Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ftehim ta’ djalogu politiku u ta’ kooperazzjoni ma’ Kuba

Ftehim ta’ djalogu politiku u ta’ kooperazzjoni ma’ Kuba

 

SOMMARJU TA’:

Deċiżjoni (UE) 2016/2232 —dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kuba

Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika ta’ Kuba

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONI?

Id-deċiżjoni tikkonċerna l-iffirmar, f’isem l-UE, tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni ma’ Kuba.

L-għanijiet tal-ftehim jinkludu:

  • il-kooperazzjoni u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn il-partijiet fl-oqsma tad-djalogu politiku, il-kooperazzjoni u l-kummerċ;
  • l-akkumpanjament tal-proċess tal-aġġornament tal-ekonomija u s-soċjetà f’Kuba billi jipprovdu bażi komprensiva għad-djalogu u l-kooperazzjoni;
  • it-titjib tal-kooperazzjoni msaħħa bilaterali u l-impenn reċiproku f’forums internazzjonali, b’mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, sabiex jissaħħu d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, jinkiseb l-iżvilupp sostenibbli u tintemm id-diskriminazzjoni;
  • l-appoġġ tal-isforzi biex jinkisbu l-għanijiet tal-qafas tal-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli 2030;
  • il-promozzjoni tal-kummerċ u r-relazzjonijiet ekonomiċi bbażati fuq ir-regoli u l-prinċipji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;
  • it-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali fl-Amerka Latina u l-Karibew;
  • il-promozzjoni tal-fehim billi jinkoraġġixxu d-djalogu bejn Kuba u l-pajjiżi tal-UE fil-livelli kollha.

PUNTI EWLENIN

Il-ftehim jinkludi 3 kapitoli ewlenin:

  • Djalogu politiku inkluż dwar:
  • Il-kooperazzjoni u d-djalogu fil-politika tas-settur inkluż fl-oqsma li ġejjin:
    • id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba;
    • il-ġustizzja, is-sigurtà taċ-ċittadini u l-migrazzjoni;
    • l-iżvilupp soċjali u l-koeżjoni soċjali;
    • l-ambjent, il-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri u t-tbdil fil-klima;
    • l-iżvilupp ekonomiku; u
    • l-integrazzjoni reġjonali u l-kooperazzjoni.
  • Il-kummerċ u l-kooperazzjoni kummerċjali li jinkludi:
    • riaffermazzjoni miż-żewġ partijiet tal-ħtieġa li jsegwu r-regoli tal-kummerċ internazzjonali inkluż il-ftehimiet tad-WTO;
    • il-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn is-servizzi doganali rispettivi;
    • it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-iffaċilitar tal-kummerċ;
    • il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-istandardizzazzjoni, il-metroloġija, l-akkreditazzjoni u l-valutazzjoni ta’ konformità biex jgħin ineħħi l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ;
    • il-promozzjoni tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni, inkluż fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali, dwar is-sigurtà tal-ikel, l-istandards tas-saħħa tal-annimali u l-pjanti u l-benessri tal-annimali;
    • l-inkoraġġiment tal-investiment permezz ta’ djalogu mmirat lejn it-titjib tal-fehim u l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta’ investiment u l-promozzjoni ta’ reġim kummerċjali u ta’ investiment stabbli, trasparenti u mhux diskriminatorju.

Kunsill Konġunt, li jiltaqa’ fuq livell ministerjali, jissorvelja l-implimentazzjoni tal-ftehim u t-twettiq tal-għanijiet tiegħu.

DATA TA’ DĦUL FIS-SEĦĦ

Bl-eċċezzjoni ta’ ċerti artikoli, il-ftehim ġie applikat proviżorjament mill-1 ta’ Novembru 2017.

SFOND

DOKUMENTI EWLENIN

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2232 tas-6 ta’ Diċembru 2016 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kuba, min-naħa l-oħra (ĠU L 337I, 13.12.2016, pp. 1-2).

Ftehim ta’ Djalogu politiku u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika ta’ Kuba, min-naħa l-oħra (ĠU L 337I,13.12.2016, pp. 3-40).

DOKUMENTI RELATATI

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika ta’ Kuba, min-naħa l-oħra (ĠU L 259, 7.10.2017, p. 1).

l-aħħar aġġornament 26.02.2020

Top