Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa

Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa

L-Ewropa għandha bżonn urġenti li tagħlaq id-diskrepanza fl-investiment tagħha. Bħala konsegwenza tal-kriżi ekonomika, il-livell ta’ investiment fl-Unjoni Ewropea (UE) naqas b’mod sinifikanti u matul is-snin li ġejjin huwa previst biss irkupru parzjali. Bħala riżultat l-irkupru ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir fit-tul u l-kompetittività qed jiġu mfixkla.

ATT

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment: Pjan ta' Investiment għall-Ewropa (COM(2014) 903 final tas-26.11.2014).

SOMMARJU

L-Ewropa għandha bżonn urġenti li tagħlaq id-diskrepanza fl-investiment tagħha. Bħala konsegwenza tal-kriżi ekonomika, il-livell ta’ investiment fl-Unjoni Ewropea (UE) naqas b’mod sinifikanti u matul is-snin li ġejjin huwa previst biss irkupru parzjali. Bħala riżultat l-irkupru ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir fit-tul u l-kompetittività qed jiġu mfixkla.

SFOND

Il-komunikazzjoni tistabbilixxi Pjan ta’ Investiment biex iservi 3 objettivi ta’ politika:

  • it-treġġigħ lura tax-xejriet ta’ tnaqqis fl-investiment u għajnuna biex tingħata spinta lill-ħolqien tal-impjiegi u l-irkupru ekonomiku, mingħajr ma dan ikun ta’ piż fuq il-finanzi pubbliċi nazzjonali jew jinħoloq dejn ġdid;
  • il-mixja sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet fit-tul tal-ekonomija tal-UE u tiżdied il-kompetittività;
  • tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tal-kapital uman, il-kapaċità produttiva, l-għarfien u l-infrastruttura fiżika, b’enfasi speċjali fuq aspetti vitali għas-Suq Uniku tal-UE.

X’SE JAGĦMEL IL-PJAN?

  • Jimmobilizza tal-inqas €315-il biljun (bn) f’investiment addizzjonali fuq 3 snin, biex jiġi massimizzat l-impatt tar-riżorsi pubbliċi u jiġi sfruttat l-investiment privat;
  • Jimmira inizjattivi biex jiġi żgurat li dan l-investiment addizzjonali jissodisfa l-ħtiġijiet tal-ekonomija reali;
  • Jistabbilixxi miżuri għal regolamentazzjoni aktar sempliċi, aħjar u aktar prevedibbli, b’mod partikolari billi jitneħħew l-ostakoli għat-tkabbir;
  • Isaħħaħ il-kundizzjonijiet ekwi u jneħħi l-ostakli għall-investiment fis-Suq Uniku;
  • Jiftaħ sorsi ġodda ta’ finanzjament fit-tul.

PUNTI EWLENIN

Qed jitwaqqaf Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (EFSI) ġdid bi sħab bejn il-Kummissjoni Ewropea (KE) u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).

Inizjalment, il-baġit tal-UE se jiggarantixxi €16-il bn, u l-BEI se jikkommetti €5 bn. Il-pajjiżi tal-UE u l-kumpaniji privati għandhom l-opportunità li jikkontribwixxu, b’kull €1 bn ta’ finanzjament iwassal għal tal-inqas €20 bn f’kapital.

Fil-livell tal-UE se jitwaqqaf repertorju ta’ proġetti, u “Ċentru” ta’ konsulenza għall-investiment biex jinġiebu flimkien il-kompetenzi u tissaħħaħ l-assistenza teknika fil-livelli kollha. Il-Kummissjoni se taħdem mal-investituri, mal-promoturi tal-proġetti u mal-partijiet interessati istituzzjonali sabiex jiġu ffaċilitati proġetti ta’ investiment ewlenin u jiġi żgurat li l-proġetti jkollhom aċċess għal sorsi xierqa ta’ finanzjament.

Għal aktar informazzjoni, ara:

l-aħħar aġġornament 20.05.2015

Top