Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (2021–2027)

Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (2021–2027)

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2021/1147 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, bil-għan li jikkontribwixxi għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji u li jgħin jimplimenta, isaħħaħ u jiżviluppa l-politika komuni dwar l-ażil u l-immigrazzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE).

PUNTI EWLENIN

Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) 2021–2027 huwa wieħed minn diversi regolamenti adottati mill-UE fil-qasam tal-libertà, ġustizzja u sigurtà. Dawn jinkludu:

  • Ir-Regolament (UE) 2021/1148 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ara s-sommarju)
  • Ir-Regolament (UE) 2021/1149 li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (ara s-sommarju).

Objettivi

Il-fond għandu 4 objettivi speċifiċi:

  • isaħħaħ u jiżviluppa s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, inkluż id-dimensjoni esterna tagħha;
  • isaħħaħ u jiżviluppa l-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri tal-UE, li jinkludi l-promozzjoni tal-integrazzjoni u l-inklużjoni soċjali
  • jikkontribwixxi għall-isforzi kontra l-migrazzjoni irregolari u jsaħħaħ ritorn u riammissjoni sikuri u dinjitużi;
  • isaħħaħ is-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri.

Il-baġit u l-allokazzjoni tal-fondi

  • Il-fond għandu baġit ta’ EUR 9.882 biljun għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027, it-tul tal-qafas finanzjarju pluriennali.
  • EUR 6.270 biljun huma allokati għall-programmi tal-Istati Membri u EUR 3.612 biljun għall-“faċilità tematika”, li għandha diversi komponenti inkluż
  • Kull Stat Membru jirċievi somma fissa ta’ EUR 8 miljun fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ Ċipru, il-Greċja u Malta li jirċievu EUR 28 miljun kull wieħed.
  • Il-kumplament tal-allokazzjoni jinqasam kif ġej
    • 35 % għall-ażil
    • 30 % għall-migrazzjoni legali u l-integrazzjoni
    • 35 % għall-migrazzjoni irregolari u r-ritorni.
  • L-Istati Membri għandhom jallokaw mill-inqas 15 % tal-allokazzjoni tagħhom għall-objettivi tal-ażil u l-migrazzjoni legali u l-integrazzjoni.
  • Minimu ta’ 20 % mill-faċilità tematika għandu jiġi assenjat għall-objettiv ta’ solidarjetà.

Ir-risistemazzjoni, l-ammissjoni umanitarja u r-rilokazzjoni

Il-fond jagħti somom f’daqqa lill-Istati Membri għall-każijiet li ġejjin:

  • EUR 10,000 għal kull persuna ammessa permezz ta’ risistemazzjoni, inkluż membri tal-familja;
  • EUR 6,000 għal kull persuna ammessa permezz ta’ ammissjoni umanitarja, bl-ammont li jiżdied għal EUR 8,000 għal persuni vulnerabbli — il-membri tal-familja jistgħu jkunu eliġibbli wkoll;
  • EUR 10,000 għal kull applikant / benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali ttrasferit minn Stat Membru għal ieħor, inkluż membri tal-familja.

Pajjiżi mhux tal-UE

  • Il-fond jista’ jappoġġa azzjonijiet f’pajjiżi mhux tal-UE jew fir-rigward tagħhom jekk dawn:
    • jikkontribwixxu għall-objettivi tal-fond;
    • mhumiex orjentati lejn l-iżvilupp;
    • huma kkoordinati ma’ azzjonijiet oħra tal-UE; u
    • huma konsistenti mal-prijoritajiet u mal-politika esterna tal-UE.
  • L-azzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE u l-assistenza għar-riintegrazzjoni jistgħu jiġu appoġġati permezz tal-faċilità tematika.
  • Il-pajjiżi mhux tal-UE wkoll jistgħu jkunu assoċjati mal-fond, soġġetti għal garanziji u ftehimiet speċifiċi.

MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (ĠU L 251, 15.7.2021, pp. 1-47)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 251, 15.7.2021, pp. 48-93)

Ir-Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (ĠU L 251, 15.7.2021, pp. 94-131)

Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, pp. 98-107)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE tal-14 ta’ Mejju 2008 li tistabbilixxi Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni (ĠU L 131, 21.5.2008, pp. 7-12)

L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 27.09.2021

Top