Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)

Iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) tiġbor flimkien is-27 Stat Membru tal-UE u 3 pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) (l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja) f’suq uniku suġġetti għall-istess regoli.

Dawn ir-regoli jkopru l-4 libertajiet (il-moviment liberu tal-merkanzija, il-kapital, is-servizzi u l-persuni) il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat, u oqsma oħra relatati mal-4 libertajiet. Ir-regoli jiggarantixxu wkoll id-drittijiet u l-obbligi ugwali fi ħdan is-suq uniku għaċ-ċittadini u għan-negozji madwar iż-ŻEE.

Iż-ŻEE ġiet stabbilita mill-Ftehim ŻEE li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

Il-Ftehim ŻEE ma jkoprix:

  • il-politiki komuni agrikoli u tas-sajd;
  • l-unjoni doganali;
  • il-politika komuni tal-kummerċ;
  • il-politika estera u ta’ sigurtà komuni;
  • il-ġustizzja u l-affarijiet interni, għalkemm il-pajjiżi tal-EFTA huma membri taż-żona Schengen;
  • it-tassazzjoni diretta u indiretta;
  • l-unjoni ekonomika u monetarja.

L-UE u t-3 pajjiżi tal-EFTA jikkondividu l-ġestjoni taż-ŻEE.

ARA WKOLL

Fuq