Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1971

Il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC)

Il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC)

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 2018/1971 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC)

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Għanijiet ġenerali tal-BEREC

Awtoritajiet regolatorji nazzjonali (ARN) u awtoritajiet kompetenti oħrajn kif ukoll il-BEREC, il-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE għandhom dawn l-għanijiet ġenerali li jsegwu l-aġenda tal-Kodiċi Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi:

  • Il-promozzjoni tal-konnettività u netwerks ta’ kapaċità għolja ħafna, inklużi netwerks fissi, mobbli u mingħajr fili, għaċ-ċittadini u n-negozji kollha tal-UE, billi
    • jippermettu benefiċċji massimi f’termini ta’ għażla, prezz u kwalità permezz ta’ kompetizzjoni effettiva
    • iżommu s-sigurtà tan-netwerks u servizzi
    • jiżguraw protezzjoni għall-konsumaturi permezz ta’ regoli speċifiċi u
    • jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ gruppi soċjali speċifiċi, partikolarment klijenti b’diżabilità jew bi bżonnijiet soċjali speċjali u klijenti anzjani, u jiżguraw għażla ekwivalenti u aċċess għal klijenti b’diżabilità;
  • il-promozzjoni tal-kompetizzjoni fil-provvista ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluża kompetizzjoni effiċjenti bbażata fuq l-infrastruttura;
  • il-kontribut għall-iżvilupp tas-suq intern għal netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fl-UE, permezz tal-iżvilupp ta’ regoli komuni u regolamenti prevedibbli li jinkludu
    • użu effettiv tal-ispettru tar-radju
    • innovazzjoni miftuħa
    • l-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej
    • id-disponibbiltà u l-interoperabbiltà ta’ servizzi mal-Ewropa kollha u
    • konnettività minn tarf sa tarf.

Il-kompiti regolatorji tal-BEREC jinkludu:

  • li jassisti u jagħti parir lill-ARN, u l-korpi tal-UE dwar aspetti tekniċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;
  • li jassisti u jagħti parir lill-Kummissjoni Ewropea meta mitlub, inkluż għall-preparazzjoni ta’ proposti leġiżlattivi fis-settur;
  • li joħroġ opinjonijiet, partikolarment dwar
    • Ir-riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn pajjiżi tal-UE
    • abbozzi tal-miżuri dwar ir-regolamentazzjoni tas-suq nazzjonali
    • abbozzi ta’ deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar l-armonizzazzjoni u
    • id-determinazzjoni ta’ rati massimi ta’ telefonati bil-vuċi madwar l-UE;
  • li joħroġ linji gwida dwar l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-UE għall-komunikazzjonijiet elettroniċi dwar
    • l-implimentazzjoni konsistenti ta’ stħarriġ ġeografiku u tbassir
    • kwistjonijiet ta’ aċċess u interkonnessjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi, eż. permezz ta’ regolamenti, kif ukoll koinvestiment ta’ trattament regolatorju speċifiku f’netwerks ta’ kapaċità għolja
    • il-kwalità ta’ servizz u metodi ta’ kejl
    • l-implimentazzjoni ta’ obbligazzjonijiet tal-ARN fir-rigward ta’ aċċess għall-internet miftuħ
    • l-implimentazzjoni ta’ ħlasijiet massimi għal sejħiet internazzjonali minn naħa waħda, u fuq roaming “daqslikieku f’pajjiżek” min-naħa l-oħra
    • kif tivvaluta l-effikaċja ta’ sistemi ta’ twissija pubblika;
  • Il-BEREC se jkollu bżonn ukoll l-appoġġ tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-mudell fil-qosor tal-kuntratt.

Il-kompiti tal-Uffiċċju tal-BEREC jinkludu:

  • li jipprovdi appoġġ professjonali u amministrattiv lill-BEREC;
  • li jiġbor u jaqsam informazzjoni mill-ARN dwar il-kompiti regolatorji assenjati lill-BEREC;
  • li jxerred l-aqwa prattiki regolatorji fost L-ARN, sabiex iħeġġeġ implimentazzjoni konsistenti u aħjar tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi;
  • li jipproduċi abbozzi ta’ rapporti regolari dwar aspetti speċifiċi ta’ żviluppi fis-suq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi Ewropej, bħar-roaming u l-valutazzjoni komparattiva;
  • li jassisti lill-BEREC fl-istabbiliment u l-manteniment ta’ reġistri u bażi ta’ data kif ukoll sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni;
  • li jassisti lill-BEREC fit-twettiq ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-20 ta’ Diċembru 2018.

SFOND

Ara wkoll:

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (ĠU L 321, 17.12.2018, pp. 1-35)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (riformulazzjoni) (ĠU L 321, 17.12.2018, pp. 36-214)

Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, pp. 1-18)

Emendi suċċessivi tar-Regolament (UE) 2015/2120 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (riformulazzjoni) (ĠU L 172, 30.6.2012, pp. 10-35)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1-10)

Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1-6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi l-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/622/KE (ĠU C 196, 12.6.2019, p. 16-21)

Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1-6)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 12.07.2019

Fuq