EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Sigurtà marittima: livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara

Sigurtà marittima: livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara

 

SOMMARJU TA’:

Direttiva (UE) 2022/993 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Għandha l-għan li żżomm u ttejjeb il-livell ta’ għarfien u l-ħiliet tal-baħħara tal-Unjoni Ewropea (UE) billi ġġib it-taħriġ marittimu u ċ-ċertifikazzjoni f’konformità mar-regoli internazzjonali u l-progress teknoloġiku.

PUNTI EWLENIN

Konvenzjoni Internazzjonali

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-direttiva tapplika għall-baħħara li jservu abbord bastimenti li jbaħħru li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru bl-eċċezzjoni ta’:

  • vapuri tal-gwerra, awżiljarji navali jew vapuri oħra li jkunu l-proprjetà ta’ jew imħaddma minn Stat Membru u li jkunu involuti biss għal servizzi mhux kummerċjali tal-gvern;
  • bastimenti tas-sajd;
  • dgħajjes tal-pjaċir mhux użati fil-kummerċ;
  • vapuri tal-injam ta’ struttura primittiva.

Elementi ewlenin

Id-direttiva tkopri għadd ta’ elementi, inklużi:

  • regoli ta’ taħriġ u standards ta’ kompetenzi meħtieġa biex jinkiseb jew jiġi validat mill-ġdid ċertifikat biex jitwettqu l-funzjonijiet koperti miċ-ċertifikat ta’ kompetenza jew iċ-ċertifikat ta’ profiċjenza;
  • Ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jinnominaw korp biex jipprovdi taħriġ, jorganizza u/jew jissorvelja kwalunkwe eżami li jista’ jkun meħtieġ, joħroġ ċertifikati u jagħti dispensa;
  • Ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jadottaw u jinfurzaw miżuri speċifiċi biex jipprevjenu u jissanzjonaw prattiki frodulenti relatati maċ-ċertifikati ta’ profiċjenza u kompetenza;
  • il-kriterji għall-monitoraġġ regolari tal-konformità tal-Istati Membri mar-rekwiżiti stabbiliti fid-direttiva;
  • miżuri biex tiġi żgurata l-komunikazzjoni bejn il-membri tal-ekwipaġġ tal-bastimenti;
  • kriterji u proċeduri komuni għar-rikonoxximent mill-Istati Membri taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi li mhumiex fl-UE, abbażi tar-rekwiżiti ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-konvenzjoni;
  • sistema effiċjenti u ċentralizzata għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi li mhumiex fl-UE u kjarifiki ulterjuri dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri, inklużi ċertifikati mediċi;
  • l-istabbiliment ta’ djalogu mal-imsieħba soċjali u l-Istati Membri biex jiżviluppaw inizjattivi ta’ taħriġ marittimu flimkien mal-livell minimu ta’ taħriġ miftiehem internazzjonalment, li jista’ jiġi rikonoxxut b’mod reċiproku mill-Istati Membri bħala diplomi marittimi Ewropej ta’ eċċellenza;
  • regoli dwar perjodi minimi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa biex jittejbu s-sikurezza marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis fuq il-baħar;
  • raġunijiet speċifiċi għad-detenzjoni ta’ bastiment, fejn jinstab li dan jikkostitwixxi periklu għall-proprjetà, persuni jew l-ambjent.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-Direttiva (UE) 2022/993 tikkodifika u tirrevoka d-Direttiva 2008/106/KE, kif emendata mid-Direttiva 2012/35/EU u d-Direttiva (UE) 2019/1159.

Id-Direttiva 2012/35/UE kella tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sal-4 ta’ Lulju 2014 u d-Direttiva (UE) 2019/1159 sat-2 ta’ Awwissu 2021.

SFOND

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima hija responsabbli għas-sigurtà marittima fl-UE.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva (UE) 2022/993 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2022 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (ĠU L 169, 27.6.2022, pp. 45-90).

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-port (ĠU L 131, 28.5.2009, pp. 57-100).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2009/16/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà Marittima (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1-9).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (ECSA) u l-Federazzjoni ta’ l-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport ) — Annssx: Il-Ftehim Ewropew dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara (ĠU L 167, 2.7.1999, pp. 33-37).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 12.09.2022

Top