Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew
SOMMARJU TA’:
Regoli ta’ Proċedura — id-disa’ leġislatura
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLI?
- Dawn jistabbilixxu l-organizzazzjoni interna u l-ħidma tal-unika istituzzjoni pan-Ewropea tal-UE li hija eletta direttament. Skont l-Artikolu 232 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew għandu s-setgħa jadotta r-Regoli ta’ Proċedura proprji tiegħu.
- Id-dokument ikopri l-aspetti proċedurali kollha tax-xogħlijiet parlamentari.
PUNTI EWLENIN
Ir-regoli jkopru l-aspetti li ġejjin tal-ħajja parlamentari:
Il-Membri tal-Parlament Ewropew (MPE):
Uffiċjali tal-Parlament
Il-MPE jeleġġu l-President, 14-il Viċi-President u 5 Kwesturi b’vot sigriet għal terminu ta’ 2.5 snin.
- Il-President:
- huwa responsabbli għad-direzzjoni globali tal-Parlament u d-diversi operazzjonijiet tiegħu;
- jirrappreżenta l-Parlament;
- jiżgura l-osservanza tar-regoli u jżomm l-ordni;
- jiftaħ, jissospendi u jagħlaq is-seduti, imexxi d-dibattiti u jissorvelja l-votazzjonijiet;
- jieħu deċiżjonijiet rigward l-ammissibilità ta’ emendi, ta’ testi oħra mressqa għall-vot u ta’ mistoqsijiet parlamentari; u
- jirreferi l-kwistjonijiet lill-kumitati parlamentari li jikkonċernaw lilhom.
- Il-Viċi-Presidenti għandhom responsabbiltajiet speċifiċi u jissostitwxxu lill-President meta jkun meħtieġ.
- Il-Kwesturi huma responsabbli għal kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji li jikkonċernaw lill-MPE direttament.
- Il-Bureau jikkonsisti mill-President u 14-il Viċi President. Dan jiddeċiedi fuq kwistjonijiet finanzjarji, organizzazzjonali u amministrattivi li jaffettwaw lill-Parlament.
- Il-Konferenza tal-Presidenti tikkonsisti mill-President tal-Parlament u l-Presidenti tal-gruppi politiċi (ara hawn taħt). Din torganizza l-ħidma politika tal-Parlament u tiddeċiedi dwar l-ippjanar leġiżlattiv.
- Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati hija magħmula mill-presidenti tal-kumitati permanenti u l-kumitati parlamentari speċjali kollha. Din tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-ħidma tal-kumitat u l-aġendi tas-sessjoni plenarja.
- Il-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet tikkonsisti mill-presidenti tad-delegazzjonijiet kollha tal-Parlament għal parlamenti xi mkien ieħor fid-dinja. Din tista’ tagħmel rakkomandazzjonijeit dwar il-ħidma tad-delegazzjonijiet.
- Il-gruppi politiċi huma magħmula mill-MPE abbażi tal-affinitajiet politiċi tagħhom. Huwa meħtieġ minimu ta’ 23 MPE, eletti f’mill-inqas kwart tal-Istati Membri tal-UE, biex jiġi ffurmat grupp. Dawn jirċievu appoġġ finanzjarju u amministrattiv skont id-daqs tagħhom.
- Xi MPE ma jappartjenux għal grupp politiku. Dawn jirċievu appoġġ għall-attivitajiet parlamentari tagħhom.
- Il-MPE individwali minn gruppi politiċi differenti jistgħu jiffurmaw intergrupp bejn il-partiti dwar kwistjonijiet speċifiċi bħall-benessri tal-annimali jew is-saħħa pubblika.
Proċeduri leġiżlattivi
Matul dawk il-proċeduri leġiżlattivi, il-Parlament jagħti attenzjoni speċifika lil kwistjonijiet bħar-rispett għad-drittijiet fundamentali, il-bażi legali, id-delegazzjoni ta’ setgħat leġiżlattivi, il-kompatibbiltà finanzjarja u r-rispett għas-sussidjarjetà.
Proċeduri fuq inizjattiva proprja
Fil-każ ta’ rapporti leġiżattivi fuq inizjattiva proprja, il-Parlament jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tissottometti proposti (ir-Regola 47) jew tissottometti proposti fil-każijiet ipprovduti mit-Trattati (ir-Regola 46).
Rapporti mhux leġislattivi
Il-Parlament jista’ jħejji wkoll rapporti mhux leġiżlattivi fuq inizjattiva proprja dwar kwistjonijiet speċifiċi:
- Affarijiet kostituzzjonali, fejn ir-regoli jkopru r-rwol tal-Parlament meta jiġu emendati t-trattati tal-UE, jissieħeb pajjiż ġdid mal-UE jew Stat Membru tal-UE jiddeċiedi li jitlaq mill-UE.
- Proċeduri baġitarji, fejn ir-regoli jkopru kemm il-kunsiderazzjoni tal-baġit annwali tal-UE u l-qafas finanzjarju pluriennali tagħha.
- Ftehimiet internazzjonali, fejn hija meħtieġa l-approvazzjoni jew l-opinjoni tal-Parlament għal ftehimiet internazzjonali. Dan jista’ jiġi kkonsultat dwar aspetti tal-politika barranija u tas-sigurtà komuni tal-UE.
Relazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-UE
Il-Parlament:
Mistoqsijiet parlamentari
Il-MPE jistgħu jressqu mistoqsijiet bil-miktub lil:
Huma jistgħu jressqu wkoll mistoqsijiet orali, li huma segwiti minn dibattitu, lill-Kunsill jew lill-Kummissjoni.
Relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali
- Il-Parlament iżomm parlamenti nazzjonali infurmati b’mod regolari dwar l-attivitajiet tiegħu. Il-MPE u l-Membri Parlamentari nazzjonali jiltaqgħu okkażjonalment fil-Konferenza tal-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet Ewropej.
Sessjonijiet tal-Parlament
- Il-Parlament ikollu sessjonijiet parzjali plenari ta’ erbat ijiem 12-il darba fis-sena fi Strasburgu u sessjonijiet parzjali addizzjonali fi Brussell.
- Ir-regoli dettaljati jkopru kwistjonijiet bħal:
- ħin għad-diskorsi;
- użu tal-lingwi;
- tqassim tad-dokumenti;
- votazzjoni.
Kumitati
- Il-kumitati permanenti jħejju d-deċiżjonijiet tal-Parlament fil-livell plenarju billi jippreżentaw rapporti u dokumenti oħrajn fil-qasam tal-kompetenza speċifika tagħhom.
- Il-kumitati speċjali jistgħu jiġu stabbiliti għal terminu speċifiku u għal suġġett speċifiku.
- Kumitati ta’ inkjesta jistgħu jiġu stabbiliti biex jinvestigaw allegati kontravenzjonijiet tad-dritt tal-UE jew amministrazzjoni ħażina possibbli.
Delegazzjonijiet interparlamentari
Il-Parlament jistabbilixxi kumitati konġunti mal-parlamenti nazzjonali madwar id-dinja u jikkoopera mal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.
Petizzjonijiet
Kwalunkwe ċittadin tal-UE jista’ jindirizza petizzjoni lill-Parlament dwar kwistjoni li taqa’ fl-oqsma tal-attività tal-UE u li taffettwa lill-petizzjonant direttament.
DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ
Dawn daħlu fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2019.
SFOND
Għall-aħħar iterazzjoni tar-regoli ta’ proċedura, ara:
Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENTI EWLENIN
Regoli ta’ Proċedura — id-disa’ leġislatura — Lulju 2019 (ĠU L 302, 22.11.2019, pp. 1-128)
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew id-disa’ leġislatura — Ġunju 2020
l-aħħar aġġornament 03.07.2020