This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Open internet access and intra-EU communications
Aċċess għal internet miftuħ u komunikazzjoni intra-UE
Aċċess għal internet miftuħ u komunikazzjoni intra-UE
Ir-Regolament (UE) 2015/2120 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ
Aċċess għal internet miftuħ
Il-fornituri tal-internet għandhom jittrattaw it-traffiku kollu b’mod ugwali meta jipprovdu servizzi ta’ aċċess għall-internet:
Il-fornituri jistgħu jużaw miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku raġonevoli, iżda dawn iridu jkunu trasparenti, mhux diskriminatorji, proporzjonati u mhux ibbażati fuq konsiderazzjonijiet kummerċjali.
Il-miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku ma jridux jimmonitorjaw kontenut speċifiku u ma jridux jitħallew fis-seħħ aktar milli hu neċessarju. Il-miżuri li jmorru lil hinn minn tali ġestjoni tat-traffiku raġonevoli (pereżempju, imblukkar jew throttling) huma pprojbiti, ħlief għal għadd limitat ta’ każijiet definiti fir-Regolament.
Ftehimiet dwar servizzi li jirrikjedu livell speċifiku ta’ kwalità huma permessi, dejjem jekk ma jkunux sostituti għall-aċċess għall-internet u ma jnaqqsux id-disponibbiltà jew il-kwalità tas-servizzi ta’ aċċess għall-internet. Fornituri tas-servizz tal-aċċess tal-internet għandhom jinfurmaw il-konsumaturi dwar:
Tariffi bl-imnut għal komunikazzjonijiet regolati intra-UE
Dan ilu japplika mit-30 ta’ April 2016.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, pp. 1-18).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2015/2120 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (ĠU L 321, 17.12.2018, pp. 1-35).
Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Riformulazzjoni) (ĠU L 321, 17.12.2018, pp. 36-214).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286 tal-15 ta’ Diċembru 2016 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ politika tal-użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li għandu jressaq fornitur tar-roaming għall-finijiet ta’ dik il-valutazzjoni (ĠU L 344, 17.12.2016, pp. 46-62).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 21.06.2022