Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D2382

    Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża

    Status legali tad-dokument Din it-taqsira ġiet arkivjata u mhux se tkun aġġornata Ara 'Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża' għall-informazzjoni aġġornata dwar is-suġġett.

    Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża

     

    SOMMARJU TA’:

    Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża

    X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

    PUNTI EWLENIN

    Il-KESD huwa magħmul minn netwerk ta’ istituzzjonijiet, kulleġġi, akkademji u istituzzjonijiet nazzjonali madwar l-UE li jindirizzaw kwistjonijiet relatati mal-politika tas-sigurtà u ta’ difiża, kif ukoll l-Istitut tal-UE għall-Istudji fuq is-Sigurtà.

    Jaħdem taħt ir-responsabilità ġenerali tar-Rappreżentanti Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

    Ġie stabbilit għall-ewwel darba f’Lulju 2005.

    L-objettivi ewlenin tal-KESD huma li:

    • itejjeb il-kultura ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni fil-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK) u jsaħħaħ il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 21(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea barra l-UE;
    • jippromwovi
    • jappoġġja
      • sħubijiet tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, b’mod partikolari sħubijiet ma’ dawk il-pajjiżi li jkunu qed jipparteċipaw f’missjonijiet tal-PSDK
      • ġestjoni ta’ kriżijiet ċivili, inkluż fil-qasam ta’ riżoluzzjoni tal-konflitti, u l-istabbiliment jew il-preservazzjoni tal-kundizzjonijiet neċessarji għall-iżvilupp sostenibbli;
    • jipprovdi
      • persunal tal-missjoni u l-operazzjoni tal-PSDK b’fehim komuni tal-prinċipji tal-funzjonament tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet, kif ukoll sens ta’ identità Ewropea komuni
      • taħriġ u edukazzjoni bi tweġiba għall-ħtiġijiet tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK
      • lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE b’persunal imħarreġ li kapaċi jaħdem b’mod effiċjenti fuq il-kwistjonijiet kollha tal-PSDKu tal-PESK
      • lill-amministrazzjonijiet u lill-persunal tal-pajjiżi tal-UE b’persunal imħarreġ li jkun familjari mal-politiki tal-UE, mal-istituzzjonijiet u mal-proċeduri fil-qasam tal-PESK.

    Il-kompiti ewlenin tal-KESD huma li jorganizza u jmexxi attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni fil-qasam tal-PSDK. Dawn jinkludu:

    • korsijiet ta’ livell bażiku u avvanzat li jippromwovu fehim tal-PSDK u l-PESK;
    • korsijiet li jiżviluppaw tmexxija;
    • korsijiet li jappoġġjaw direttament missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK;
    • korsijiet li jappoġġjaw sħubijiet tal-UE u pajjiżi li jipparteċipaw f’missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK;
    • moduli li jappoġġjaw taħriġ u edukazzjoni ċivili u militari fil-qasam tal-PSDK u l-PESK;
    • korsijiet għal udjenzi speċjalizzati jew b’fokus speċifiku;
    • moduli komuni mmexxija taħt l-Inizjattiva Ewropea għall-Iskambju ta’ Uffiċjali Militari Żgħażagħ.

    Attivitajiet oħrajn tal-KESD jinkludu:

    • l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ tagħlim elettroniku;
    • il-produzzjoni ta’ materjal ta’ taħriġ u edukazzjoni;
    • appoġġ ta’ programmi ta’ skambju bejn istituzzjonijiet ta’ taħriġ u tal-edukazzjoni; u
    • ġestjoni ta’ taħriġ fil-qasam tal-prevenzjoni ta’ kunflitti u ġestjoni ta’ kriżijiet ċivili.

    Il-KESD għandu l-istruttura segwenti:

    • 1.

      Kumitat ta’ tmexxija: jinkludi rappreżentanti mill-pajjiżi tal-UE, huwa responsabbli għall-koordinazzjoni ġenerali u direzzjoni tal-attivitajiet tal-KESD.

    • 2.

      Bord akkademiku eżekuttiv: jinkludi b’mod ewlieni lir-rappreżentanti anzjani minn istituzzjonijiet ċivili, diplomatiċi, tal-pulizija u militari. Huwa responsabbli għall-kwalità u l-koerenza tal-attivitajiet ta’ taħriġ tal-KESD.

    • 3.

      Kap tal-KESD: responsabbli għall-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tal-attivitajiet ta’ taħriġ tal-KESD u għall-iffinanzjar u ġestjoni amministrattiva tal-KESD.

    • 4.

      Segretarjat tal-KESD: jassisti lill-Kap tal-KESD fit-twettiq tad-dmirijiet.

    Il-persunal tal-KESD jikkonsisti minn persunal sekondat lill-KESD mill-istituzzjonijiet tal-UE, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-aġenziji tal-UE, kif ukoll minn esperti nazzjonali sekondati mill-pajjiżi tal-UE. Is-SEAE jipprovdi appoġġ loġistiku lis-Segretarjat, li huwa ko-allokat mas-SEAE.

    Baġit

    Il-KESD jirċievi kontribuzzjoni annwali mill-baġit tal-UE, kif ukoll kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji għal attivitajiet ta’ taħriġ tal-KESD. Xi fondi addizzjonali jiġu minn pajjiżi tal-UE u istituzzjonijiet jew donaturi oħrajn.

    META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

    Ilha fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2017.

    DOKUMENT EWLIENI

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2382 tal-21 ta’ Diċembru 2016 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD) u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/189/PESK (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 60-73)

    Emendi li saru wara għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

    DOKUMENTI RELATATI

    Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu V — Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Kapitolu 1 — Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni — l-Artikolu 21 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 28-29)

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/189/PESK tat-22 ta’ April 2013 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD) u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2008/550/PESK (ĠU L 112, 24.4.2013, p. 22-29)

    Ara l-verżjoni konsolidata

    l-aħħar aġġornament 04.10.2018

    Fuq