EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0347

Linji gwida għal infrastruttra tal-enerġija trans-Ewropea

Linji gwida għal infrastruttra tal-enerġija trans-Ewropea

Dan ir-Regolament tal-UE jistabbilixxi l-linji gwida għall-iżvilupp ta' kurituri u oqsma ta' infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea b'mod fil-ħin.

SOMMARJU

F'April 2013, ġew approvati l-linji gwida tal-UE għall-iżvilupp tal-infrastruttura tal-enerġija Ewropea.

Waħda mill-prijoritajiet tal-istrateġija Ewropa 2020 hija t-tkabbir sostenibbli li għandu jintlaħaq permezz tal-promozzjoni ta' ekonomija aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, aktar sostentibbli u aktar kompetittiva. L-istrateġija poġġiet l-infrastruttura tal-enerġija fuq quddiem nett ta' dan l-isforz billi enfasizzat il-ħtieġa urġenti li taġġorna b'mod urġenti n-netwerks tal-Ewropa, l-interkonnessjoni tagħhom fuq livell kontinentali, b'mod partikolari sabiex jiġu integrati sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

L-isfond essenzjali għal dan huwa li l-Istati Membri tal-UE qablu fl-2011 li:

  • l-infrastruttura tal-enerġija tal-Ewropa teħtieġ li tiġi mmodernizzata u mwessa';
  • in-netwerks tul fruntieri jeħtieġ li jiġu interkonnessi bejniethom;
  • hemm il-ħtieġa li ssir dispożizzjoni għal provvista alternattiva jew għal rotot ta' transitu alternattivi;
  • hemm il-ħtieġa għal sorsi ta' enerġija alternattivi, inkluż ir-rinnovabbli;
  • ebda pajjiż tal-UE ma għandu jibqa' iżolat min-netwerks tal-gass u tal-elettriku Ewropej wara l-2015 jew li jara s-sigurtà tal-enerġija tiegħu fil-periklu b'nuqqas ta' konnessjonijiet xierqa.

Il-linji gwida stabbilixxew 12-il grupp reġjonali għal infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea (TEN-E), li għażlu proġetti.

F'Ottubru 2013, il-Kummissjoni adottat lista ta' 248 proġett ewlieni tal-infrastruttura tal-enerġija ('proġetti ta' interess komuni'). Dawn se jibbenefikaw minn, proċeduri ta' għoti ta' permessi aktar veloċi u aktar effiċjenti u trattament regolatorju mtejjeb.

Il-proġetti jista' jkollhom aċċess ukoll għal appoġġ finanzjarju mill-Faċilità ta' Konnessjoni tal-Ewropa (CEF), skont liema, kważi EUR 6 biljuni ġew allokati għal infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea sal-2020.

Sabiex proġett jiġi inkluż fil-lista, għandu:

  • ikollu benefiċċji sinifikanti għal mill-inqas 2 pajjiżi tal-UE
  • jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq u għal-aktar kompetizzjoni
  • itejjeb is-sigurtà tal-provvista
  • inaqqas l-emissjonijiet ta' CO2.

Lista tal-UE ġdida sejra tiġi stabbilita fuq sentejn.

Il-linji gwida jiddikjaraw li l-proġetti ta' interess komuni għandhom jiġu implimentati malajr kemm jista' jkun u għandhom jiġu mmonitorjati u evalwati, filwaqt li jżommu l-piż amministrattiv għall-promoturi tal-proġett minimu.

Iżid ukoll li l-Kummissjoni għandha taħtar koordinaturi Ewropej għal proġetti li jaffaċċjaw diffikultajiet partikolari.

ATT

Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali Ewropea

Regolament (UE) Nru 347/2013

-

-

ĠU L 115 tal-25.4.2013

l-aħħar aġġornament 04.04.2014

Fuq