Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1230

    Pagamenti transkonfinali fl-UE

    Pagamenti transkonfinali fl-UE

     

    SOMMARJU TA’:

    Ir-Regolament (UE) 2021/1230 dwar il-ħlas transkonfinali fl-Unjoni Ewropea

    X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

    Huwa jikkodifika r-regoli fl-Unjoni Ewropea (UE) dwar:

    • pagamenti transkonfinali*
    • it-trasparenza tal-imposti tar-rata ta’ konverżjoni.

    PUNTI EWLENIN

    Ir-regolament japplika għal pagamenti transkonfinali denominati fi:

    Imposti* għal pagamenti transkonfinali f’euro jew fil munita nazzjonali ta’ Stati Membri parteċipattivi jridu jkunu l-istess bħal pagamenti korrispondenti ġewwa Stat Membru.

    Fornituri ta’ servizzi ta’ pagament* jipprovdu lill-klijenti:

    • li jużaw transazzjonijiet bil-cards, bla ħlas, bi:
      • imposti totali tal-konverżjoni tal-munita bħala persentaġġ tal-markup tar-rati ta’ konverżjoni ta’ referenza tal-euro tal-Bank Ċentrali Ewropew b’mod li jinftiehem u jiġi aċċessat faċilment qabel ma jsir il-pagament,
      • dettalji elettronikament mingħajr dewmien żejjed, u għall-inqas darba fix-xahar, wara t-trażazzjoni;
    • tagħmel trasferiment ta’ kreditu online ma’:
      • informazzjoni ċara, newtrali u li tinftiehem tal-ammont totali tat-trasferiment qabel it-tranżazzjoni, inkluż kwalunkwe miżata tat-tranżazzjoni u tal-converżjoni tal-munita.

    Kumpaniji li jipprovdu servizzi ta’ konverżjoni tal-muniti f’ATM jew minn fejn isir il-bejgħ jipprovdu l-klijenti b’informazzjoni li tkun murija b’mod ċar qabel ma ssir it-tranżazzjoni bi:

    • l-imposti totali tal-konverżjoni tal-munita bħala persentaġġ tal-markup;
    • l-ammont involut, kemm fil-munita stess ta’ min qed iħallas u ta’ min jirċievi l-ħlas, u possibbiltà li tħallas b’waħda jew bl-oħra.

    Klijenti u l-fornituri tal-oġġetti u s-servizzi li japplikaw ir-regolament biex jagħmlu u jirċievu pagamenti ser jużaw l-identifikatur tan-numru tal-kont għal pagament internazzjonali (IBAN) tagħhom u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tan-negozju (BIC) tal-fornitur tas-servizz ta’ pagament.

    L-Istati Membri:

    • jinnominaw awtoritajiet nazzjonali biex jimmonitorjaw u jassiguraw konformità mal-leġiżlazzjoni;
    • jistabbilixxu proċeduri għal utenti tas-servizz tal-pagament u oħrajn biex jissottomettu lmenti;
    • jistabbilixxu proċeduri ta’ lment u rimedju barra l-qorti li jkunu adegwati u effettivi;
    • jassiguraw kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom, speċjalment biex isolvu tilwim transkonfinali;
    • jintroduċu penali għal kwalunkwe ksur tal-leġiżlazzjoni.

    Il-Kummissjoni tippreżenta rapport sad-19 ta’ April 2022 dwar l-applikazzjoni u l-impatt tar-regolament, għall-inqas bejn il-15 ta’ Diċembru 2019 u d-19 ta’ Ottubru 2021, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

    Ir-Regolament iħassar ir-Regolament (KE) Nru 924/2009.

    MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

    • Dan ilu japplika mid-19 ta’ Awwissu 2021.
    • Stat Membru li ma għandux l-euro bħala l-munita nazzjonali tiegħu iżda li jiddeċiedi li jestendi l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament lill-munita nazzjonali tiegħu, ikun meħtieġ li jinnotifika l-Kummissjoni kif xieraq.

    SFOND

    Iż-żona unika ta’ pagamenti bl-euro timmira biex tassigura li:

    • meta jsiru pagamenti elettroniċi fiż-żona tal-euro jkunu faċli daqslikieku qed isiru pagamenti bil-flus;
    • ma jkun hemm l-ebda imposti addizzjonali meta jsir pagament elettroniku bl-euro minn Stat Membru għal ieħor.

    Id-Direttiva (UE) 2015/2366 teħtieġ li l-imposti u r-rata ta’ konverżjoni użati f’pagamenti transkonfinali jkunu trasparenti. Tispeċifika wkoll l-informazzjoni li għandha tingħata lill-klijenti (ara s-sommarju).

    TERMINI EWLENIN

    Pagamenti transkonfinali. Pagamenti elettroniċi bl-ingrossa jew bl-imnut fejn min qed iħallas u r-riċevituri huma f’pajjiżi differenti.
    Imposta. Il-ħlas dirett jew indirett marbut ma’ tranżazzjoni ta’ pagament.
    Fornitur ta’ servizzi ta’ pagament. Kumpanija li tgħin lin-negozji jaċċettaw karti ta’ kreditu jew ta’ debitu u portafoll elettroniku minn persuna jew permezz ta’ pagamenti online.

    DOKUMENT EWLIENI

    Ir-Regolament (UE) 2021/1230 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 2021 dwar pagamenti transkonfinali fl-Unjoni (kodifikazzjoni) (ĠU L 274, 30.7.2021, pp. 20–31).

    DOKUMENTI RELATATI

    Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, pp. 35-127).

    Emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2015/2366 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

    l-aħħar aġġornament 28.10.2021

    Fuq