EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Miżuri restrittivi tal-UE fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea

Miżuri restrittivi tal-UE fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni f’Guinea

Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI U TAR-REGOLAMENT?

Id-deċiżjoni u r-regolament huma parti mis-sett ta’ għodda tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) tal-Unjoni Ewropea (UE), u jippromwovu l-objettivi tal-PESK billi jipprovdu l-bażi legali għas-sanzjonijiet tal-UE fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea wara l-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 hemmhekk.

PUNTI EWLENIN

Id-deċiżjoni u r-regolament, li ġew emendati bosta drabi, jinkludu:

  • l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għal persuni identifikati mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli għall-avvenimenti tal-2009 fil-Guinea u l-assoċjati tagħhom (kif deċiż mill- Kunsill tal-Unjoni Ewropea);
  • rifjut ta’ dħul fit-territorju tal-UE għal dawk l-istess persuni.

Il-persuni soġġetti għal dawn il-miżuri huma elenkati fl-annessi għar-regolament u d-deċiżjoni. Il-Kunsill jiddeċiedi dwar bidliet għal dik il-lista.

Eżenzjonijiet

Kemm id-deċiżjoni kif ukoll ir-regolament jippermettu eżenzjonijiet minn dawn il-miżuri li jinkludu:

  • ir-rilaxx ta’ ċerti assi ffriżati għal skopijiet leġittimi;
  • ivvjaġġar għal raġunijiet umanitarji.

MINN META JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONI U R-REGOLAMENT?

  • Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK ilha tapplika mill-25 ta’ Ottubru 2010. Il-validità tagħha kienet estiża bosta drabi u issa ser teskadi fis-27 ta’ Ottubru 2024.
  • Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 ilu japplika mit-23 ta’ Diċembru 2009.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 Ottubru 2010 ta’ dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea (ĠU L 280, 26.10.2010, pp. 10–17).

Emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2010/638/PESK ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea (ĠU L 346, 23.12.2009, pp. 26–38).

Ara l-verżjoni konsolidata.

DOKUMENTI RELATATI

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu V — Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Kapitolu 2 — Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Taqsima 1 — Dispożizzjonijiet komuni — l-Artikolu (29 (ex Artikolu 15 TUE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 33).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Il-Ħames Parti — L-azzjoni esterna tal-Unjoni — Titolu IV — Miżuri restrittivi — l-Artikolu (215 (ex Artikolu 301 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 144).

l-aħħar aġġornament 17.11.2023

Top