This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010L0013
Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (AVMSD)
Hija għandha l-għan li toħloq u tiżgura l-funzjonament xieraq ta’ suq uniku tal-Unjoni Ewropea għas-servizzi tal-media awdjoviżiva*, filwaqt li tikkontribwixxi għall-promozzjoni tad-diversità kulturali u tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni tal-konsumatur u tat-tfal.
Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (AVMSD) tal-UE tirregola l-koordinazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-media awdjoviżiva fl-UE kollha, kemm ix-xandiriet tradizzjonali tat-TV kif ukoll is-servizzi tal-media awdjoviżiva* fuq talba.
Id-Direttiva (UE) 2018/1808 temenda u taġġorna l-AVMSD, bħala parti mill-istrateġija tas-suq uniku diġitali, sabiex:
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw il-libertà tar-riċezzjoni u ma għandhomx jillimitaw it-trażmissjonijiet tal-media awdjoviżiva minn pajjiżi oħra tal-UE. F’ċerti ċirkostanzi, il-pajjiżi jistgħu japplikaw regoli aktar stretti minn dawk f’din id-direttiva, filwaqt li jsegwu proċeduri speċifiċi. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iħeġġu l-koregolamentazzjoni u l-awtoregolamentazzjoni permezz ta’ kodiċijiet ta’ kondotta nazzjonali.
Reklamar
Ir-reklamar awdjoviżiv għandu jkun jintgħaraf mall-ewwel bħala tali, u ma għandux:
Ir-reklamar awdjoviżiv ipprojbit jinkludi:
Ir-rekwiżiti addizzjonali jkopru l-isponsorizzazzjoni u l-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali, u x-xandara għandhom flessibbiltà akbar fuq il-ħin ta’ reklamar, b’limitu ġdid ta’ 20 % fi ħdan il-perjodu ta’ bejn is-6.00 u s-18.00 u l-perjodu ta’ bejn is-18.00 u 24.00.
Il-protezzjoni tat-tfal
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jieħdu azzjoni biex jiżguraw li l-programmi li jistgħu “jfixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri jsiru disponibbli biss b’tali mod li l-minuri” normalment ma jarawhomx jew jisimgħuhom, permezz tal-għażla ta’ ħin xieraq għax-xandir, għodod ta’ verifika tal-età jew miżuri tekniċi oħra proporzjonati għall-ħsara potenzjali. L-aktar kontenut ta’ ħsara, bħall-vjolenza mhux ġustifikata u l-pornografija, huwa soġġett għall-aktar miżuri stretti.
Il-minuri jibbenefikaw ukoll minn livell ta’ protezzjoni online ogħla: il-pjattaformi tal-kondiviżjoni tal-vidjows għandhom jimplimentaw miżuri biex iħarsu lill-minuri minn kontenut ta’ ħsara.
L-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali hija pprojbita wkoll fil-programmi tat-tfal. Ipajjiżi tal-UE għandhom iħeġġu l-użu tal-awtoregolamentazzjoni u tal-koregolamentazzjoni permezz ta’ kodiċijiet ta’ kondotta rigward reklamar mhux xieraq fil-programmi tat-tfal, għal ikel u xorb b’kontenut għoli ta’ xaħam, melħ u zokkor.
Diskors ta’ mibgħeda
Is-servizzi tal-media awdjoviżiva ma għandux ikun fihom inċitar għall-vjolenza jew il-mibegħda mmirata lejn gruppi jew membru ta’ grupp abbażi ta’ diskriminazzjonijiet għal raġunijiet ta’ sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, sħubija ma’ minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età, orjentazzjoni sesswali jew nazzjonalità, skont l-Artikolu 21 u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.
Il-provokazzjoni pubblika biex jitwettaq reat terroristiku hija pprojbita wkoll.
Aċċessibbiltà
Il-fornituri għandhom jagħmlu s-servizzi tagħhom kontinwament u progressivament aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u huma mħeġġa jiżviluppaw pjanijiet ta’ azzjoni ta’ aċċessibbiltà biex jiksbu dan.
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiddeżinjaw punt ta’ kuntatt online biex jipprovdu informazzjoni u jirċievu lmenti rigward kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà. L-informazzjoni ta’ emerġenza pubblika pprovduta permezz tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, pereżempju f’sitwazzjonijiet ta’ diżastri naturali, għandha tkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà.
Kondiviżjoni ta’ vidjows
Servizz ta’ pjattaforma tal-kondiviżjoni tal-vidjows* il-fornituri għandhom jimplimentaw miżuri xierqa biex iħarsu lill-minuri minn kontenut li jista’ jaffettwa l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom, u lill-pubbliku ġenerali minn inċitar għall-vjolenza jew għall-mibegħda, jew provokazzjoni pubblika biex iwettqu reat terroristiku.
Tali miżuri, fost l-oħrajn, jinkludu:
Il-fornituri tas-servizz tal-pjattaforma tal-kondiviżjoni tal-vidjows għandhom l-istess obbligi bħall-fornituri tas-servizz awdjoviżiv fir-rigward tar-reklamar u ta’ restrizzjonijiet oħra tal-kontenut, filwaqt li jqisu l-kontroll limitat li jistgħu jeżerċitaw fuq ir-reklamar fuq il-pjattaformi tagħhom li ma jiġix ikkummerċjalizzat, mibjugħ jew organizzat minnhom.
Il-promozzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej u indipendenti
Il-fornituri ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva fuq talba għandu jkollhom sehem minimu ta’ 30 % tax-xogħlijiet Ewropej fil-katalgi tagħhom u jiżguraw il-prominenza ta’ tali xogħlijiet.
L-AVMSD oriġinali ilha tapplika mill-5 ta’ Mejju 2010. Il-bidliet introdotti mid-Direttiva (UE) 2018/1808 ilhom japplikaw mit-18 ta’ Diċembru 2018 u għandhom isiru liġi fil-pajjiżi tal-UE sad-19 ta’ Settembru 2020.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, pp. 1-24)
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2010/13/UE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, pp. 6-21)
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija għal suq uniku diġitali għall-Ewropa (COM(2015) 192 final, 6.5.2015)
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 326, 26.10.2012, pp. 391-407)
Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, pp. 33-50)
l-aħħar aġġornament 17.05.2019