EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0250

Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE mill-frodi u l-korruzzjoni — programm Hercule III

Status legali tad-dokument Din it-taqsira ġiet arkivjata u mhux se tkun aġġornata Ara 'Il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-UE mill-frodi u l-korruzzjoni' għall-informazzjoni aġġornata dwar is-suġġett.

Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE mill-frodi u l-korruzzjoni — programm Hercule III

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 li jistabbilixxi l-programm Erkole III

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Il-programm Hercule III jiffinanzja proġetti għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra (eż. il-kuntrabandu tas-sigaretti u l-falsifikazzjoni) li jmorru kontra l-baġit tal-UE u l-interessi finanzjarji tal-UE, biex b’hekk jiġu protetti flus il-kontribwenti tal-UE.

Il-programm jitmexxa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

PUNTI EWLENIN

Il-programm jiffoka fuq:

  • l-iżvilupp ta’ azzjonijiet ġodda kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-pajjiżi tal-UE sabiex jiġġieled kontra l-frodi u attivitajiet ta’ falsifikazzjoni;
  • iż-żieda fil-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE, il-Kummissjoni u l-OLAF;
  • it-taħriġ tal-persunal fl-amministrazzjonijiet, il-qrati u s-sistemi tal-infurzar tal-liġi, l-istituti edukattivi u ta’ riċerka, eċċ. fil-pajjiżi tal-UE u f’dawk mhux tal-UE, bl-għan li jipprevjeni l-frodi.

Fl-akkwist konġunt ta’ tagħmir speċjalizzat u bażijiet ta’ data, Hercule III ser jiġġenera tfaddil għall-partijiet kollha involuti fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE.

Azzjonijiet eliġibbli

  • 1.
    L-assistenza teknika għall-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-UE tista’ tinvolvi, pereżempju:
    • l-għoti ta’ għarfien speċjalizzat, tagħmir teknikament avvanzat u għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jippermettu l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet f’pajjiżi oħrajn tal-UE, u l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea;
    • l-iżgurar tal-appoġġ għall-investigazzjonijiet, b’mod partikolari t-twaqqif ta’ timijiet konġunti ta’ investigazzjoni u operazzjonijiet transkonfinali;
    • l-għoti ta’ appoġġ tekniku u operattiv lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, inkluża d-dwana b’mod partikolari.
  • 2.
    L-organizzazzjoni ta’ taħriġ speċjalizzat immirat u ta’ taħriġ dwar l-analiżi tar-riskji biex:
    • jitħeġġu l-iskambji tal-esperjenza u tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiżi parteċipanti;
    • jinfirex l-għarfien, partikolarment dwar kif jista’ jiġi identifikat aħjar ir-riskju għal skopijiet investigattivi;
    • tkompli tiżdied is-sensibilizzazzjoni fost il-ġudikatura u l-professjoni legali fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Baġit

Il-baġit ta’ Hercule III huwa ta' €104.9 miljun għall-perjodu 2014-20. Mill-inqas 70 % huwa allokat għall-assistenza teknika u massimu ta’ 25 % u 5 % rispettivament huwa allokat għat-taħriġ u azzjonijiet oħrajn biex jinkisbu l-objettivi ta’ Hercule III.

Il-programm huwa wkoll miftuħ għall-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles fiż-Żona Ekonomika Ewropea, għall-pajjiżi sħab taħt il-Politika Ewropea tal-Viċinat, l-Istati li sejrin jissieħbu fl-Unjoni u pajjiżi kandidati jew potenzjalment kandidati.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa ilu japplika mill- 1 ta’ Jannar 2014.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Erkole III) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE (ĠU L 84, 20.3.2014, pp. 6-13)

l-aħħar aġġornament 03.11.2017

Fuq