This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014DC0247
Protezzjoni tal-Ewropa minn riskju ta’ terroriżmu
Protezzjoni tal-Ewropa minn riskju ta’ terroriżmu
Din il-komunikazzjoni tistipula l-ideat tal-Kummissjoni Ewropea sabiex tgħin lill-UE tipprevjeni attakki terroristiċi bl-użu ta’ materjali kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari u splussivi (CBN-E).
ATT
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar approċċ ġdid tal-UE għad-detezzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji CBRN-E. (COM(2014)247 finali tal-5.5.2014 - mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
SOMMARJU
Permezz ta’ din il-komunikazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tipproponi li ssaħħaħ l-isforzi tal-UE illi:
Attakki terroristiċi bħal dawk f’Madrid, f'Londra, f'Moska u fil-Maratona ta’ Boston juru l-livell għoli ta’ innovazzjoni ta’ min jattakka u l-faċilità relattiva li biha jistgħu jinkisbu ċerti materjali u komponenti CBRN-E.
Dan l-approċċ ġdid se jitpoġġa fil-prattika pass, pass u se jqis it-tipi differenti ta’ theddid u tal-ambjent. L-għanijiet jinkludu:
Matul il-proċess, il-Kummissjoni tirrakkomanda l-involviment tal-partijiet relevanti kollha, bħall-akkademiċi, is-settur privat jew l-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili, fix-xogħol.
Kxif aktar effettiv
Għan ewlieni tal-komunikazzjoni huwa li jintlaħaq kxif aktar effettiv. Dan jinkludi t-tijib tal-mod kif jiġi indirizzat theddid minn ġewwa (eżempju permezz ta’ proċeduri ta’ vvettjar tal-personal involut fil-katina ta’ provvista ta’ splussivi u materjali CBRN-E) u ttestjar tal-apparat ta’ kxif ta’ CBRN-E permezz ta’ provi prattiċi.
Provi
Eżempju, waqt is-Samit tal-UE u l-Afrika u waqt viżta presidenzjali tal-Istati Uniti fi Brussell fl-2014 intużaw u ġew ittestjati unitajiet mobbli ta’ kxif ta’ CBRN-E. Dan inkluda metodi mhux intrużivi ta’ kxif sabiex jinstabu splussivi, theddid kimiku, radjoloġiku u nukleari f’diversi stazzjonijiet tal-ferrovija u tal-metro fi Brussell. L-apparat ta’ kxif, f’forma ta’ apparat elettriku ħafif, li jinġarr, jagħti riżultati fi żmien sekondi.
Dawn il-provi taw informazzjoni siewja dwar kif isiru missjonijiet ta’ kxif ta’ theddid f’ambjenti differenti bħal infrastruttura kritika u hubs ta’ trasport. Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni illi tniedi aktar provi prattiċi għall-aparat ta’ detezzjoni f’żoni oħrajn tas-sigurtà ppubblika fl-2014-2015.
L-aħħar aġġornament: 28.07.2014