiksbu l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti fit-territorju tagħhom.
  • jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità skont id-deskrizzjoni u l-mudell li hemm f’Parti A tal-Anness III.

Kontrolli uffiċjali tal-installazzjonijiet tar-riċiklaġġ jinkludu:

  • awditi ta’ operaturi, valutazzjoni tal-prattiċi ta’ manifattura tajba u eżami tal-kontrolli u sorveljanza tal-konformità tal-proċeduri attwali;
  • is-setgħa ta’ awtoritajiet nazzjonali li jiddikjaraw lott ta’ plastik riċiklat mhux konformi għar-raġunijiet li ġejjin:
    • għax kien poġġut fis-suq mingħajr dokumentazzjoni jew tikkettar xieraq,
    • ir-riċiklatur ma jistgħax jipprova li kien magħmul konformi mar-regolament,
    • għax kien immanifatturat f’installazzjoni tar-riċiklaġġ li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-regolament;
  • is-setgħa tal-awtoritajiet nazzjonali li jitolbu li operatur jirranġa d-defiċjenzi, u anki jipprojbixxu l-bejgħ tal-prodott.

Ir-regolament ma japplikax għall-użu ta’ skart biex timmanifattura sustanzi (monomeri u sustanzi oħra tal-bidu, addittivi esklużi kuluranti, għajnuniet għall-produzzjoni ta’ polimeru esklużi solventi u makromolekuli minn fermentazzjoni mikrobjali) koperti minn Artikolu 5 ta’ Regolament (UE) Nru.10/2011.

Ir-regolament għandu xi arranġamenti tranżizzjonali u jħassar Regolament (KE) Nru. 282/2008

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-10 ta’ Ottubru 2022

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Skart. Kull sustanza jew oġġett li d-detentur jarmi jew għandu intenzjoni li/għandu jarmi.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1616 tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar materjali u artikli tal-plastik riċiklat maħsuba li jiġu f’kuntatt ma’ ikel, u li jħassar Regolament (KE) Nru. 282/2008 (ĠU L 243, 20.9.2022, pp. 3-46).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2022/1616 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lil-Parliament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni - Pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija ċirkolari ġdida għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva (COM(2020) 98 finali, 11.3.2020).

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lil-Parliament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni - Strateġija Ewropea għall-plastiks f’ekonomija ċirkolari (COM(2018) 28 finali, 16.1.2018).

Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, pp. 1-142).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru. 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar materjali u artikli tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt ma’ ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, pp. 1-89).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar prattiċi tal-manifattura tajba għal materjali u artikli maħsuba li jiġu f’kuntatt ma’ ikel (ĠU L 384, 29.12.2006, pp. 75-78).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, pp. 1-24).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 13.01.2023

Top