Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Rekwiżiti tal-ekodisinn — servers u prodotti għall-ħżin tad-data

Rekwiżiti tal-ekodisinn — servers u prodotti għall-ħżin tad-data

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2019/424 dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għas-servers u għall-prodotti għall-ħżin tad-data

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan għandu l-għan li jillimita l-impatt ambjentali tas-servers u tal-prodotti għall-ħżin tad-data b’sett ta’ regoli dwar l-effiċjenza enerġetika.

PUNTI EWLENIN

  • Ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn1 għat-tqegħid fis-suq ta’ servers u ta’ prodotti għall-ħżin tad-data online u l-użu tagħhom.
  • Ir-Regolament ma japplikax għal:
    • servers2 maħsuba għal applikazzjonijiet inkorporati3
    • servers ikklassifikati bħala servers fuq skala żgħira skont ir-Regolament (UE) Nru 617/2013;
    • servers b’aktar minn erba’ sokits tal-proċessur4
    • apparat tas-servers5
    • servers kbar6
    • servers kompletament tolleranti għall-ħsara7
    • servers tan-network8
    • prodotti żgħar għall-ħżin tad-data9
    • prodotti kbar għall-ħżin tad-data.
  • Ir-Regolament jemenda r-Regolament (UE) Nru 617/2013 biex jeskludi s-servers tal-kompjuter mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.
  • Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn huma stabbiliti fl-Anness II.
  • Ir-Regolament jispeċifika liema proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità japplikaw.
  • L-awtoritajiet nazzjonali għandhom japplikaw il-proċeduri ta’ verifika stabbiliti fl-Anness IV meta jwettqu l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq.
  • L-Anness V jistabbilixxi parametri referenzjarji indikattivi għas-servers u għall-prodotti tal-ħżin tad-data bl-aqwa prestazzjoni disponibbli fis-suq.
  • Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirrieżamina dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati tagħha, inkluż, jekk ikun xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni, sa Marzu tal-2022.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mis-. L-emendi tar-Regolament għar-Regolament (UE) Nru 617/2013 ilhom japplikaw mill-.

SFOND

Id-Direttiva 2009/125/KE tistabbilixxi qafas biex jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dawn ir-rekwiżiti għall-prodotti li jiġu mibjugħa u nnegozjati ħafna fl-UE u li għandhom impatt ambjentali sinifikanti.

Għal aktar informazzjoni ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Ekodisinn. Politika għat-titjib, permezz ta’ disinn aħjar, tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, speċjalment l-effiċjenza enerġetika tagħhom.
  2. Server. Prodott tal-computing li jipprovdi servizzi u jimmaniġġja riżorsi imqabbda b’network għal apparati tal-klijent, bħal kompjuters desktop, kompjuters notebook, eċċ.
  3. Applikazzjoni inkorporata. Applikazzjoni ta’ software li toqgħod b’mod permanenti ġewwa apparat industrijali jew tal-konsumatur, tipikament maħżuna f’memorja mhux volatili bħal memorja li tinqara biss jew memorja flash.
  4. Server b’aktar minn erba’ sokits tal-proċessur. Server li fih aktar minn erba’ interfaċċji ddisinjati għall-installazzjoni ta’ proċessur.
  5. Apparat tas-servers. Server li mhuwiex maħsub biex jimplimenta software pprodvut mill-utent, jipprovdi servizzi permezz ta’ network wieħed jew aktar, tipikament jiġi mmaniġġjat permezz ta’ interfaċċja fuq il-web jew permezz ta’ interfaċċja tal-linja tal-kmandi u li jiġi b’sistema operatorja u software tal-applikazzjoni installati minn qabel li jintuża biex jaqdi funzjoni dedikata jew sett ta’ funzjonijiet li huma akkoppjati flimkien mill-qrib.
  6. Server kbir. Server reżiljenti li jiġi kkonsenjat bħala sistema integrata minn qabel/ittestjata minn qabel u li jitqiegħed fi xkaffa waħda jew aktar tal-frejm sħiħ u li jinkludi subsistema tal-input/tal-output ta’ konnettività għolja b’minimu ta’ 32 slot iddedikati għall-input/għall-output.
  7. Server kompletament tolleranti għall-ħsara. Server li jkun iddisinjat b’ridondanza sħiħa tal-hardware (sabiex fl-istess ħin u b’mod ripetut iwettaq ammont ta’ xogħol wieħed għad-disponibbiltà kontinwa f’applikazzjonijiet kritiċi għall-missjoni), li fih kull komponent tal-computing jiġi rreplikat bejn żewġ nodi li jwettqu tagħbijiet tax-xogħol b’mod identiku u simultanju.
  8. Server tan-network. Prodott tan-network li jkun fih l-istess komponenti bħal server flimkien ma’ aktar minn 11-il port tan-network bi throughput totali tar-rata tal-linja ta’ 12 Gb/s jew aktar, il-kapaċità li jiġu kkonfigurati mill-ġdid b’mod dinamiku l-ports u l-veloċità u l-appoġġ għal ambjent tan-network virtwalizzat permezz ta’ network definit b’software.
  9. Prodott għall-ħżin tad-data. Sistema ta’ ħżin kompletament funzjonali li tipprovdi servizzi ta’ ħżin tad-data lill-klijenti u lill-apparati mqabbda direttament jew permezz ta’ network.

DOKUMENTI EWLENIN

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/424 tal- li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti għall-ħażna tad-data skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 (ĠU L 74, , pp. 46-66)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2019/424 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament

Top