EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1141

Finanzjament trasparenti tal-partiti politiċi Ewropej

Finanzjament trasparenti tal-partiti politiċi Ewropej

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Dan għandu l-għan li joħloq sistema speċifika legali, finanzjarja u regolatorja għal partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej*. Din iżżid il-viżibiltà, rikonoxximent u effettività tagħhom billi ttihom status legali* Ewropew Ewropea u flessibbilità ta’ finanzjament akbar.
  • Regolament li jemenda (UE, KEEA) 2018/673 jissikka numru ta’ regoli mniżżla f’Regolament (UE, KEEA) Nru 1141/2014, pereżempju fir-rigward ta’ reġistrazzjoni ta’ partiti politiċi u fondazzjonijiet, u trasparenza fir-rigward ta’ programmi politiċi u logos tal-partiti.
  • Regolament li jemenda (UE, KEEA) 2019/493 għandu l-għan li jevita li partiti politiċi Ewropej jużaw ħażin data personali f’elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (PE).

PUNTI EWLENIN

  • Ir-regolament joħloq l-Awtorità għall- Partiti Politiċi Ewropej (APPF) li hi indipendenti u li tirreġistra, tivverifika u tista’ timponi pieni fuq partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet. Informazzjoni li tikkonċerna l-partiti u l-fondazzjonijiet tinsab f’reġistru online li huwa aċċessibbli għall-pubbliku.
  • Biex tirreġistra mal-APPF bħala partit politiku Ewropew, alleanza politika* trid tissodisfa ċerti kundizzjonijiet. Dawn jinkludu:
    • li jkollha siġġu fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE) kif indikat fl-istatuti tagħha;
    • li partiti membri rappreżentati, f’tal-inqas kwart mill-Istati Membri, minn membri tal-Parlament Ewropew (MEPs) ta’ parliamenti nazzjonali, ta’ parlamenti reġjonali jew ta’ assembleji reġjonali (klawsola f’Regolament (UE) 2018/673); jew
    • hi jew il-partiti membri tagħha jkunu rċivew, f’tal-inqas kwart tal-Istati Membri, tal-inqas 3% tal-voti mitfugħa f’kull wieħed minn dawk il-pajjiżi fl-elezzjonijiet l-aktar riċenti tal-PE.
    • li l-partiti membri tagħha ma jistgħux ikunu membri ta’ partit politiku Ewropew ieħor (biex nevitaw li membri individwali ta’ partit nazzjonali jifforma iktar minn partit Ewropew wieħed sabiex nimmassimizzaw l-aċċess għal fondi pubbliċi)
  • Jekk partit Ewropew u l-fondazzjoni affiljata tiegħu jonqos milli jissodisfa l-kundizzjonijiet, jew jipprovdi informazzjoni falza meta jirreġistra, l-APPE tista’ tħassru mir-reġistru; il-partiti jistgħu jeħlu pieni wkoll jew jitneħħew mir-reġistru għal ċerti ksur tar-regoli.
  • Il-partiti jistgħu jużaw il-finanzjament tal-UE biex jiffinanzjaw kampanja elettorali, l-infiq marbut ma’ kampanji jrid ikun identifikat b’mod ċar bħala tali mill-partiti fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom ta’ kull sena.
  • Partit politiku Ewropew reġistrat li għandu tal-inqas MEP wieħed jista’ japplika għal finanzjament tal-UE.
  • Partiti nazzjonali jridu juru l-logo u l-manifest politiku tal-partit Ewropew affiljat tagħhom fuq is-siti web tagħhom bħala kundizzjoni biex jaċċessaw il-fondi. Dan irid isir minn partiti membri tal-inqas 12-il xahar qabel jintbagħtu l-applikazzjonijiet tal-finanzjament.
  • Regolament Emendatorju (UE) 2018/673 jiżgura li 10% tal-finanzjament annwali tal-UE jkun allokat b’mod ugwal bejn partiti eliġibbli. Id-90% li jkun fadal jiġi mqassam skont in-numru tal-MEPs tagħhom. L-istess regola ta’ distribuzzjoni tapplika għal fondazzjonijiet politiċi li jistgħu jkollhom 90% tal-ispejjeż annwali tagħhom rimborżati.
  • Regoli stretti japplikaw għal donazzjonijiet annwali individwali li l-partiti u l-fondazzjonijiet jistgħu jaċċettaw. Dawn ma jistgħux ikunu aktar minn €18,000. Kwalunkwe donazzjoni ‘l fuq minn €12,000 trid tkun irrappurtata fil-pront lill-APPE. L-ismijiet tad-donaturi ta’ donazzjonijiet individwali li ma jaqbżux €1,500 m’għandhomx għalfejn jiġu ppubblikati. Donazzjonijiet anonimi ma jistgħux jiġu aċċettati.
  • Regolament Emendatorju (UE, KEEA) 2019/493 jintroduċi sistema ta’ multi fuq partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet li jiksru r-regoli tal-protezzjoni tad-data biex jinfluwenzaw intenzjonalment, jew jippruvaw jinfluwenzaw, l-eżitu tal-elezzjonijiet Ewropej. Meta setgħa ta’ sorveljanza nazzjonal tiddeċiedi li dan ikun ġara, din tinforma lill-APPE, li, hi wkoll, tirreferi l-kwistjoni lill-kumitat ta’ persuni eminenti indipendenti. Ibbażat fuq l-opinjoni tal-kumitat, l-APPE tista’ tiddeċiedi li timponi piena finanzjarja li tista’ tkun daqs 5% tal-baġit annwali tal-partit Ewropew jew fondazzjoni kkonċernata. Il-partit jew fondazzjoni sanzjonat ma jkollux permess li jirċievi finanzjament mill-baġit tal-UE s-sena ta’ wara.
  • Il-PE jista’ jirkupra l-ammonti li tħallsu meta mhux suppost, u individwi li jkunu ħatja għal-frodi jridu jħallsu lura l-fondi li jkunu ntefqu ħażin. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ser jintalab biex jinvestiga abbużi allegati fil-futur (ara s-sommarju).
  • Regoli dwar kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE lil partiti politiċi Ewropej huma inklużi f’Regolament (UE) 2018/1046, ir-regolament finanzjarju tal-UE.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2017

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Fondazzjoni politika Ewropea. Entità li hi affiljata formalment ma’ partit politiku Ewropew li hu reġistrat mal-APPE u li, permezz tal-attivitajiet tiegħu, fi ħdan l-għanijiet u valuri fundamentali mħaddna mill-UE, jsaħħu u jikkumplimentaw l-objettivi tal-partit politiku Ewropew billi jwettqu xi wieħed jew aktar minn dawn il-kompiti li ġejjin:
  • tosserva, tanalizza u tikkontribwixxi għad-dibattitu dwar kwistjonijiet ta’ politika pubblika Ewropea u dwar il-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea;
  • tiżviluppa attivitajiet marbuta ma’ kwistjonijiet ta’ politika pubblika Ewropea, bħall-organizzazzjoni u l-appoġġar ta’ seminars, taħriġ, konferenzi u studji dwar tali kwistjonijiet bejn partijiet interessati rilevanti, inklużi organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili oħrajn;
  • tiżviluppa kooperazzjoni sabiex tippromwovi d-demokrazija, inkluż f’pajjiżi mhux tal-UE;
  • isservi bħala qafas għal fondazzjonijiet politiċi nazzjonali, akkademiċi u individwi u entitajiet rilevanti oħra biex jaħdmu flimkien fil-livell tal-UE.
Status legali. Li jkollok drittijiet u doveri legali, bħal li tkun tista’ tidħol f’kuntratti, li tħarrek u tkun imħarrek.
Alleanza politika. Kooperazzjoni strutturata bejn partiti politiċi u/jew ċittadini

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE, KEEA) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament ta’ partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, pp. 1–27).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Lulju 2019 li tistipula l-proċeduri għar-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE, KEEA) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament ta’ partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU C 249, 25.7.2019, pp. 2–46).

Ir-Regolament (UE, KEEA) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, KEEA) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, pp. 1–222).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2017 dwar il-finanzjament ta’ partiti politiċi u fondazzjonijiet politiċi f’livell Ewropew (2017/2733(RSP)) (ĠU C 331, 18.9.2018, p. 150).

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, pp. 1–71).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 15.03.2023

Fuq