Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0540

Tnaqqis tal-livelli ta’ storbju tal-vetturi bil-mutur

Tnaqqis tal-livelli ta’ storbju tal-vetturi bil-mutur

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 dwar il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Ir-Regolament għandu l-għan li jaqta’ sorsi prinċipali tal-istorbju kkawżati minn vetturi bil-mutur.

PUNTI EWLENIN

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jtejjeb il-protezzjoni tal-ambjent u s-sigurtà pubblika u li jiżgura kwalità tal-ħajja u saħħa aħjar għan-nies fl-UE billi jnaqqas is-sorsi prinċipali tal-istorbju ikkawżati minn vetturi bil-mutur.

Jagħmel dan billi jistipula r-rekwiżiti amministrattivi u tekniċi għall-approvazzjoni mill-UE tal-vetturi kollha ġodda ta’ ċerti kategoriji (li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 u fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE) fir-rigward tal-livell tal-istorbju tagħhom u għall-approvazzjoni mill-UE ta’ bdil ta’ sistemi ta’ silencers u komponenti relatati.

L-approvazzjoni mill-UE hija msejħa “approvazzjoni tat-tip” u hija l-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE fir-rigward ta’ livelli tal-ħoss.

Ir-Regolament jistipula l-valuri tal-limitu tal-istorbju għall-kategoriji ta’ vetturi differenti u perjodu ta’ żmien għall-implimentazzjoni.

Huwa jistipula r-regoli dwar it-tikkettar u l-informazzjoni għall-konsumatur, u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ twissija akustika. Valuri tal-limitu tal-istorbju huma livelli massimi ta’ ħoss imkejlin f’deċibels u huma elenkati fl-Anness III.

Tikkettar u informazzjoni għall-konsumatur

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament, il-manifatturi u d-distributuri tal-vetturi se jipprovaw jiżguraw li l-livell tal-ħoss ta’ kull vettura f’deċibels jintwera f’pożizzjoni prominenti fil-punt tal-bejgħ u f’materjal promozzjonali tekniku.

Sistemi akustiċi għal vetturi elettriċi

Se jkun hemm bżonn li fis-snin li ġejjin il-vetturi jkunu mgħammra b’sistemi akustiċi ta’ twissija għall-vettura (AVAS) sabiex jikkompensaw għan-nuqqas ta’ sinjali li jinstemgħu f’vetturi elettriċi u elettriċi ibridi. L-għan hawnhekk huwa li jiżdied l-għarfien tal-utenti tat-triq u, b’mod partikolari, ta’ persuni għomja u dawk li għandhom problemi bil-vista u taċ-ċiklisti.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Lulju 2016.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (ĠU L 158, 27.5.2014, pp. 131-195)

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 540/2014 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għall-finijiet ta’ referenza.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2017/1576 tas-26 ta’ Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tas-Sistema ta’ Twissija Akustika tal-Vettura (ĠU L 239, 19.9.2017, pp. 3-7)

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, pp. 1-160).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 03.10.2018

Fuq