Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010L0013

Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 95, 15.4.2010, p. 1–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 06 Volume 007 P. 160 - 183

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/13/oj

15.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/1


DIRETTIVA 2010/13/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Marzu 2010

dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva)

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) u 62 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 89/552/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (2) ġiet emendata diversi drabi (3) b’mod sostanzjali. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.

(2)

Is-servizzi tal-media awdjoviżivi offruti tul il-fruntieri permezz ta’ teknoloġiji varji huma wieħed mill-mezzi għat-twettiq tal-objettivi tal-Unjoni. Ċerti miżuri huma neċessarji sabiex jippermettu u jassiguraw it-transizzjoni minn swieq nazzjonali għal suq ta’ programm komuni ta’ produzzjoni u distribuzzjoni, u sabiex jiġu garantiti kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-interess pubbliku li għandu jiġi mwettaq mis-servizzi tal-media awdjoviżiva.

(3)

Il-Kunsill tal-Ewropa adotta l-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Televiżjoni tul il-Fruntieri.

(4)

Fid-dawl tat- teknoloġiji ġodda fit-trasmissjoni ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva, qafas regolatorju li jikkonċerna t-twettiq ta’ attivitajiet tax-xandir għandu jieħu kont tal-impatt tal-bdil strutturali, il-firxa tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (“TIK”) u l-iżviluppi teknoloġiċi fuq il-mudelli ta’ negozju, speċjalment il-finanzjament tax-xandir kummerċjali, u għandu jiżgura l-aħjar kondizzjonijiet ta’ kompetittività u ċertezza legali għat-teknoloġiji tal-informazzjoni tal-Ewropa u l-industriji u s-servizzi tal-media tagħha, kif ukoll ir-rispett għad-diversità kulturali u lingwistika.

(5)

Servizzi tal-media awdjoviżiva huma servizzi kulturali daqskemm huma servizzi ekonomiċi. L-importanza li qed tikber tagħhom għas-soċjetajiet, id-demokraziji – partikolarment billi jiżguraw libertà ta’ informazzjoni, diversità ta’ opinjoni u pluraliżmu tal-media - l-edukazzjoni u l-kultura tiġġustifika l-applikazzjoni ta’ regoli speċifiċi għal dawn is-servizzi.

(6)

L-Artikolu 167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li fl-azzjoni tagħha l-Unjoni għandha tieħu kont tal-aspetti kulturali skont dispożizzjonijiet oħrajn tat-Trattat, b’mod partikolari biex tiġi rrispettata u promossa d-diversità tal-kulturi tagħha.

(7)

Fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-1 ta’ Diċembru 2005 (4) u l-4 ta’ April 2006 (5) dwar ir-Round ta’ Doha u dwar il-Konferenzi Ministerjali tad-WTO, il-Parlament Ewropew appella sabiex is-servizzi pubbliċi bażiċi, bħas-servizzi awdjoviżivi, jiġu esklużi mil-liberalizzazzjoni taħt in-negozjati tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS). Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2006 (6), il-Parlament Ewropew appoġġa l-Konvenzjoni tal-Unesco dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, li tgħid partikolarment li l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi kulturali għandhom natura kemm ekonomika u kemm kulturali, minħabba li huma jwasslu identitajiet, valuri u tifsiriet, u għalhekk m’għandhomx jiġu ttrattati bħala li għandhom biss valur kummerċjali’. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/515/KE tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il- Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali (7) approvat il-Konvenzjoni tal-Unesco f’isem il-Komunità. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2007. Din id-Direttiva tirrispetta l-prinċipji ta’ dik il-Konvenzjoni.

(8)

Huwa essenzjali għall-Istati Membri li jassiguraw il-prevenzjoni ta’ kull att li jista’ jkun ta’ detriment għal-libertà tal-moviment u l-kummerċ fi programmi tat-televiżjoni jew li jistgħu jippromwovu l-ħolqien ta’ pożizzjonijiet dominanti li jwasslu għal restrizzjonijiet fuq il-pluraliżmu u l-libertà tal-informazzjoni bit-televiżjoni u tas-settur tal-informazzjoni kollu kemm hu.

(9)

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal atti tal-Unjoni eżistenti jew futuri ta’ armonizzazzjoni, b’mod partikolari sabiex jiġu ssodisfati rekwiżiti obbligatorji li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ġustizzja ta’ operazzjonijiet kummerċjali u kompetizzjoni.

(10)

Is-servizzi tal-media awdjoviżiva tradizzjonali - bħat-televiżjoni - u s-servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand emerġenti joffru opportunitajiet sinifikanti ta’ impjieg fl-Unjoni, partikolarment fl-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u jistimulaw it-tkabbir ekonomiku u l-investiment. Filwaqt li jinżamm preżenti l-importanza ta’ parità u suq veru Ewropew għas-servizzi tal-media awdjoviżiva, il-prinċipji bażiċi tas-suq intern, bħall-kompetizzjoni libera u t-trattament ugwali, għandhom jiġu rrispettati sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-prevedibbiltà fis-swieq għas-servizzi tal-media awdjoviżiva u sabiex jinkisbu ostakli baxxi għad-dħul.

(11)

Sabiex tiġi evitatata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, jeħtieġ li titjieb iċ-ċertezza legali, tiġi megħjuna t-tkomplija tas-suq intern u ffaċilitata l-emerġenza ta’ żona unika ta’ informazzjoni, li tal-inqas livell bażiku ta’ regoli kkoordinati jiġu applikati, għas-servizzi tal-media awdjoviżiva kollha, kemm xandir televiżiv (i.e. servizzi tal-media awdjoviżiva lineari) kif ukoll servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand (i.e. servizzi tal-media awdjoviżiva non-lineari).

(12)

Fil-15 ta’ Diċembru 2003, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar il-futur tal-politika Ewropea dwar regolamentazzjoni awdjoviżiva, fejn hija enfassizzat li l-politika regolatorja fis-settur għandha tissalvagwardja ċertu interessi pubbliċi, bħad-diversità kulturali, id-dritt għall-informazzjoni, il-pluraliżmu fil-media, il-protezzjoni tal-minuri u l-protezzjoni tal-konsumatur u żżid fis-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u l-litteriżmu fil-media, issa u fil-futur.

(13)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet u l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar ix-xandir tas-servizz pubbliku (8) rriaffermat li t-twettiq tal-missjoni tas-servizz tax-xandir pubbliku jeħtieġ li dan jibqa’ jibbenefika mill-progress teknoloġiku. Il-koeżistenza ta’ fornituri privati u pubbliċi ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva hija karatteristika li tiddistingwi s-suq tal-media awdjoviżiva Ewropew.

(14)

Il-Kummissjoni adottat l-inizjattiva “i2010: Is-Soċjetà Ewropea tal-Informazzjoni” biex jitrawmu t-tkabbir u l-impjiegi fl-industriji tas-soċjetà tal-informazzjoni u tal-media. Din hija strateġija komprensiva maħsuba biex tinkoraġġixxi l-produzzjoni ta’ kontenut Ewropew, l-iżvilupp tal-ekonomija diġitali u l-użu tat-TIK, fuq l-isfond tal-konverġenza ta’ servizzi tas-soċjeta tal-informazzjoni u s-servizzi, in-netwerks u d-dispożittivi tal-media, permezz tal-immodernizzar u l-użu sħiħ tal-istrumenti tal-politika tal-UE: strumenti regolatorji, riċerka u sħubija mal-industrija. Il-Kummissjoni impenjat lilha nnifisha għall-ħolqien ta’ qafas konsistenti għas-suq intern għal servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. L-għan tal-inizjattiva i2010 ser jinkiseb prinċipalment billi l-industriji jitħallew jikbru bir-regolamentazzjoni meħtieġa biss, u billi negozji żgħar tal-bidu, li huma l-ħallieqa ta’ għana u impjiegi futuri, jitħallew, jifjorixxu, jiġġeddu u joħolqu impjiegi f’suq liberu.

(15)

Fl-4 ta’ Settembru 2003 (9), fit-22 ta’ April 2004 (10) u fis-6 ta’ Settembru 2005 (11) il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjonijiet li fil-prinċipju jappoġġaw l-approċċ ġenerali ta’ regoli bażiċi għas-servizzi kollha tal-media awdjoviżiva u regoli addizzjonali għax-xandir televiżiv.

(16)

Din id-Direttiva ttejjeb il-konformità mad-drittijiet fundamentali u tkompli bis-sħiħ mal-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea (12), partikolarment l-Artikolu 11 tagħha. F’dan ir-rigward, din id-Direttiva m’għandhiex iżżomm bl-ebda mod lill-Istati Membri milli japplikaw ir-regoli kostituzzjonali tagħhom relatati mal-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni fil-media.

(17)

Din id-Direttiva m’għandiex taffetwa l-obbligi tal-Istati Membri naxxenti mill-applikazzjoni tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni (13). Għaldaqstant, l-abbozz tal-miżuri nazzjonali applikabbli għas-servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand li jkunu aktar stretti jew aktar dettaljati minn dawk li kienu meħtieġa biex sempliċiment jittrasponu d-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (14) għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi proċedurali stabbiliti taħt l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34/KE.

(18)

Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Qafas) (15) skont l-Artikolu 1(3) tagħha hija mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali, biex jitwettqu objettivi ta’ interess ġenerali, partikolarment relatati mar-regolamentazzjoni tal-kontenut u mal-politika awdjoviżiva.

(19)

Din id-Direttiva ma tinċidix fuq ir-responsabbiltà tal-Istati Membri u l-awtoritajiet tagħhom fir-rigward tal-organizzazzjoni — inklużi s-sistemi ta’ liċenzjar, awtorizzazzjoni amministrattiva jew tassazzjoni, l-iffinanzjar u l-kontenut ta’ programmi. L-indipendenza ta’ żviluppi kulturali fl-Istati Membri u l-preservazzjoni tad-diversità kulturali fl-Unjoni għalhekk jibqgħu mhux milquta.

(20)

L-ebda dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva m’għandha tirrikjedi minn jew tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jimponu sistemi ġodda ta’ liċenzjar jew ta’ awtorizzazzjoni amministrattiva fuq xi tip ta’ servizz tal-media awdjoviżiva

(21)

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjoni ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva għandha tkopri biss is-servizzi tal-media awdjoviżiva, kemm jekk xandir televiżiv kif ukoll jekk on-demand, li huma media tal-massa, jiġifieri, li huma maħsuba għal riċezzjoni minn, u li jista’ jkollhom impatt ċar fuq, proporzjon sinifikattiv tal-pubbliku ġenerali. Il-kamp ta’ applikazzjoni għandu jkun limitat għal servizzi kif definiti mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk għandu jkopri kwalunkwe forma ta’ attività ekonomika, inkluża dik ta’ impriżi tas-servizz pubbliku, iżda m’għandux ikopri attivitajiet li huma primarjament nonekonomiċi u li mhumiex f’kompetizzjoni max-xandir televiżiv, bħal websites privati u servizzi li jikkonsistu fil-forniment jew id-distribuzzjoni ta’ kontenut awdjoviżiv iġġenerat minn utenti privati għall-finijiet tal-kondiviżjoni u l-iskambju f’komunitajiet ta’ interess.

(22)

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjoni ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva għandha tkopri l-media tal-massa fil-funzjoni tagħhom li jagħtu informazzjoni, intratteniment u edukazzjoni lill-pubbliku ġenerali, u għandha tinkludi l-komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva iżda għandha teskludi kwalunkwe forma ta’ korrispondenza privata, bħal ma huma l-posta elettronika mibgħuta lil numru limitat ta’ riċevituri. Dik id-definizzjoni għandha teskludi is-servizzi li l-fini ewlieni tagħhom mhuwiex dak li jipprovdu programmi, jiġifieri fejn kwalunkwe kontenut awdjoviżiv huwa purament inċidentali għas-servizz u mhux il-fini prinċipali tiegħu. L-eżempji jinkludu websites li fihom elementi awdjoviżivi b’mod anċillari biss; bħal elementi grafiċi animati, spots qosra ta’ reklami jew informazzjoni relatata mal-prodott jew servizz mhux awdjoviżiv. Għal dawn ir-raġunijiet il-logħob tax-xorti li jinvolvu riskju li jirrappreżenta somma flus, inklużi l-lotteriji, l-imħatri u forom oħra ta’ servizzi tal-azzard, kif ukoll logħob on-line u muturi ta’ riċerka, iżda mhux xandiriet dedikati għal-logħob tal-azzard jew logħob tax-xorti għandhom ikunu wkoll esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(23)

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-frażi “awdjoviżiv” għandha tkun interpretata bħala li tirreferi għal immaġini li jiċċaqalqu bil-ħoss jew mingħajru, biex b’ hekk tinkludi films muti iżda ma tkoprix trasmissjoni awdjo jew servizzi tar-radju. Waqt li l-għan ewlieni ta’ servizz ta’ media awdjoviżiv hu l-forniment ta’ programmi, id-definizzjoni ta’ tali servizz għandha tkopri wkoll kontenut ibbażat fuq test li jakkumpanja l-programmi, bħal servizzi ta’ sottotitoli u gwidi elettroniċi tal-programmi. Servizzi għalihom waħidhom ibbażati fuq test m’għandhomx ikunu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, li m’għandiex taffettwa l-libertà tal-Istati Membri li jirregolaw tali servizzi fuq livell nazzjonali f’konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(24)

Hija karatteristika tas-servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand li dawn huma “simili għat-televiżjoni”, jiġifieri li jikkompetu għall-istess udjenza bħax-xandiriet bit-televiżjoni u n-natura u l-mezzi ta’ aċċess għas-servizz iwasslu lill-utent b’mod raġonevoli biex jistenna protezzjoni regolatorja fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. In vista ta’ dan u sabiex ikunu evitati disparitajiet fir-rigward tal-moviment liberu u l-kompetizzjoni, il-kunċett ta’ “programm” għandu jiġi interpretat b’mod dinamiku b’kont meħud ta’ żviluppi fix-xandir televiżiv.

(25)

Il-kunċett ta’ responsabbiltà editorjali hija essenzjali għad-definizzjoni tar-rwol tal-fornitur tas-servizzi tal-media u għaldaqstant għad-definizzjoni tas-servizzi tal-media awdjoviżiva. Meta jkunu qed jadottaw miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jispeċifikaw aktar aspetti tad-definizzjoni ta’ responsabbiltà editorjali, jiġifieri l-kunċett ta’ “kontroll effettiv”. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet ta’ responsabbiltà stabbiliti fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku) (16).

(26)

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi tal-media għandha teskludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi li sempliċiment jittrasmettu programmi li r-responsabbiltà editorjali tagħhom taqa’ fuq partijiet terzi.

(27)

Servizzi ta’ xandir bit-televiżjoni, attwalment jinkludu partikolarment it-televiżjoni analoġika u diġitali, live streaming, webcasting u near-video-on-demand, filwaqt li l-video-on-demand, per eżempju, huwa servizz ta’ media awdoviżivi on-demand. B’mod ġenerali, għal xandiriet televiżivi jew programmi tat-televiżjoni li jiġu offruti wkoll bħala servizzi on-demand mill-istess fornitur tas-servizzi ta’ media awdoviżivi, ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala milħuqa billi jiġu sodisfatti r-rekwiżiti applikabbli għax-xandir televiżiv, i.e. trasmissjoni lineari. Madankollu, fejn tipi differenti ta’ servizzi jiġu offruti b’mod parallel, iżda huma b’mod ċar servizzi separati, din id-Direttiva għandha tapplika għal kull wieħed mis-servizzi kkonċernati.

(28)

Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva m’għandux ikopri verżjonijiet elettroniċi ta’ gazzetti u magazines.

(29)

Il-karatteristiċi kollha tas-servizzi tal-media awdjoviżiva stabbiliti fid-definizzjoni u spjegati fil-premessi 21 sa 28 għandhom ikun preżenti kollha fl-istess waqt.

(30)

Fil-kuntest tax-xandir televiżiv il-kunċett ta’ wiri simultanju għandu jkopri wkoll wiri kważi-simultanju minħabba l-varjazzjonijiet fil-perijodu ta’ żmien qasir li jgħaddi bejn it-trasmissjoni u r-riċezzjoni tax-xandira minħabba f’raġunijiet tekniċi inerenti fil-proċess ta’ trasmissjoni.

(31)

F’din id-Direttiva għandha tiġi stabbilita definizzjoni usa’ ta’ komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva, li m’għandhiex madanakollu tinkludi avviżi tas-servizz pubbliku u appelli għall-karità mxandra mingħajr ħlas.

(32)

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva ix- “xogħlijiet Ewropej” għandhom jiġu definiti mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu definizzjoni aktar dettaljata fir-rigward ta’ fornituri ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u waqt li jittieħed kont tal-objettivi ta’ din id-Direttiva.

(33)

Il-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini għandu jkun meqjus bħala l-qalba ta’ din id-Direttiva, minħabba li huwa essenzjali għall-ħolqien ta’ suq intern. Dan il-prinċipju għandu jiġi applikat għas-servizzi tal-media awdjoviżiva kollha sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-fornituri tas-servizzi tal-media bħala l-bażi meħtieġa għal mudelli ġodda ta’ negozju u l-użu ta’ tali servizzi. Huwa essenzjali wkoll sabiex jiġi żgurat il-fluss liberu tal-informazzjoni u tal-programmi awdjoviżivi fis-suq intern.

(34)

Għall-promozzjoni ta’ industrija awdjoviżiva Ewropea b’saħħitha, kompetittiva u integrata u għat-titjib tal-pluraliżmu fil-media fi ħdan l-Unjoni, Stat Membru wieħed biss għandu jkollu ġurisdizzjoni fuq fornitur ta’ servizzi tal-media u l-pluraliżmu fl-informazzjoni għandu jkun prinċipju fundamentali tal-Unjoni.

(35)

L-iffissar ta’ serje ta’ kriterji prattiċi huwa imfassal sabiex jiġi deċiż permezz ta’ proċedura eżawrenti li Stat Membru wieħed biss għandu jkollu l-ġurisdizzjoni fuq il-fornitur tas-servizz tal-media inkonnessjoni mal-provvista tas-servizzi li din id-Direttiva tindirizza. Minkejja dan, waqt li jittieħed kont tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u sabiex jiġu evitati każijiet fejn ikun hemm vakum ta’ ġurisdizzjoni huwa xieraq li ssir riferenza għall-kriterji tal-istabiliment fis-sens tal-Artikoli 49 sa 55 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bħala l-kriterju finali li jiddeċiedi l-ġurisdizzjoni ta Stat Membru.

(36)

Il-ħtieġa li l-Istat Membru li minnu joriġinaw għandu jivverifika li x-xandiriet jikkonformaw mal-liġi nazzjonali kif ikkoordinata b’din id-Direttiva hija suffiċjenti taħt il-liġi tal-Unjoni sabiex tassigura l-moviment liberu ta’ xandiriet mingħajr kontroll sekondarju fuq l-istess bażi fl-Istati Membri li jirċevuhom. Madanakollu, l-Istat Membru li jirċevihom jista’ eċċezzjonalment u taħt kondizzjonijiet speċifiċi, jissospendi proviżorjament it-trasmissjoni mill-ġdid ta’ xandiriet bit-televiżjoni.

(37)

Restrizzjonijiet għall-forniment liberu ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand, għandhom jkunu possibbli biss skont kondizzjonijiet u proċeduri li jirreplikaw dawk diġà stabbiliti fl-Artikoli 3(4), (5) u (6) tad-Direttiva 2000/31/KE.

(38)

L-iżviluppi teknoloġiċi, speċjalment fir-rigward tal-programmi satellitari diġitali, jfissru li għandhom jiġu adattati kriterji sussidjarji sabiex jiġu żgurati regolamentazzjoni adatta u implimentazzjoni effettiva u l-partijiet interessati jingħataw poter ġenwin fuq il-kontenut ta’ servizz tal-media awdjoviżiva.

(39)

Peress li din id-Direttiva tikkonċerna s-servizzi offruti lill-pubbliku ġenerali fl-Unjoni, hija għandha tapplika biss għas-servizzi tal-media awdjoviżiva li jistgħu jiġu rċevuti direttament jew indirettament mill-pubbliku fi Stat Membru jew aktar b’tagħmir standard tal-konsumatur. Id-definizzjoni ta’ “tagħmir standard tal-konsumatur” għandha tibqa’ f’idejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

(40)

L-Artikoli 49 sa 55 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxu d-dritt fundamentali għal-libertà ta’ stabbiliment. Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi tal-media għandhom ikunu ġeneralment liberi li jagħżlu l-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti. Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ukoll li “t-Trattat ma jżommx impriża milli teżerċita l-libertà li tipprovdi servizzi jekk hija ma toffrix servizzi fl-Istat Membru li fih hija stabbilita” (17).

(41)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw regoli aktar dettaljati jew aktar stretti fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva għall-fornituri ta’ servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, filwaqt li jiżguraw li dawk ir-regoli huma konsistenti mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni. Biex jiġu ttrattati sitwazzjonijiet fejn xandar taħt ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru jipprovdi xandira televiżiva li hija kollha kemm hi diretta lejn territorju ta’ Stat Membru ieħor, il-ħtieġa għall-Istati Membri li jikkooperaw ma’ xulxin u, f’każijiet ta’ ċirkumvenzjoni, il-kodifikazzjoni tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja (18), flimkien ma’ proċedura aktar effiċjenti, tkun soluzzjoni adatta li tqis it-tħassib tal-Istati Membri mingħajr ma tippreġudika l-applikazzjoni kif suppost tal-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini. Il-kunċett ta’ regoli ta’ interess pubbliku ġenerali ġie żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-każistika tagħha fir-rigward tal-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat KE (issa Artikoli 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) u jinkludi, inter alia, regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tal-minuri u l-politika kulturali. L-Istat Membru li jagħmel it-talba għall-kooperazzjoni għandu jiżgura li r-regoli nazzjonali speċifiċi in kwistjoni li huma oġġettivament meħtieġa, jiġu applikati b’mod non-diskriminatorju u proporzjonat.

(42)

Meta jkun qed jivvaluta każ b’każ jekk xandira minn fornitur ta’ servizz tal-media stabbilit fi Stat Membru ieħor hix kollha kemm hi jew fil-biċċa l-kbira diretta lejn it-territorju tiegħu, Stat Membru jista’ jirreferi għal indikaturi bħall-oriġini tar-reklamar televiżiv u/jew id-dħul minn abbonamenti, il-lingwa prinċipali tas-servizz jew l-eżistenza ta’ programmi jew komunikazzjonijiet kummerċjali mmirati speċifikament lejn il-pubbliku fl-Istat Membru fejn qed jiġu rċevuti.

(43)

Taħt din id-Direttiva, minkejja l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini, l-Istati Membri xorta jistgħu jieħdu miżuri li jnaqqsu l-libertà tal-moviment tax-xandir televiżiv, iżda taħt il-kondizzjonijiet previsti u l-proċedura stabbilita f’din id-Direttiva. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement sostniet li kwalunkwe limitu tal-libertà li jingħataw servizzi, bħal xi deroga minn prinċipju fundamentali tat-Trattat, għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv (19).

(44)

Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Regolamentazzjoni Aħjar għat-Tkabbir u l-Impjiegi fl-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni enfasizzat li tenħtieġ analiżi attenta tal-approċċ regolatorju adatt, partikolarment biex jiġi stabbilit jekk hux preferibbli li jkun hemm leġislazzjoni għas-settur u l-problema rilevanti, jew jekk għandhomx jiġu kkunsidrati alternattivi bħall-ko-regolamentazzjoni jew l-awto-regolamentazzjoni. Barra minn hekk, l-esperjenza uriet li kemm l-istrumenti ko-regolatorji kif ukoll dawk awto-regolatorji, implimentati skont it-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri jista’ jkollhom rwol importanti fl-għoti ta’ livell għoli ta’ protezzjoni lill-konsumatur. Il-miżuri mmirati lejn il-kisba ta’ objettivi ta’ interess pubbliku fis-settur tas-servizzi tal-media awdjoviżiva emerġenti jkunu aktar effettivi jekk jittieħdu bl-appoġġ attiv talfornituri tas-servizzi nnifishom. Għalhekk l-awto-regolamentazzjoni tikkostitwixxi tip ta’ inizjattiva volontarja li tippermetti lill-operaturi ekonomiċi, lill-imsieħba soċjali, lill-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet non-governattivi jadottaw linji gwida komuni bejniethom u għalihom.

L-Istati Membri għandhom, skont it-tradizzjonijiet legali differenti tagħhom, jagħrfu r-rwol li l-awto-regolamentazzjoni effettiva jista’ jkollha bħala kompliment leġislattiv u għall-mekkaniżmi ġudizzjarji u/jew amministrattivi attwati u l-kontribut utli tagħha għall-kisba tal-għanijiet ta’ din id-Direttiva. Madankollu, filwaqt li l-awto-regolamentazzjoni tista’ tkun metodu komplimentari għall-implimentazzjoni ta’ ċertu dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, hija m’għandhiex tikkostitwixxi sostitut għall-obbligu tal-leġislatur nazzjonali. Il-ko-regolamentazzjoni tagħti, fis-sura minima tagħha, ħolqa legali bejn l-awto-regolamentazzjoni u l-leġislatur nazzjonali skont it-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri. Il-ko-regolamentazzjoni għandha tippermetti l-possibbiltà għal intervent mill-Istat f’każ li l-objettivi tagħha ma jintlaħqux. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi formali tal-Istati Membri fir-rigward tat-traspożizzjoni, din id-Direttiva tinkoraġġixxi l-użu tal-ko-regolamentazzjoni u l-awto-regolamentazzjoni. Dan m’għandu la jobbliga lill-Istati Membri biex jistabbilixxu sistemi ko-regolatorji u/jew awto-regolatorji u lanqas ma jfixkel jew jipperikola inizjattivi ko- jew awto-regolatorji attwali li huma diġà fis-seħħ fl-Istati Membri u li qegħdin jaħdmu b’mod effettiv.

(45)

Minħabba n-natura speċifika tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, speċjalment l-impatt ta’ dawn is-servizzi fuq il-mod kif in-nies jibnu l-opinjoni tagħhom, huwa essenzjali li l-utenti jkunu jafu eżattament min hu responsabbli għall-kontenut ta’ dawn is-servizzi. Huwa għalhekk importanti għall-Istati Membri li jiżguraw li l-utenti jkollhom aċċess faċli u dirett f’kull ħin għall-informazzjoni dwar il-fornitur tas-servizzi tal-media. Jixraq li kull Stat Membru li jiddeċiedi d-dettalji prattiċi ta’ kif jista’ jintlaħaq dan l-objettiv mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti oħra tal-liġi tal-Unjoni.

(46)

Id-dritt tal-persuni b’diżabilità u tax-xjuħ li jipparteċipaw u jintegraw fil-ħajja soċjali u kulturali tal-Unjoni huwa marbut b’mod li ma jistax jinfired mill-provvista ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva aċċessibbli. Il-mezzi għall-kisba ta’ aċċessibilita’ għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal-lingwa tas-sinjali, is-sottotitoli, id-deskrizzjonijiet awdjo u n-navigazzjoni tal-menu li faċli tinftiehem.

(47)

“Il-litteriżmu fil-media” jirreferi għal ħiliet, għarfien u intendiment li jippermettu lill-konsumaturi jużaw il-media b’mod effettiv u żgur. Persuni li huma literati fil-media jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati, jifhmu n-natura tal-kontenut u s-servizzi u jieħdu vantaġġ mill-firxa sħiħa ta’ opportunitajiet offruti mit-teknoloġiji l-ġodda tal-komunikazzjoni. Huma jkunu jistgħu jipproteġu aħjar lilhom infushom u lill-familji tagħhom minn materjal dannuż u offensiv. Għalhekk l-iżvilupp tal-litteriżmu fil-media fit-taqsimiet kollha tas-soċjetà għandu jiġi promoss u l-progress segwit mill-qrib. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-minuri u tad-dinjità tal-bniedem u dwar id-dritt ta’ tweġiba fir-rigward tal-kompetittività tal-industrija Ewropea tas-servizzi awdjoviżivi u tal-informazzjoni online  (20) diġà fiha numru ta’ miżuri possibbli għall-promozzjoni tal-litteriżmu fil-media bħal, per eżempju, it-tkomplija tal-edukazzjoni għall-għalliema u l-ħarrieġa, taħriġ speċifiku għall-Internet immirat għat-tfal minn età bikrija, inklużi sessjonijiet miftuħa għall-ġenituri, jew organizzazzjoni ta’ kampanji nazzjonali mmirati għaċ-ċittadini, bl-involviment tal-mezzi kollha tal-komunikazzjoni, biex tingħata informazzjoni dwar l-użu responsabbli tal-Internet.

(48)

Id-drittijiet ta’ xandir televiżiv għal avvenimenti ta’ interess pubbliku qawwi jistgħu jinkisbu mix-xandara fuq bażi esklussiva. Madankollu, huwa essenzjali li jiġi promoss il-pluraliżmu permezz tad-diversità fil-produzzjoni tal-aħbarijiet u tal-programmar madwar l-Unjoni u li jiġu rrispetatti l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea.

(49)

Huwa essenzjali li l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu miżuri sabiex jipproteġu d-dritt għall-informazzjoni u sabiex jiżguraw aċċess wiesa mill-pubbliku għax-xandir televiżiv ta avvenimenti nazzjonali jew mhux nazzjonali ta’importanza kbira għas-soċjetà, bħal-Logħob Olimpiku, it-Tazza tad-Dinja u l-kampjonat Ewropew tal-futbol. Għal dan il-għan l-Istati Membri jżommu d-dritt li jieħdu l-miżuri kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni mmirati sabiex jirregolaw l-eżerċizzju ta drittijiet esklussivi tax-xandir għal avvenimenti bħal dawk mix-xandara taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

(50)

Huwa neċessarju li jsiru arranġamenti fi ħdan il-qafas tal-Unjoni, sabiex jiġi evitat il-potenzjal ta’ inċertezza legali u xkiel tas-suq u sabiex iċ-ċirkolazzjoni libera tas-servizzi televiżivi tiġi rikonċiljata mal-bżonn li tiġi evitata l-possibiltà ta’ ksur tal-miżuri nazzjonali li jipproteġu interess ġenerali leġittimu.

(51)

B’mod partikolari, huwa xieraq li jiġu stipulati dispożizzjoniet dwar l-eżerċizzju minn xandara ta’ drittijiet esklussivi tax-xandir li huma setgħu xtraw għal avvenimenti li huma meqjusa bħala ta’ importanza kbira għas-soċjetà fi Stat Membru li m’huwiex dak li għandu l-ġurisdizzjoni fuq ix-xandara. Sabiex jiġi evitat ix-xiri ta drittijiet spekulattivi bil-għan li jkun hemm ksur tal-miżuri nazzjonali, huwa neċessarju li dawk id-dispożizzjoniet jiġu applikati għal kuntratti li jkunu saru wara l-pubblikazzjoni tad- Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) u fir-rigward ta’avvenimenti li jiġru wara d-data tal-implimentazzjoni. Meta kuntratti li d-data tagħhom tkun qabel il-pubblikazzjoni ta’ dik id- Direttiva jiġu mġedda, jiġu meqjusa li huma kuntratti ġodda.

(52)

Avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà għandhom, għall-iskopijiet ta din id-Direttiva, jissodisfaw ċerti kriterji, jiġifieri li jkunu avvenimenti eċċezzjonali li huma ta’ interess għall-pubbliku inġenerali fl-Unjoni jew fi Stat Membru partikolari jew f’parti importanti li hija komponent tal-istat Membru partikolari u li jkunu organizzati minn qabel minn organizzatur tal-avvenimenti li huwa legalment intitolat li jbigħ id-drittijiet li jappartjenu għal dawk l-avvenimenti.

(53)

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, “televiżjoni mingħajr ħlas” tfisser xandir fuq kanal, pubbliku jew kummerċjali, ta’ programmi li huma aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas apparti mill-mezzi tal-iffinanzjar tax-xandir li jinsabu f’kull Stat Membru (bħall-miżata tal-liċenzja u/jew il-miżata ta’ abbonament għas-servizz bażiku ta sistema interkonnessa bil-fil).

(54)

L-Istati Membri huma liberi li jieħdu l-miżuri kollha li jidhrilhom li huma xierqa fir-rigward ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva xandiriet li jiġu minn pajjiżi terzi u li ma’ jissodisfawx il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2, sakemm jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

(55)

Sabiex tiġi salvagwardjata l-libertà fundamentali li wieħed jirċievi l-informazzjoni u biex jiġi żgurat li l-interessi tat-telespettaturi fl-Unjoni jitħarsu bis-sħiħ u kif suppost, dawk li jkollhom id-drittijiet esklussivi ta’ xandir televiżiv dwar avvenimenti ta’ interess pubbliku qawwi għandhom jagħtu lix-xandara l-oħra d-dritt li jużaw siltiet qosra għall-finijiet ta’ programmi ta’ aħbarijiet ġenerali f’termini ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji b’kont meħud tad-drittijiet esklussivi. Tali termini għandhom jiġu kkomunikati fil-ħin qabel ma jseħħ l-avveniment ta’ interess pubbliku qawwi sabiex jingħata ħin biżżejjed lill-oħrajn ħalli jeżerċitaw dan id-dritt. Xandar għandu jkun jista’ jeżerċita dan id-dritt permezz ta’ intermedjarju li jaġixxi speċifikament f’ismu fuq bażi ta’ każ b’każ. Tali siltiet qosra jistgħu jintużaw għal xandiriet madwar l-UE minn kwalunkwe stazzjon inklużi stazzjonijiet iddedikati għall-isports u m’għandhomx jaqbżu d-90 sekonda. Id-dritt għall-aċċess għal siltiet qosra għandu japplika fuq bażi transkonfinali biss fejn huwa meħtieġ. Għalhekk xandar għandu l-ewwel ifittex aċċess minn xandar stabbilit fl-istess Stat Membru li jkollu d-drittijiet esklussivi għall-avveniment ta’ interess kbir għall-pubbliku.

L-idea ta’ programmi tal-aħbarijiet ġenerali m’għandiex tkopri l-kompilazzjoni ta’ siltiet qosra fil-programmi li jservu skopijiet ta’ divertiment. Il-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini għandu japplika kemm għall-aċċess kif ukoll għat-trasmissjoni tas-siltiet il-qosra. F’każ transkonfinali, dan ifisser li l-liġijiet differenti għandhom japplikaw sekwenzjalment. L-ewwel, għallaċċess għas-siltiet il-qosra, tapplika l-liġi tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit ix-xandar li jipprovdi lewwel sinjal (jiġifieri, qed jagħti l-aċċess). Dan normalment huwa l-Istat Membru fejn iseħħ l-avveniment ikkonċernat. Fejn Stat Membru stabbilixxa sistema ekwivalenti ta’ aċċess għall-avveniment ikkonċernat tapplika xorta waħda l-liġi ta’ dan l-Istat Membru. It-tieni, għat-trasmissjoni tas-silta l-qasira, tapplika l-liġi tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit ix-xandar li jittrasmetti s-siltiet il-qosra.

(56)

Ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-aċċess għal avvenimenti ta’ interess qawwi għall-pubbliku għall-fini ta’ rapporti ta’ aħbarijiet fil-qosor għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (22) u l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet li għandhom x’jaqsmu magħhom. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aċċess għal avvenimenti ta’ interess kbir għall-pubbliku billi jagħtu aċċess għas-sinjal tax-xandar fis-sens ta’ din id- Direttiva. Madankollu, huma jistgħu jagħżlu mezzi ekwivalenti oħra fis-sens ta’ din id-Direttiva. Tali mezzi jinkludu, inter alia, l-għoti ta’ aċċess għall-post ta’ dawn l-avvenimenti qabel l-għoti ta’ aċċess għas-sinjal. Ix-xandara m’ għandhomx jinżammu lura milli jikkonkludu kuntratt aktar dettaljat.

(57)

Għandu jkun żgurat li l-prattika tal-fornituri tas-servizzi tal-media li jipprovdu programmi live ta’ xandiriet ta’ aħbarijiet fil-modalità on-demand wara t-trasmissjoni diretta tkun possibbli mingħajr ma jkollhom jiġu adattati l-programmi individwali billi jitħallew barra s-siltiet il-qosra. Din il-possibbiltà għandha tkun ristretta għall-għoti on-demand tal-programm identiku televiżiv imxandar mill-istess fornitur tas-servizzi tal-media, u għalhekk ma tistax tintuża biex jinħolqu mudelli ta’ negozju on-demand ġodda bbażati fuq siltiet qosra.

(58)

Is-servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand huma differenti mis-servizzi ta’ xandir televiżiv fir-rigward tal-għażla u l-kontroll li l-utent jista’ jkollu u fir-rigward tal-impatt li għandhom fuq is-soċjetà (23). Dan jiġġustifika l-impożizzjoni ta’ regolamentazzjoni eħfef fuq is-servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand, li għandhom jikkonformaw biss mar-regoli bażiċi previsti f’ din id-Direttiva.

(59)

Id-disponibbiltà ta’ kontenut dannuż fis-servizzi tal-media awdjoviżiva tqajjem tħassib għal-leġislaturi, l-industrija tal-media u l-ġenituri. Probabilment ser ikun hemm ukoll sfidi ġodda, speċjalment f’rabta ma’ pjattaformi ġodda u prodotti ġodda. Regoli li jipproteġu l-iżvilupp fiżiku, mentali u morali tal-minuri kif ukoll tad-dinjità tal-bniedem fis-servizzi kollha tal-media awdjoviżiva, inkluża l-komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva huma għaldaqstant neċessarji.

(60)

Il-miżuri meħuda għall-protezzjoni tal-iżvilupp fiżiku, mentali u morali tal-minuri u tad-dinjità tal-bniedem għandhom ikunu bilanċjati bil-għaqal mad-drittijiet fundamentali tal-espressjoni kif stabbilit fil-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-għan ta’ dawk il-miżuri, bħall-użu tan-numri ta’ identifikazzjoni personali (kodiċijiet PIN), sistemi ta’ filtrazzjoni jew tabellar, għandu għalhekk ikun li jiżguraw livell adegwat ta’ protezzjoni tal-iżvilupp fiżiku, mentali u morali tal-minuri u tad-dinjità umana, speċjalment rigward is-servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand. Ir-Rakkomandazzjoni dwar il-protezzjoni tal-minuri u d-dinjità tal-bniedem u dwar id-dritt ta’ risposta diġà tirrikonoxxi l-importanza ta’ sistemi ta’ filtrazzjoni u tikkettar u tinkludi numru ta’ miżuri possibbli għall-benefiċċju tal-minuri bħal, l-għoti sistematiku lill-utenti ta’ sistema ta’ filtrazzjoni effettiva, li tista’ tiġi aġġornata u li tkun faċli għall-użu meta huma jabbonaw ma’ fornitur għall-aċċess jew it-tagħmir għall-aċċess għal servizzi maħsuba speċifikament għat-tfal b’sistemi ta’ filtrazzjoni awtomatika.

(61)

Il-fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri huma fi kwalunkwe każ soġġetti għad-divjet dwar id-disseminazzjoni tal-pornografija bit-tfal konformement mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/68/ĠAI tat-22 ta’ Diċembru 2003 dwar il-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pornografija bit-tfal (24).

(62)

L-ebda dispożizzjoni f’din id-Direttiva li tikkonċerna l-protezzjoni tal-iżvilupp fiżiku, mentali u morali tal-minuri u d-dinjita’ tal-bniedem ma tirrikjedi neċessarjament li l-miżuri meħuda għall-protezzjoni ta’ dawk l-interessi jkunu implimentati permezz ta’ verifika minn qabel tas-servizzi tal-media awdjoviżiva minn korpi pubbliċi.

(63)

Il-koordinazzjoni hija meħtieġa sabiex ikun aktar faċli li persuni u industriji li jipproduċu programmi li jkollhom objettiv kulturali jibdew u jwettqu l-attivitajiet tagħhom.

(64)

Ir-rekwiżiti minimi fir-rigward tax-xandiriet kollha pubbliċi u privati tat-televiżjoni tal-Unjoni għal produzzjonijiet Ewropej awdjoviżwali kienu mezz biex jippromwovu l-produzzjoni, l-produzzjoni indipendenti u d-distribuzzjoni fl-industriji msemmija hawn fuq u jikkomplementaw strumenti oħrajn li diġà qegħdin jew ser jiġu proposti biex jiffavorixxu l-istess objettiv.

(65)

Huwa għalhekk neċessarju li jiġu promossi swieq ta’ daqs suffiċjenti għall-produzzjonijiet tat-televiżjoni fl-Istati Membri sabiex jiġu rkuprati investimenti neċessarji mhux biss billi jiġu stabbiliti regoli komuni biex jinfetħu s-swieq nazzjonali iżda wkoll billi jiġi previst għal produzzjonijiet Ewropej meta prattikabbli u b’mezzi approprjati proporzjon ta’ maġġoranza fix-xandiriet tat-televiżjoni tal-Istati Membri kollha. Sabiex ikun possibbli l-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli u t-twettiq tal-objettivi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni tal-proporzjonijiet riservati għal xogħlijiet Ewropej u produzzjonijiet indipendenti f’din id-Direttiva. Għall-kalkolu ta’ dawn il-proporzjonijiet għandu jittieħed kont tas-sitwazzjoni speċifika tar-Repubblika tal-Greċja u r-Repubblika tal-Portugall. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn b’dawn ir-rapporti akumpanjati, fejn xieraq b’opinjoni li tieħu kont ta’, b’mod partikolari, l-progress akkwistat meta pparagunat mas-snin preċedenti, is-sehem tal-ewwel xandiriet fl-ipprogrammar, iċ-ċirkostanzi partikolari ta’ xandara ġodda tat-televiżjoni u s-sitwazzjoni speċifika ta’ pajjiżi b’kapaċità baxxa ta’ produzzjoni awdjoviżwali jew żona ristretta tal-lingwa.

(66)

Huwa importanti li jiġu mfittxija strumenti u proċeduri approprjati skont il-liġi tal-Unjoni sabiex tiġi promossal-implimentazzjoni ta’ dawn l-objettivi bl-iskop li jiġu adottati miżuri addattati sabiex jinkoraġġixxu l-attività u l-iżvilupp tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni awdjoviżwali Ewropea, partikolarment f’pajjiżi b’kapaċità baxxa għall-produzzjoni awdjoviżwali jew żona ristretta tal-lingwa.

(67)

Il-proporzjonijiet ta’ xogħlijiet Ewropej iridu jiġu miksuba b’kont meħud tar-realtajiet ekonomiċi. Għalhekk, hija meħtieġa sistema progressiva sabiex jinkiseb dan l-objettiv.

(68)

L-impenn, meta prattikabbli, għal ċertu proporzjon ta’ xandiriet għal produzzjonijiet indipendenti, maħluqa minn produtturi li huma indipendenti minn xandara, għandu jistimula sorsi ġodda ta’ produzzjoni tat-televiżjoni, speċjalment il-ħolqien ta’ intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju. Joffri opportunitajiet ġodda u żvog għat-tqegħid fis-suq ta’ talenti kreattivi għall-impjieg ta’ professjonijiet kulturali u impjegati fil-qasam tal-kultura.

(69)

Is-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand għandhom il-potenzjal li parzjalment jissostitwixxu x-xandir televiżiv. Għaldaqstant, fejn huwa prattikabbli huma għandhom jippromwovi l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej u b’hekk jikkontribwixxu attivament għall-promozzjoni tad-diversità kulturali. Tali appoġġ għax-xogħlijiet Ewropej jista’ per eżempju jieħu l-forma ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji minn tali servizzi għall-produzzjoni u l-akkwist tad-drittijiet ta’ xogħlijiet Ewropej, sehem minimu ta’ xogħlijiet Ewropej fil-katalogi video-on-demand, jew il-preżentazzjoni attraenti ta’ xogħlijiet Ewropej fi gwidi elettroniċi għall-programmi. Huwa importanti li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-promozzjoni tax-xogħlijiet Ewropej mis-servizzi tal-media awdjoviżiva tiġi ri-eżaminata regolarment. Fil-qafas tar-rapporti previsti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ukoll jieħdu kont, partikolarment, tal-kontribuzzjoni finanzjarja minn tali servizzi għall-produzzjoni u lakkwist tad-drittijiet ta’ xogħlijiet Ewropej; is-sehem ta’ xogħlijiet Ewropej fil-katalogu tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, u fil-konsum effettiv ta’ xogħlijiet Ewropej offruti minn tali servizzi.

(70)

Fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 16 l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lix-xandara jinkludu sehem adegwat ta’ xogħlijiet Ewropej ko-prodotti jew ta’ xogħlijiet Ewropej ta’ oriġini barranija.

(71)

Meta jiġu definiti “produtturi li huma indipendenti mix-xandara” kif imsemmi fl-Artikolu 17, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont debitu notevolment ta’ kriterji bħas-sidien tal-azjenda ta’ produzzjoni, l-ammont ta’ programmi fornuti lill-istess xandar u s-sidien ta’ drittijiet sekondarji.

(72)

Il-kanali li jxandru kompletament b’lingwa differenti minn dik tal-Istati Membri m’għandhomx ikunu koperti mill-Artikoli 16 u 17 ta’ din id-Direttiva. Madanakollu, meta dik il-lingwa jew lingwi jirrapreżentaw parti sostanzjali iżda mhux il-ħin kollu tat-trasmissjoni tal-kanal, l-Artikoli 16 u 17 m’għandhomx japplikaw għal dik il-parti tal-ħin tat-trasmissjoni.

(73)

Skemi nazzjonali ta’ sostenn għall-iżvilupp tal-produzzjoni Ewropea jistgħu jiġu applikati sa fejn dawn jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni.

(74)

L-għan li tingħata għajnuna lill-produzzjoni awdjoviżivi fl-Ewropa jista jiġi segwit fl-Istati Membri fil-qafas ta’l-organizzazzjoni tas-servizzi awdjoviżibli tal-media tagħhom, inter alia permezz tad-definizzjoni ta’ missjoni ta’ interess pubbliku għal ċerti fornituri ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva, inkluża l-obbligazzjoni li jikkontribwixxu sostanzjalment għallinvestiment fil-produzzjoni Ewropea.

(75)

Fornituri tas-servizzi tal-media, min jagħmel il-programmi, il-produtturi, l-awturi u esperti oħrajn għandhom jiġu mħeġġa sabiex jiżviluppaw kunċetti u strateġiji aktar dettaljati mmirati biex jiżviluppaw films ta’ fizzjoni Ewropej awdjoviżivi li huma indirizzati għal udjenza internazzjonali.

(76)

Huwa importanti li jiġi żgurat li x-xogħlijiet ċinematografiċi huma trasmessi f’perijodi maqbula bejn min għandu d-drittijiet u l-fornituri tas-servizzi tal-media.

(77)

Il-kwistjoni ta’ perijodi ta’ żmien speċifiċi għal kull tip ta’ wirja ta’ xogħlijiet ċinematografiċi hija primarjament kwistjoni li għandha tiġi deċiża permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet interessati jew bejn il-persuni professjonali involuti.

(78)

Sabiex ikun hemm lok għal politika attiva favur lingwa speċifika, l-Istati Membri huma liberi li jistabbilixxu regoli aktar dettaljati jew aktar stretti partikolarment skont il-bażi tal-kriterji tal-lingwa, sakemm dawk ir-regoli jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni, u b’mod partikolari ma jkunux applikabbli għat-trasmissjoni mill-ġdid ta’ xandiriet li joriġinaw fi Stati Membri oħrajn.

(79)

Id-disponibbiltà ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand żżid l-għażla għall-konsumatur. Regoli dettaljati għall-komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva għal servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand jidhru għalhekk la ġġustifikati u lanqas jagħmlu sens mil-lat tekniku. Madankollu, il-komunikazzjoni kummerċjali kollha awdjoviżiva għandha tirrispetta mhux biss ir-regoli ta’ identifikazzjoni iżda wkoll livell bażiku ta’ regoli kwalitattivi sabiex jintlaħqu objettivi ċari ta’ ordni pubbliku.

(80)

Kif ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni Interpretattiva tagħha dwar ċerti aspetti tad-dispożizzjonijiet dwar ir-reklamar fid-Direttiva “Televiżjoni mingħajr fruntieri” (25), l-iżvilupp ta’ tekniki ġodda ta’ reklamar u innovazzjonijiet fil-kummerċjalizzazzjoni ħoloq opportunitajiet effettivi ġodda għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi fis-servizzi tax-xandir tradizzjonali, potenzjalment billi jippermettilhom jikkompetu aħjar b’parità mal-innovazzjonijiet on-demand.

(81)

L-iżviluppi kummerċjali u teknoloġiċi jagħtu lill-utenti aktar għażla u responsabbiltà fl-użu tagħhom tas-servizzi tal-media awdjoviżiva. Biex tibqa’ proporzjonali mal-għanijiet ta’ interess ġenerali, ir-regolamentazzjoni għandha tippermetti ċertu grad ta’ flessibbiltà fir-rigward tax-xandir televiżiv. Il-prinċipju ta’ separazzjoni għandu jkun limitat għar-reklamar bit-televiżjoni u t-teleshopping, u it-tqegħid ta’ prodott għandu jitħalla taħt ċerti ċirkustanzi, sakemm Stat Membru ma jiddeċidix mod ieħor. Madankollu, fejn it-tqegħid ta’ prodott isir bil-moħbi, dan għandu jiġi pprojbit. Il-prinċipju ta’ separazzjoni m’għandux jimpedixxi tekniki ġodda ta’ reklamar.

(82)

Minbarra l-prattiki koperti mid-Direttiva attwali, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (26) tapplika għal prattiċi kummerċjali mhux ġusti, bħal prattiċi qarrieqa u aggressivi li jidhru fis-servizzi tal-midja awdjoviżiva. Barra minn hekk, id-Direttiva 2003/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-reklamar u l-patrunaġġ tal-prodotti tat-tabakk (27), li tipprojbixxi r-reklamar u l-isponsorizzazzjoni għas-sigaretti u prodotti oħrajn tat-tabakk fil-midja stampata, fis-servizzi ta’ informazzjoni lis-soċjetà u fix-xandir bir-radju, għandha tkun mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva bil-ħsieb tal-karatteristiċi speċjali tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva. L-Artikolu 88(1) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (28) tipprojbixxi r-reklamar ta’ ċerti prodotti mediċinali lill-pubbliku ġenerali, japplika, kif previst fil-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva. Barra minn hekk, din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (29).

(83)

Sabiex jiġi żgurat li l-interessi tal-konsumaturi bħala telespettaturi jiġu protetti bis-sħiħ u kif għandu jkun, huwa essenzjali li r-reklamar fuq it-televizjoni jkun soġġett għal ċertu numru ta’ regoli u standards minimi u li l-Istati Membri jżommu d-dritt li jistabbilixxu regoli aktar dettaljati jew aktar stretti u f’ċerti ċirkostanzi li jistabbilixxu kondizzjonijiet differenti għal xandara tat-televiżjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

(84)

L-Istati Membri, b’attenzjoni dovuta għal-liġi tal-Unjoni u fir-rigward ta’ xandiriet maħsuba biss għat-territorju nazzjonali li ma jistgħux jiġu riċevuti, direttament jew indirettament, fi Stat Membru wieħed jew aktar, għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet differenti għall-inserzjoni ta’ reklamar u limiti differenti għall-volum ta’ reklamar sabiex dawn ix-xandiriet partikolari jiġu aktar faċilitati.

(85)

Meta wieħed iqis iż-żieda fil-possibilitajiet għat-telespettaturi li jevitaw ir-reklami permezz ta’ teknoloġiji ġodda bħall-video recorders diġitali personali u ż-żieda fl-għażla tal-istazzjonijiet, ma tiġġustifikax r-regolamentazzjoni dettaljata fir-rigward tal-inklużjoni ta’ spots ta’ reklami bil-għan li t-telespettaturi jkunu protetti. Filwaqt li l-ammont ta’ reklami fis-siegħa li huwa ammissibbli m’għandux jiżdied, din id-Direttiva għandha tagħti flessibbiltà lix-xandara fir-rigward tal-inklużjoni tagħhom fejn dan ma jtellifx indebitament l-integrità talprogrammi.

(86)

Din id-Direttiva hija maħsuba sabiex tissalvagwardja l-karattru speċifiku tat-televiżjoni Ewropea, fejn ir-reklamar preferibbilment jiddaħħal bejn il-programmi, u għalhekk tillimita l-interruzzjonijiet possibbli għal xogħlijiet ċinematografiċi u films magħmulin għat-televiżjoni kif ukoll l-interruzzjonijiet ta’ xi kategoriji ta’ programmi li għad għandhom bżonn protezzjoni speċifika.

(87)

Għandu jiġi stabbilit limitu ta’ 20 % ta’ spots ta’ reklamar u spots ta’ teleshopping fuq it-televiżjoni għal kull siegħa bl-arloġġ kif ukoll matul l-aqwa ħin. Il-kunċett ta’ spots ta’ reklamar fuq it-televiżjoni għandha tiftiehem bħala reklamar televiżiv fis-sens tal-punt (i) tal-Artikolu 1(1) ta’ dewmien ta’ mhux aktar minn 12-il minuta.

(88)

Huwa neċessarju li tiġi pprojbita l-komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva kollha li jippromwovi s-sigaretti u prodotti oħrajn tat-tabakk inklużi forom indiretti ta’ komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva li, waqt li ma jsemmux il-prodott tat-tabakk direttament, ifittxu li jaħarbu l-projbizzjoni fuq komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva għs-sigaretti u prodotti oħrajn tat-tabakk billi jużaw ismijiet tad-ditti, simboli jew karatteristiċi distintivi oħrajn ta’ prodotti tat-tabakk jew ta’ intrapriżi li l-attivitajiet magħrufa jew prinċipali tagħhom jinkludu l-produzzjoni jew il-bejgħ ta’ dawn il-prodotti.

(89)

Huwa wkoll neċessarju tiġi pprojbita l-komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva kollha fuq it-televiżjoni għal prodotti mediċinali u kura medika disponibbli biss bir-riċetta tat-tabib fl-Istat Membru li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu il-fornitur tas-servizz tal-media u li jiġu stabbiliti kriterji stretti dwar ir-reklamar fuq it-televiżjoni ta’ prodotti alkoħoliċi.

(90)

Il-komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva bil-moħbi hija prattika pprojbita minn din id-Direttiva minħabba l-effett negattiv tagħha fuq il-konsumatur. Il-projbizzjoni ta’ komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva bil-moħbi m’għandiex tkopri t-tqegħid leġittimu ta’ prodott fil-qafas ta’ din id-Direttiva, fejn it-telespettatur huwa mgħarraf b’mod adegwat bl-eżistenza ta’ tqegħid ta’ prodott. Dan jista’ jsir jew billi jiġi ssenjalat il-fatt li qed isir tqegħid ta’ prodott fi programm partikolari, per eżempju permezz ta’ logo newtrali.

(91)

It-tqegħid ta’ prodott huwa realtà f’xogħlijiet ċinematografiċi u f’xogħlijiet awdjoviżivi maħduma għat-televiżjoni. Biex tkun żgurata l-parità, u b’hekk tiżdied il-kompetittività tal-industrija tal-media Ewropea, regoli għat-tqegħid ta’ prodotti huma neċessarji. Id-definizzjoni ta’ tqegħid ta’ prodott kif stabbilita b’din id-Direttiva għandha tkopri kwalunkwe forma ta’ komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva li tikkonsisti fl-inklużjoni ta’ jew referenza għal prodott, servizz jew it-trade mark tiegħu biex dan jidher fi programm, bi ħlas jew għal korrispettiv simili. Il-provvista ta’ prodotti jew servizzi b’xejn, bħall-oġġetti tal-produzzjoni jew premjijiet, għandhom jitqiesu bħal tqegħid ta’ prodott jekk il-prodotti jew is-servizzi involuti huma ta’ valur sinifikanti. It-tqegħid ta’ prodott għandu jkun soġġett għall-istess regoli kwalitattivi u restrizzjonijiet li japplikaw għall-komunikazzjoni awdjoviżiva kummerċjali. Il-kriterju deċiżiv li jiddistingwi l-isponsorizzazzjoni u t-tqegħid ta’ prodott huwa l-fatt li fit-tqegħid ta’ prodott ir-referenza għal prodott tinbena fl-azzjoni ta’ programm li hija r-raġuni għaliex id-definizzjoni fil-punt (m) tal-Artikolu 1(1) fiha l-kelma “fi”. B’kuntrast, referenzi għal promoter jistgħu jintwerew matul programm iżda m’humiex parti mill-plot.

(92)

It-tqegħid ta’ prodott għandu, fil-prinċipju, ikun ipprojbit. Madankollu, derogi jistgħu ikunu xierqa għal ċertu ġeneri ta’ programmi, abbażi ta’ lista pożittiva. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu ma japplikawx dawn id-derogi, totalment jew parzjalement, per eżempju billi jippermettu t-tqegħid ta’ prodott biss fi programmi li ma kinux prodotti esklussivament f’dak l-Istat Membru.

(93)

Barra minn hekk, l-isponsorizzazzjoni u t-tqegħid ta’ prodott huma pprojbiti fejn dawn jinfluwenzaw il-kontenut ta’ programmi b’mod li jaffettwaw r-responsabbiltà u l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-media. Dan huwa l-każ fir-rigward ta’ tqegħid tematiku.

(94)

Skont id-dmirijiet imposti fuq l-Istati Membri mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huma responsabbli għall-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva. Huma liberi li jagħżlu strumenti xierqa skont it-tradizzjonijiet legali u l-istrutturi stabbiliti tagħhom, u, b’mod partikolari, il-forma tal-korpi regolatorji independenti kompetenti tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jwettqu ħidmiethom fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva imparzjalment u bi trasparenza. B’mod aktar speċifiku, l-istrumenti magħżulin mill-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-pluraliżmu tal-media.

(95)

Hija meħtieġa kooperazzjoni mill-qrib bejn il-korpi regolatorji kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta’ din id-Direttiva. B’mod simili l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u bejn il-korpi regolatorji tal-Istati Membri hija partikolarment importanti fir-rigward tal-impatt li xandara stabbiliti fi Stat Membru wieħed jista’ jkollhom fuq Stat Membru ieħor. Fil-każ li l-proċeduri ta’ liċenzjar huma previsti fil-liġi nazzjonali u jekk aktar minn Stat Membru wieħed huwa kkonċernat, huwa mixtieq li jsiru kuntatti bejn il-korpi nazzjonali rispettivi qabel ma jingħataw dawk il-liċenzji. Din il-kooperazzjoni għandha tkopri l-oqsma kollha koordinati minn din id-Direttiva.

(96)

Huwa meħtieġa li jiġi ċċarat li attivitajiet li jippromwovu lilhom infushom huma forma partikolari ta’ reklamar li fiha x-xandar jippromwovi l-prodotti tiegħu stess, servizzi, programmi jew kanali. B’mod partikolari, trejlers li jikkonsistu f’estratti minn programmi għandhom jiġu meqjusa bħala programmi.

(97)

Il-ħin ta’ trasmissjoni ta kuljum allokat għal avviżi magħmula mix-xandar inkonnessjoni mal-programmi tiegħu stess u prodotti anċillari mnissla direttament minn dawn, jew għal avviżi ta’ servizz pubbliku u appelli għall-karità mxandra mingħajr ħlas, m’għandux jiġi inkluż fl-ammonti massimi ta’ ħin ta’ trasmissjoni ta’ kulljum jew ta kull siegħa li jistgħu jiġu allokati għar-reklamar jew għat-teleshopping.

(98)

Sabiex jiġi evitat xkiel għall-kompetizzjoni, din id-deroga għandha tkun limitata għal avviżi dwar prodotti li jissodisfaw il-kondizzjoni doppja li jkunu kemm anċillari kif ukoll direttament imnissla mill-programmi in kwestjoni. It-terminu “anċillari” tirreferi għal prodotti intiżi speċifikament sabiex jippermettu l-pubbliku li jkun qed jarahom li jibbenifika bis-sħiħ jew li jidħol f’interazzjoni ma’ dawn il-programmi.

(99)

Minħabba l-iżvilupp tat-teleshopping, li hija attività ekonomikament importanti għall-operaturi kemm fiha nfisha u kif ukoll żbokk ġenwin għall-bejgħ ta’ oġġetti u servizzi fl-Unjoni, huwa essenzjali li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur billi jiddaħħlu standards xierqa li jirregolaw il-forma u l-kontenut ta’ dawk ix-xandiriet.

(100)

Huwa importanti għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, waqt li jsegwu mill-qrib l-implimentazzjoni tad-dispożizzjoniet relevanti, li jkunu jistgħu jiddistingwu, fir-rigward ta’ kanali mhux esklussivament dedikati għat-teleshopping, bejn il-ħin tat-trasmissjoni ddedikat għal spots tat-teleshopping, spots pubbliċitarji u forom oħra ta’ reklamar min-naħa l-waħda u, min-naħa l-oħra, ħin tat-trasmissjoni dedikat għal twieqi tat-teleshopping. Huwa għalhekk neċessarju u suffiċjenti li kull tieqa tiġi identifikata b’mod ċar b’mezzi ottiċi u/jew akustiċi mill-inqas fil-bidu u fit-tmiem tal-tieqa.

(101)

Din id-Direttiva tapplika għal kanali dedikati esklussivament għat-teleshopping jew għall-promozzjoni tagħhom stess, mingħajr elementi konvenzjonali ta’ programmi bħal aħbarijiet, sport, films, dokumentarji u drama, għall-iskopijiet biss ta’ din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għall-inklużjoni ta’ dawk il-kanali taħt l-iskop ta’ strumenti tal-Unjoni oħrajn.

(102)

Għalkemm ix-xandara tat-televiżjoni huma normalment marbuta li jiżguraw li l-programmi jippreżentaw fatti u ġrajjiet b’mod ġust, huwa madankollu importanti li għandhom ikunu soġġetti għal obbligi speċifiċi fir-rigward tad-dritt għal risposta jew rimedji ekwivalenti sabiex kull persuna li l-interessi leġittimi tagħha jkunu ġew danneġġjati b’asserzjoni magħmula waqt ix-xandir ta’ programm tat-televiżjoni tkun tista’teżerċita dan id-dritt jew rimedju b’mod effettiv.

(103)

Id-dritt ta’ risposta huwa rimedju legali adatt għax-xandir televiżiv u jista’ jiġi applikat ukoll fl-ambjent on-line. Ir-Rakkomandazzjoni dwar il-protezzjoni tal-minuri u d-dinjità tal-bniedem u dwar id-dritt ta’ risposta diġà fiha linji gwida adatti għall-implimentazzjoni ta’ miżuri fil-liġi jew fil-prattika nazzjonali sabiex ikun żgurat biżżejjed id-dritt ta’ risposta jew rimedji ekwivalenti fir-rigward tal-media on-line.

(104)

Peress li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-ħolqien ta’ żona mingħajr fruntieri interni għas-servizzi tal-media awdjoviżiva filwaqt li jiġi assigurat fl-istess ħin livell għoli ta’ protezzjoni tal-għanijiet ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari l-protezzjoni tal-minuri u d-dinjita’ tal-bniedem kif ukoll il-promozzjoni tad-drittijiet ta’ persuni b’disabilita’ ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalita’, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet.

(105)

Din id-Direttiva hija bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness I, Parti B,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

1.   Għall-fini ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“servizz tal-media awdjoviżiva” tfisser:

(i)

servizz kif definit mill-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li huwa taħt ir-responsabbiltà editorjali ta’ fornitur ta’ servizzi tal-media u li l-fini prinċipali tiegħu huwa l-forniment ta’ programmi sabiex jagħti informazzjoni, intratteniment jew edukazzjoni, lill-pubbliku ġenerali permezz ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettroniċi fis-sens tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE. Tali servizz tal-media awdjoviżiva huwa jew xandira bit-televiżjoni kif definit fil-punt (e) ta’ dan il-paragrafu jew servizz tal-media awdjoviżiva on-demand kif definit fil-punt (g) ta’ dan il-paragrafu;

(ii)

komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva;

(b)

“programm” tfisser sett ta’ immaġini jiċċaqilqu bil-ħoss jew mingħajru li jikkostitwixxi element individwali fi skeda jew katalogu stabbilit minn fornitur ta’ servizzi tal-media u li l-forma u l-kontenut tiegħu huma komparabbli mal-forma u l-kontenut tax-xandir televiżiv. Eżempji ta’ programmi jinkludu films prinċipali, avvenimenti sportivi, kummiedji sitwazzjonali, dokumentarji, programmi għat-tfal u drammi oriġinali;

(c)

“responsabbiltà editorjali” tfisser l-eżerċizzju ta’ kontroll effettiv kemm fuq is-selezzjoni tal-programmi u fuq l-organizzazzjoni tagħhom jew fi skeda kronoloġika, fil-każ ta’ xandiriet bit-televiżjoni, jew f’katalogu, fil-każ ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand. Ir-responsabbiltà editorjali ma timplikax neċessarjament kwalunkwe responsabbiltà legali taħt il-liġi nazzjonali għall-kontenut jew is-servizzi pprovduti;

(d)

“fornitur ta’ servizzi tal-media” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li għandha r-responsabbiltà editorjali għall-għażla tal-kontenut awdjoviżiv tas-servizz tal-media awdjoviżiv u li tiddetermina l-mod kif dan huwa organizzat;

(e)

“xandir televiżiv” jew “xandira televiżiva” (i.e. servizz tal-media awdjoviżiva lineari) tfisser servizz tal-media awdjoviżiv ipprovdut minn fornitur ta’ servizzi tal-media għall-wiri simultanju ta’ programmi abbażi ta’ skeda ta’ programmi;

(f)

“xandar” tfisser fornitur ta’ servizz tal-media ta’ xandiriet bit-televiżjoni;

(g)

“servizz on-demand tal-media awdjoviżiva)” (i.e. servizz tal-media awdjoviżiv non-lineari) tfisser servizz tal-media awdjoviżiva pprovdut minn fornitur ta’ servizzi tal-media għall-wiri ta’ programmi fil-mument magħżul mill-utent u fuq it-talba individwali tiegħu abbażi ta’ katalogu ta’ programmi magħżul mill-fornitur ta’ servizzi tal-media;

(h)

“komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva” tfisser immaġini bil-ħoss jew mingħajru li huma mfasslin biex jippromwovu, direttament jew indirettament, il-prodotti, is-servizzi jew ix-xbieha ta’ entità fiżika jew ġuridika li tkun qed twettaq attività ekonomika. Tali xbihat jakkumpanjaw jew huma inklużi fi programm bi ħlas jew għal remunerazzjoni simili jew għal finijiet ta’ promozzjoni tagħhom infushom. Forom ta’ komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva jinkludu, inter alia, reklamar televiżiv, sponsorizzazzjoni, teleshopping u tqegħid ta’ prodotti;

(i)

“reklamar televiżiv” tfisser kwalunkwe forma ta’ avviż imxandar kemm jekk bi ħlas kemm jekk b’remunerazzjoni simili jew imxandar għal finijiet ta’ promozzjoni tiegħu nnifsu minn impriża pubblika jew privata jew persuna fiżika in konnessjoni ma’ kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni sabiex jippromwovi l-provvista ta’ prodotti jew ta’ servizzi, inklużi proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi, bi ħlas;

(j)

“komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva bil-moħbi” tfisser ir-rappreżentazzjoni fi kliem jew immaġini ta’ prodotti, servizzi, l-isem, il-marka tal-fabbrika jew l-attivitajiet ta’ produttur ta’ prodotti jew ta’ fornitur ta’ servizzi fi programmi fejn tali rappreżentazzjoni hija maħsuba mill-fornitur ta’ servizzi tal-media biex taqdi r-reklamar u tista’ tiżgwida lill-pubbliku dwar in-natura tagħha. Tali rappreżentazzjoni għandha, b’ mod partikolari tkun ikkunsidrata bħala intenzjonali jekk din issir bi ħlas jew għal remunerazzjoni simili;

(k)

“sponsorizzazzjoni” tfisser kwalunkwe kontribut magħmul minn impriżi pubbliċi jew privati jew persuni fiżiċi li mhix involuta fil-provvista ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva jew fil-produzzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi, għall-finanzjament ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva jew programmi bil-ħsieb li tippromwovi isimhom, il-marka tal-fabbrika, l-immaġni, l-attivitajiet jew il-prodotti;

(l)

“teleshopping” tfisser offerti diretti mxandra lill-pubbliku bil-ħsieb tal-forniment ta’ prodotti jew servizzi, inklużi proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi, bi ħlas;

(m)

“tqegħid ta’ prodott” tfisser kwalunkwe forma ta’ komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva li tikkonsisti fl-inklużjoni ta’ jew referenza għal prodott, servizz jew il-marka tal-fabbrika tagħhom sabiex dan jidher fi programm, bi ħlas jew għal remunerazzjoni simili;

(n)

“Xogħlijiet Ewropej” tfisser dan li ġej:

(i)

xogħlijiet li joriġinaw mill-Istati Membri;

(ii)

xogħlijiet li joriġinaw minn Stati terzi Ewropej li huma parti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Televiżjoni Transkonfinali tal-Kunsill tal-Ewropa u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 3;

(iii)

xogħlijiet ko-prodotti fil-qafas ta’ ftehim relatati mas-settur awdjoviżiv konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet definiti f’kull wieħed minn dawn il-ftehim.

2.   L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-punti (n)(ii) u (iii) tal-paragrafu 1 ta’ hawn fuq għandha tkun bil-kondizzjoni li xogħlijiet li joriġinaw mill-Istati Membri ma jkunux is-suġġett ta’ miżuri diskriminatorji fil-pajjiż terz ikkonċernat;

3.   Ix-xogħlijiet imsemmija fil-punti (n)(i) u (ii) tal-paragrafu 1 huma xogħlijiet magħmula prinċipalment b’awturi u ħaddiema li jirrisjedu fi Stat wieħed jew aktar minn dawk imsemmijin f’dawk id-dispożizzjonijiet sakemm dawn ikunu konformi ma’ xi waħda mit-tliet kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikunu mwettqa minn produttur wieħed jew aktar stabbilit(i) f’wieħed jew aktar minn dawk l-Istati;

(ii)

il-produzzjoni tax-xogħlijiet tkun sorveljata u fil-fatt tkun ikkontrollata minn produttur wieħed jew aktar stabbilit(i) f’wieħed jew aktar minn dawk l-Istati;

(iii)

il-kontribuzzjoni tal-ko-produtturi ta’ dawk l-Istati għall-ispejjeż totali tal-ko-produzzjoni tkun preponderanti u l-ko-produzzjoni ma tkunx ikkontrollata minn produttur wieħed jew aktar stabbilit(i) barra minn dawk l-Istati.

4.   Xogħlijiet li m’humiex xogħlijiet Ewropej fis-sens tal-punt (n) tal-paragrafu 1 iżda li huma prodotti fil-qafas ta’ ftehimiet bilaterali ta’ ko-produzzjoni konklużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi għandhom jitqiesu bħala xogħlijiet Ewropej sakemm il-ko-produtturi mill-Unjoni jipprovdu sehem maġġoritarju mill-ispiża totali tal-produzzjoni u li l-produzzjoni ma tkunx ikkontrollata minn produttur wieħed jew aktar stabbilit(i) ‘il barra mit-territorju tal-Istati Membri.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 2

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-servizzi tal-media awdjoviżiva kollha trasmessi minn fornituri ta’ servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jkunu konformi mar-regoli fis-sistema tal-liġi applikabbli għal servizzi tal-media awdjoviżiva maħsuba għall-pubbliku f’dak l-Istat Membru.

2.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva il-fornituri ta’ servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru huma dawn li ġejjin:

(a)

dawk stabbiliti f’dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 3;

(b)

dawk li għalihom japplika l-paragrafu 4.

3.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, fornitur ta’ servizzi tal-media għandu jitqies bħala stabbilit fi Stat Membru fil-każijiet li ġejjin:

(a)

il-fornitur ta’ servizzi tal-media għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu f’dak l-Istat Membru u d-deċiżjonijiet editorjali dwar is-servizz tal-media awdjoviżiv jittieħdu f’dak l-Istat Membru;

(b)

jekk fornitur ta’ servizzi tal-media għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fi Stat Membru wieħed iżda d-deċiżjonijiet editorjali dwar is-servizz tal-media awdjoviżiv jittieħdu fi Stat Membru ieħor, dan għandu jitqies li huwa stabbilit fl-Istat Membru fejn topera parti sinifikanti mill-forza tax-xogħol involuta fit-twettiq tal-attività tas-servizz tal-media awdjoviżiv. Jekk parti sinifikanti mill-forza tax-xogħol involuta fit-twettiq tal-attività tas-servizz tal-media awdjoviżiv topera f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri, il-fornitur tas-servizzi tal-media għandu jitqies bħala stabbilit fl-Istat Membru fejn għandu l-uffiċċju prinċipali. Jekk parti sinifikanti mill-forza tax-xogħol involuta fit-twettiq tal-attività tas-servizz tal-media awdjoviżiv ma tkun topera fl-ebda wieħed minn dawk l-Istati Membri, il-fornitur tas-servizzi tal-media għandu jitqies li jkun fl-Istat Membru fejn l-ewwel beda l-attivitajiet tiegħu skont is-sistema tal-liġi ta’ dak l-Istat Membru, sakemm huwa jżomm għaqda stabbli u effettiva mal-ekonomija ta’ dak l-Istat Membru;

(c)

jekk fornitur ta’ servizzi tal-media jkollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fi Stat Membru iżda d-deċiżjonijiet dwar is-servizz tal-media awdjoviżiv jittieħdu f’pajjiż terz, jew viċe-versa, huwa għandu jitqies li huwa stabbilit fl-Istat Membru kkonċernat, sakemm parti sinifikanti mill-forza tax-xogħol involuta fit-twettiq tal-attività tas-servizz tal-media awdjoviżiv tkun topera f’dak l-Istat Membru.

4.   Fornituri ta’ servizzi tal-media li għalihom ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 għandhom jitqiesu li huma taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru fil-każijiet li ġejjin:

(a)

huma jużaw up-link satellitari li tinsab f’dak l-Istat Membru;

(b)

għalkemm ma jużawx up-link satellitari li tinsab f’dak l-Istat Membru, huma jużaw kapaċità satellitari li tappartjeni għal dak l-Istat Membru;

5.   Jekk il-kwistjoni dwar liema Stat Membru għandu l-ġurisdizzjoni ma tkunx tista’ tiġi determinata skont il-paragrafi 3 u 4, l-Istat Membru kompetenti għandu jkun dak li fih il-fornitur ta’ servizzi tal-media huwa stabbilit fis-sens tal-Artikoli 49 sa 55 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal servizzi tal-media awdjoviżiva maħsuba esklużivament għar-riċezzjoni f’pajjiżi terzi u li ma jinqabdux b’tagħmir standard tal-konsumatur direttament jew indirettament mill-pubbliku fi Stat Membru wieħed jew aktar.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-libertà tar-riċezzjoni u m’għandhomx jirrestrinġu fit-territorju tagħhom re-trasmissjonijiet ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva minn Stati Membri oħrajn għal raġunijiet li jaqgħu taħt l-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva.

2.   Fir-rigward tax-xandir televiżiv, l-Istati Membri jistgħu, proviżorjament, jidderogaw mill-paragrafu 1 jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

xandira televiżiva li ġejja minn Stat Membru ieħor tikser b’mod ċar, serju u gravi l-Artikolu 27(1) jew (2) u/jew l-Artikolu 6;

(b)

matul it-12-il xahar preċedenti, ix-xandar ikun kiser id-dispożizzjoni(jiet) li ssir riferenza għalih(om) f’punt (a) mill-inqas f’żewġ okkażjonijiet preċedenti;

(c)

l-Istat Membru inkwistjoni irid ikun innotifika lix-xandar u lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-allegati vjolazzjonijiet u dwar il-miżuri li jkun bi ħsiebu jieħu jekk jerġa jkun hemm vjolazzjoni oħra bħal dik;

(d)

jekk il-konsultazzjonijiet ma l-Istat Membru li jittrasmetti u l-Kummissjoni ma jwasslux għal ftehim amikevoli fi żmien 15-il ġurnata min-notifika provduta f’punt (c), u l-allegata vjolazzjoni tkun għadha tippersisti.

Il-Kummissjoni għandha, fi żmien xahrejn wara n-notifika tal-miżuri meħuda mill-Istat Membru, tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżuri humiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. Jekk tiddeċiedi li m’humiex, l-Istat Membru huwa meħtieġ li jtemm il-miżuri inkwistjoni b’urġenza.

3.   Il-paragrafu 2 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ kull proċedura, rimedju jew sanzjoni għall-vjolazzjonijiet inkwistjoni fl-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuq ix-xandar inkwistjoni.

4.   Fir-rigward tas-servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri li jidderogaw mill-paragrafu 1 għal servizz partikolari jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-miżuri jkunu:

(i)

meħtieġa għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

għall-ordni pubbliku, b’mod partikolari, il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, inkluż il-protezzjoni ta’ minuri u l-ġlieda kontra kwalunkwe inċitament għal mibegħda bbażata fuq ir-razza, is-sess, ir-reliġjon jew in-nazzjonalità, u ksur tad-dinjità tal-bniedem fir-rigward ta’ persuni individwali;

il-protezzjoni tas-saħħa pubblika;

is-sigurtà pubblika, inkluża s-salvagwardja tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali;

il-protezzjoni tal-konsumaturi, inklużi l-investituri;

(ii)

jittieħdu kontra servizz tal-media awdjoviżiva on-demand li jippreġudika l-objettivi msemmija fil-punt (i) jew li jippreżenta riskju ta’ preġudizzju serju u gravi għal dawk l-objettivi;

(iii)

ikunu proporzjonati ma’ dawk l-objettivi;

(b)

qabel ma jittieħdu l-miżuri in kwistjoni u mingħajr preġudizzju għal proċedimenti tal-qorti, inkluż proċedimenti preliminari u atti mwettqa fil-qafas ta’ investigazzjoni kriminali, l-Istat Membru:

(i)

ikun talab lill-Istat Membru li l-fornitur ta’ servizzi jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu biex jieħu l-miżuri u dan tal-aħħar ma jkunx ħa dawn il-miżuri, jew dawn ma kinux adegwati;

(ii)

ikun innotifika lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li l-fornitur ta’ servizzi jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu dwar l-intenzjoni tiegħu li jieħu tali miżuri.

5.   L-Istati Membri jistgħu, f’każijiet urġenti, jidderogaw mill-kondizzjonijiet stipulati fil-punt (b) tal-paragrafu 4. Fejn dan ikun il-każ, il-miżuri għandhom jiġu nnotifikati fl-iqsar żmien possibbli lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li l-fornitur ta’ servizzi jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, b’indikazzjoni tar-raġunijiet li għalihom l-Istat Membru jikkunsidra li hemm urġenza.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-possibilita tal-Istat Membru li jmexxi bil-miżuri msemmijin fil-paragrafi 4 u 5, il-Kummissjoni għandha teżamina l-kompatibilità tal-miżuri nnotifikati mal-liġi tal-Unjoni fl-anqas żmien possibbli. Fir-rigward tal-konklużjoni li l-miżura tkun inkompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru kkonċernat biex iżomm lura milli jieħu kwalunkwe miżura proposta jew biex iwaqqaf urġentement il-miżuri in kwistjoni.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jeħtieġu fornituri ta’ servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jikkonformaw ma’ regoli aktar dettaljati jew aktar stretti fl-oqsma koordinati minn din id-Direttiva sakemm tali regoli jkunu f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

2.   F’każijiet fejn Stat Membru:

(a)

ikun eżerċita l-libertà tiegħu taħt il-paragrafu 1 li jadotta regoli ta’ interess pubbliku ġenerali aktar dettaljati jew aktar stretti; u

(b)

jivvaluta li xandar taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru ieħor jipprovdi xandira televiżiva li hija kompletament jew fil-biċċa l-kbira tagħha diretta lejn it-territorju tiegħu,

huwa jkun jista’ jikkuntattja lill-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni bil-ħsieb li tinkiseb soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti għal kwalunkwe problema kaġunata. Meta l-ewwel Stat Membru jirċievi talba sostanzjata, l-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni għandu jitlob lix-xandar biex jikkonforma mar-regoli tal-interess pubbliku ġenerali in kwistjoni. Fi żmien xahrejn l-Istat Membru bil-ġurisdizzjoni għandu jgħarraf lill-ewwel Stat Membru bir-riżultati miksuba wara din it-talba. Kull wieħed minn dawn l-Istati Membri jista’ jistieden lill-Kumitat ta’ Kuntatt stabbilit taħt l-Artikolu 29 biex jeżamina l-każ.

3.   L-ewwel Stat Membru jista’ jadotta miżuri xierqa kontra x-xandar ikkonċernat fejn jivvaluta li:

(a)

r-riżultati miksuba permezz tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2 m’humiex sodisfaċenti; u

(b)

x-xandar in kwistjoni stabbilixxa lilu nnifsu fl-Istat Membru li jkollu ġurisdizzjoni sabiex jevita r-regoli aktar stretti, fl-oqsma koordinati minn din id-Direttiva, li jkunu applikabbli għalih li kieku kien stabbilit fl-ewwel Stat Membru;

Tali miżuri għandhom ikunu oġġettivament meħtieġa, applikati b’mod non-diskriminatorju u proporzjonati mal-objettivi li huma jfittxu li jwettqu.

4.   Stat Membru jista’ jieħu miżuri skont il-paragrafu 3 fil-każ biss li l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

huwa jkun innotifika lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li fih huwa stabbilit ix-xandar bl-intenzjoni tiegħu li jieħu tali miżuri waqt li jissostanzja r-raġunijiet li fuqhom jibbaża l-valutazzjoni tiegħu; u

(b)

il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżuri huma kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, u b’mod partikolari li l-valutazzjonijiet magħmula mill-Istat Membru li jieħu dawk il-miżuri taħt il-paragrafi 2 u 3 huma bbażati b’mod korrett.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien tliet xhur wara n-notifika prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 4. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżuri m’humiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. l-Istat Membru in kwistjoni m’għandux jieħu l-miżuri proposti.

6.   L-Istati Membri għandhom, b’mezzi xierqa, jiżguraw, fil-qafas tal-leġislazzjoni tagħhom, li fornituri ta’ servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jikkonformaw effettivament mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

7.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu metodi ko-regolatorji u/jew awto-regolatorji fil-livell nazzjonali fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva safejn dan ikun permess mis-sistemi legali tagħhom. Dawn il-metodi għandhom ikunu tali li jkunu aċċettati b’mod ġenerali mill-partijiet interessati ewlenin fl-Istati Membri kkonċernati u jkunu jipprovdu għal infurzar effettiv.

8.   Id-Direttiva 2000/31/KE għandha tapplika ħlief jekk previst mod ieħor f’din id-Direttiva. Fil-każ ta’ konflitt bejn dispożizzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE u dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ser jipprevalu, ħlief jekk previst mod ieħor f’din id-Direttiva.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAS-SERVIZZI TAL-MEDIA AWDJOVIŻIVA KOLLHA

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornituri ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom jagħmlu aċċessibbli faċilment, direttament u permanentament lir-riċevituri tas-servizz mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem tal-fornitur ta’ servizzi tal-media;

(b)

l-indirizz ġeografiku li fih huwa stabbilit il-fornitur ta’ servizzi tal-media;

(c)

id-dettalji tal-fornitur ta’ servizzi tal-media, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika jew il-website tiegħu, li jippermettulu li jiġi kkuntattjat malajr b’mod dirett u effettiv;

(d)

fejn applikabbli, il-korpi regolatorji jew ta’ sorveljanza kompetenti.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jiżguraw b’mezzi xierqa li servizzi tal-media awdjoviżiva pprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ma jkunx fihom ebda inċitament għall-mibegħda bbażata fuq ir-razza, is-sess, ir-reliġjon jew in-nazzjonalità.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-fornituri ta’ servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jiżguraw li s-servizzi tagħhom isiru gradwalment aċċessibbli għal persuni b’diżabilità ta’ viżjoni jew ta’ smigħ.

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornituri ta’ servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ma jittrasmettux xogħlijiet ċinematografiċi barra mill-perijodi miftiehma mad-detenturi tad-drittijiet.

Artikolu 9

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi provduti minn fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għandhom ikunu faċilment rikonoxxibbli bħala tali. Komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva bil-moħbi għandha tkun ipprojbita;

(b)

komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi m’għandhomx jużaw tekniċi subliminali;

(c)

komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi m’għandhomx:

(i)

jippreġudikaw ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem;

(ii)

jinkludu jew jippromwovu xi diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, razza jew oriġini etnika, nazzjonalità, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentament sesswali;

(iii)

jinkoraġġixxu mġiba li hija ta’ ħsara għas-saħħa jew għas-sigurtà;

(iv)

jinkoraġġixxu mġiba li hija gravement preġudizzjali għall-ħarsien tal-ambjent;

(d)

il-forom kollha ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal sigaretti u prodotti oħrajn tat-tabakk għandhom ikunu pprojbiti;

(e)

komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal xorb alkoħoliku m’għandhomx ikunu mmirati speċifikament lejn il-minuri u ma jistgħux jinkoraġġixxu l-konsum immoderat ta’ tali xorb;

(f)

għandha tkun ipprojbita komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva għal prodotti mediċinali u trattament mediku disponibbli biss bi preskrizzjoni fi Stat Membru li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jaqa’ l-fornitur tas-servizz tal-media;

(g)

komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi m’għandhomx jikkaġunaw detriment fiżiku jew morali lill-minuri. Għalhekk huma m’għandhomx iħajru direttament lill-minuri sabiex jixtru jew jikru prodott jew servizz billi jisfruttaw in-nuqqas ta’ esperjenza jew il-kredulità tagħhom, jinkoraġġuhom direttament sabiex jipperswadu lill-ġenituri tagħhom jew lil oħrajn biex jixtru l-prodotti jew is-servizzi rriklamati, jisfruttaw il-fiduċja speċjali li l-minuri għandhom fil-ġenituri, l-għalliema jew persuni oħrajn, jew juru lill-minuri b’mod mhux raġonevoli f’sitwazzjonijiet ta’ periklu.

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu lill-fornituri tas-servizzi tal-media biex jiżviluppaw kodiċi ta’ kondotta rigward komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva mhux xierqa, li takkumpanja jew li hi inkluża fil-programmi għat-tfal, ta’ ikel u xorb li fihom nutrijenti u sustanzi b’effett nutrittiv jew psikoloġiku, partikolarment dawk bħax-xaħam, l-aċidi trans-grassi, il-melħ/sodju u z-zokkor, li meta jittieħdu b’mod eċċessiv fid-dieta ġenerali mhumiex irrakkomandati.

Artikolu 10

1.   Servizzi tal-media awdjoviżiva jew programmi li huma sponsorizzati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-kontenut tagħhom u, fil-każ ta’ xandir televiżiv, l-iskedar tagħhom m’għandu fl-ebda ċirkostanza jkun influwenzat b’tali mod li jaffettwa r-responsabbiltà u l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-media;

(b)

huma m’għandhomx jinkoraġġixxu direttament ix-xiri jew il-kiri ta’ prodotti jew servizzi, b’mod partikolari billi jagħmlu referenzi promozzjonali speċjali għal dawk il-prodotti jew is-servizzi;

(c)

it-telespettaturi għandhom jiġu mgħarrfa b’mod ċar bl-eżistenza ta’ ftehim ta’ sponsorizzazzjoni. Programmi sponsorizzati għandhom ikunu identifikati b’mod ċar bħala tali mill-isem, il-logo u/jew kwalunkwe simbolu ieħor tal-isponsor bħal referenza għall-prodott(i) jew s-servizz(i) tiegħu jew sinjal distintiv tiegħu b’mod xieraq għal programmi fil-bidu, matul u/jew fit-tmiem tal-programmi.

2.   Servizzi tal-media awdjoviżiva jew programmi m’għandhomx jiġu sponsorizzati minn impriżi li l-attività prinċipali tagħhom hija l-manifattura jew il-bejgħ ta’ sigaretti u prodotti oħrajn tat-tabakk.

3.   L-isponsorizzazzjoni ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva jew programmi minn impriżi li l-attivitajiet tagħhom jinkludu l-manifattura jew il-bejgħ ta’ prodotti mediċinali u trattament mediku jistgħu jippromwovu l-isem jew ix-xbiha tal-impriża iżda m’għandhomx jippromwovu prodotti mediċinali speċifiċi jew trattamenti mediċi disponibbli biss b’riċetta tat-tabib fl-Istat Membru li fil-ġurisdizzjoni tiegħu jaqa’ l-fornitur ta’ servizzi tal-media.

4.   Aħbarijiet u programmi ta’ ġrajjiet kurrenti m’għandhomx ikunu sponsorizzati. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jipprojbixxu l-wiri ta’ logo ta’ sponsorizzazzjoni waqt programmi tat-tfal, dokumentarji u programmi reliġjużi.

Artikolu 11

1.   Il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom japplikaw biss għal programi magħmula wara id-19 ta’ Diċembru 2009.

2.   It-tqegħid ta’ prodotti għandu jkun ipprojbit.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, it-tqegħid ta’ prodott għandu jkun permess f’dawn il-każijiet li ġejjin, ħlief jekk Stat Membru jiddeċiedi mod ieħor,

(a)

f’xogħlijiet ċinematografiċi, f’films u f’sensiliet magħmulin għal servizzi tal-media awdjoviżiva, fi programmi sportivi u fi programmi ta’ divertiment leġġer;

(b)

fejn ma jkun hemm l-ebda ħlas iżda biss il-forniment ta’ ċerti prodotti jew servizzi mingħajr ħlas, bħall-armar ta’ produzzjoni u l-premjijiet, bil-ħsieb tal-inklużjoni tagħhom fi programm.

Id-deroga prevista fil-punt (a) m’għandhiex tapplika għal programmi tat-tfal.

Il-programmi li jkun fihom tqegħid ta’ prodott għandhom jissodisfaw tal-inqas ir-rekwiżiti li ġejjin kollha:

(a)

il-kontenut tagħhom u, fil-każ ta’ xandir televiżiv, l-iskedar tagħhom m’għandu jkun fl-ebda ċirkostanza influwenzat b’tali mod li jaffettwa r-responsabbiltà u l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-media;

(b)

huma m’ għandhomx jinkoraġġixxu direttament ix-xiri jew il-kiri ta’ prodotti jew servizzi, b’mod partikolari billi jagħmlu referenzi promozzjonali speċjali għal dawk il-prodotti jew is-servizzi;

(c)

m’għandhomx jagħtu prominenza mhux dovuta lill-prodott in kwistjoni;

(d)

it-telespettaturi għandhom ikunu mgħarrfa b’mod ċar bl-eżistenza ta’ tqegħid ta’ prodott. Programmi li fihom tqegħid ta’ prodott għandhom ikunu identifikati b’mod xieraq fil-bidu u fit-tmiem tal-programm, u meta programm jerġa’ jibda wara waqfa pubbliċitarja, sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni min-naħa tat-telespettatur.

Bħala eċċezzjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirrinunzjaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’punt (d) dment li l-programm in kwistjoni la ġie prodott u lanqas ikkummissjonat mill-fornitur tas-servizz tal-media nnifsu jew minn kumpanija affiljata mal-fornitur tas-servizz tal-media.

4.   Fi kwalunkwe każ programmi m’għandhomx ikun fihom tqegħid ta’ prodott ta’:

(a)

prodotti tat-tabakk jew sigaretti jew tqegħid ta’ prodott minn impriżi li l-attività prinċipali tagħhom hija l-manifattura jew il-bejgħ ta’ sigaretti u ta’ prodotti oħrajn tat-tabakk;

(b)

prodotti mediċinali speċifiċi jew trattamenti mediċi disponibbli biss b’riċetta tat-tabib fl-Istat Membru li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jaqa’ l-fornitur ta’ servizzi tal-media.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI BISS GĦAL SERVIZZI TAL-MEDIA AWDJOVIŻIVA ON-DEMAND

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand pprovduti minn fornituri ta’ servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li jistgħu jfixklu serjament l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri jsiru disponibbli biss b’tali mod li jkun jiżgura li l-minuri normalment ma jisimgħux jew jaraw tali servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand.

Artikolu 13

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand pprovduti minn fornituri ta’ servizzi tal-media li jaqgħtu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jippromwovu, fejn huwa prattikabbli u permezz ta’ mezzi xierqa, il-produzzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej u l-aċċess għalihom. Tali promozzjoni tista’ tirrelata, inter alia, mal-kontribut finanzjarju magħmul minn tali servizzi għall-produzzjoni u l-akkwist ta’ drittijiet ta’ xogħlijiet Ewropej jew għas-sehem u/jew il-prominenza ta’ xogħlijiet Ewropej fil-katalogu ta’ programmi offruti mis-servizz tal-media awdjoviżiva on-demand.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mid-19 ta’ Diċembru 2011 u kull erba’ snin wara dan dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, u ta’ studju indipendenti, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-paragrafu 1, b’kont meħud tas-suq u tal-iżviluppi teknoloġiċi u tal-objettivi tad-diversità kulturali.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR DRITTIJIET ESKLUSSIVI U RAPPORTI TA’ AĦBARIJIET FIL-QOSOR F’XANDIRIET TELEVIŻIVI

Artikolu 14

1.   Kull Stat Membru jista’ jieħu miżuri skont il-liġi tal-Unjoni biex jiżgura li xandara taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu ma jxandrux fuq bażi esklussiva avvenimenti li huma meqjusa minn dak l-Istat Membru bħala ta’ importanza maġġuri għas-soċjetà b’tali mod li jċaħħdu lil proporzjon sostanzjali mill-pubbliku f’dak l-Istat Membru mill-possibbiltà li jsegwi tali avvenimenti permezz ta’ xandiriet diretti jew xandiriet differiti fuq televizjoni bla ħlas. Jekk jagħmel dan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jfassal lista ta’ avvenimenti magħżula, nazzjonali jew mhux nazzjonali, li huwa jikkunsidra bħala ta’ importanza maġġuri għas-soċjetà. Huwa għandu jagħmel dan b’mod ċar u trasparenti fi żmien debitu u effettiv. Filwaqt li jagħmel dan l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddetermina wkoll jekk dawn l-avvenimenti għandhomx ikunu disponibbli permezz ta’ xandiriet diretti sħaħ jew parzjali, jew, fejn huwa meħtieġ jew xieraq għal raġunijiet oġġettivi ta’ interess pubbliku, xandiriet differiti sħaħ jew parzjali.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura li tittieħed jew li tkun ser tittieħed skont il-paragrafu 1. Fi żmien perijodu ta’ tliet xhur min-notifika, il-Kummissjoni għandha tivverifika li tali miżuri huma kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni u tikkomunikahom lill-Istati Membri l-oħrajn. Hija għandha tfittex l-opinjoni tal-Kumitat ta’ kuntatt stabbilit skont l-Artikolu 29. Hija għandha minnufih tippubblika l-miżuri meħuda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u mill-anqas darba fis-sena l-lista konsolidata tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b’mezzi xierqa, fil-qafas tal-leġislazzjoni tagħhom li xandara taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ma jeżerċitawx id-drittijiet esklussivi li nxtraw minn dawk ix-xandara wara t-18 ta’ Diċembru 2007 b’tali mod li proporzjon sostanzjali mill-pubbliku fi Stat Membru ieħor ikun miċħud mill-possibbiltà li jsegwi avvenimenti li huma magħżula minn dak l-Istat Membru l-ieħor skont il-paragrafu 1 u 2 permezz ta’ xandiriet diretti sħaħ jew parzjali jew, fejn ikun meħtieġ jew xieraq għal raġunijiet oġġettivi fl-interess pubbliku, xandiriet differiti sħaħ jew parzjali fuq televiżjoni bla ħlas kif determinat minn dak l-Istat Membru l-ieħor skont il-paragrafu 1.

Artikolu 15

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-fini ta’ rapporti tal-aħbarijiet fil-qosor, kwalunkwe xandar stabbilit fl-Unjoni jkollu aċċess fuq bażi ġusta, raġonevoli u non-diskriminatorja għal avvenimenti ta’ interess kbir għall-pubbliku li huma trasmessi fuq bażi esklussiva minn xandar taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

2.   Jekk xandar ieħor stabbilit fl-istess Stat Membru bħax-xandar li jkun qed ifittex aċċess, ikun kiseb drittijiet esklussivi għall-avveniment ta’ interess kbir għall-pubbliku, dan għandu jfittex l-aċċess minn dak ix-xandar.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali aċċess ikun garantit billi x-xandara jitħallew jagħżlu liberament siltiet qosra mis-sinjal tax-xandar li jkun qed jittrasmetti b’mill-anqas, sakemm dan ma jkunx impossibbli għal raġunijiet ta’ prattiċità, l-identifikazzjoni tas-sors tagħhom.

4.   Bħala alternattiva għall-paragrafu 3, Stat Membru jista’ jistabbilixxi sistema ekwivalenti li tikseb aċċess fuq bażi ġusta, raġonevoli u non-diskriminatorja b’mezzi oħrajn.

5.   Siltiet qosra għandhom jintużaw biss għal programmi ta’ aħbarijiet ġenerali u jistgħu biss jintużaw f’servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand jekk l-istess programm ikun offrut fuq bażi differita mill-istess fornitur ta’ servizzi tal-media.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 5, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, skont is-sistemi legali u l-prattiċi tagħhom, li l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet rigward il-forniment ta’ tali siltiet qosra jkunu definiti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe arranġament għal kumpens, it-tul massimu ta’ siltiet qosra u l-limiti ta’ żmien rigward it-trasmissjoni tagħhom. Fejn hemm previżjoni għal kumpens, dan m’għandux jaqbeż l-ispejjeż addizzjonali li jsiru direttament biex jingħata l-aċċess.

KAPITOLU IV

PROMOZZJONI TAD-DISTRIBUZZJONI U L-PRODUZZJONI TA’ PROGRAMMI TAT-TELEVIŻJONI

Artikolu 16

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw meta prattikabbli u b’mezzi approprjati, li x-xandara jirriservaw għal xogħlijiet Ewropej, proporzjon ta’ maġġoranza tal-ħin ta’ trasmissjoni tagħhom, eskluż il-ħin allokat għal aħbarijiet, avvenimenti sportivi, logħob, reklamar 1 servizzi tat-teletext u t-teleshopping. Dan il-proporzjon, waqt li jikkunsidra r-responsabbiltajiet tax-xandar dwar informazzjoni, edukazzjoni, kultura u divertiment lejn il-pubbliku li jsegwih, għandu jinkiseb progressivament, skont il-bażi ta’ kriterji xierqa.

2.   Meta l-proporzjon stabbilit fil-paragrafu 1 ma jistax jintlaħaq, m’għandux ikun aktar baxx mill-medja għall-1988 fl-Istat Membru kkonċernat.

Madanakollu, fir-rigward tal-Greċja u tal-Portugall, is-sena 1988 għandha tiġi sostitwita bis-sena 1990.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni kull sentejn li jibdew mit-3 ta’ Ottubru 1991, b’rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 17.

Dak ir-rapport għandu b’mod partikolari jinkludi dikjarazzjoni statistika dwar il-kisba tal-proporzjon imsemmi f’dan l-Artikolu u l-Artikolu 17 għal kull wieħed mill-programmi tat-televiżjoni li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, ir-raġunijiet, f’kull każ, għan-nuqqas li jintlaħaq dak il-proporzjon u l-miżuri adottati jew previsti sabiex jinkiseb.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Parlament Ewropew bir-rapporti, li għandu jkollhom magħhom, meta approprjat, opinjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 17 skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tista’ tieħu kont fl-opinjoni tagħha, b’mod partikolari, tal-progress miksub meta mqabbel mas-snin ta’ qabel, is-sehem fl-ipprogrammar ta’ xogħlijiet imxandra għall-ewwel darba, iċ-ċirkostanzi partikolari ta’ xandara ġodda tat-televiżjoni u s-sitwazzjoni speċifika ta’ pajjiżi b’kapaċità baxxa ta’ produzzjoni awdjoviżwali jew żona ristretta tal-lingwa.

Artikolu 17

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, meta prattikabbli u b’mezzi approprjati, li x-xandara jirriservaw mill-inqas 10 % tal-ħin tat-trasmissjoni tagħhom eskluż il-ħin allokat għal aħbarijiet, avvenimenti sportivi, logħob, reklamar u 1 servizzi tat-teletext u teleshopping, jew alternattivament, għad-diskrezzjoni tal-Istat Membru, mill-inqas 10 % tal-baġit tal-ipprogrammar tagħhom, għal xogħlijiet Ewropej maħluqa minn produtturi li huma indipendenti minn xandara. Dan il-proporzjon, b’kont meħud tar-responsabbiltajiet tax-xandara dwar informazzjoni, edukazzjoni, kultura u divertiment lejn il-pubbliku li jsegwih, għandu jintlaħaq progressivament, skont il-bażi ta’ kriterji xierqa. Għandu jintlaħaq billi jiġi assenjat proporzjon adegwat għal xogħlijiet riċenti, jiġifieri xogħlijiet trasmessi fi żmien ħames snin mill-produzzjoni tagħhom.

Artikolu 18

Dan il-kapitolu m’għandux japplika għal xandiriet televiżivi li huma intenzjonati għal udjenzi lokali u li ma’ jifformawx parti minn sistema interkonnessa nazzjonali.

KAPITOLU VII

REKLAMAR TELEVIŻIV U TELESHOPPING

Artikolu 19

1.   Ir-reklamar televiżiv u t-teleshopping għandhom ikunu faċilment rikonoxxibbli u distinti minn kontenut editorjali. Mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ tekniki ta’ reklamar ġodda, ir-reklamar televiżiv u t-teleshopping għandhom jinżammu separati sew minn partijiet oħra tal-programm b’mezzi ottiċi u/jew akustiċi u/jew spazjali.

2.   Spots iżolati ta’ reklamar u ta’ teleshopping, li m’humiex trasmissjonijiet ta’ avvenimenti sportivi, għandhom jibqgħu l-eċċezzjoni.

Artikolu 20

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fejn ir-reklamar televiżiv jew it-teleshopping jiddaħħal waqt il-programmi, li l-integrità tal-programmi, b’kont meħud ta’ waqfien naturali fihom u tat-tul ta’ ħin u n-natura tal-programm ikkonċernat, u d-drittijiet tad-detenturi tad-dritt ma jkunux ippreġudikati.

2.   It-trasmissjoni ta’ films magħmulin għat-televiżjoni (esklużi sensiliet, serje u dokumentarji), xogħlijiet ċinematografiċi u programmi tal-aħbarijiet jistgħu jiġu interrotti minn reklamar televiżiv u/jew teleshopping darba għal kull perijodu skedat ta’ mill-inqas tletin minuta. It-trasmissjoni ta’ programmi tat-tfal tista’ tiġi interrotta minn reklamar televiżiv u/jew teleshopping darba għal kull perijodu skedat ta’ mill-inqas tletin minuta, sakemm it-tul ta’ ħin skedat tal-programm ikun aktar minn tletin minuta. Waqt servizzi reliġjużi ma jista’ jiddaħħal l-ebda reklamar televiżiv jew teleshopping.

Artikolu 21

It-teleshopping għal prodotti mediċinali li huma soġġetti għal awtorizzazzjoni tal-bejgħ fis-sens tad-Direttiva 2001/83/KE, kif ukoll teleshopping għal kura medika, għandhom jiġu pprojbiti.

Artikolu 22

Ir-reklamar u t-teleshopping fuq it-televiżjoni għal xorb alkoħoliku għandu jkun konformi mal-kriterji li ġejjin:

(a)

ma jistax ikun immirat speċifikament għall-minuri jew, b’mod partikolari, juri l-minuri waq li tjikkonsmaw dan ix-xorb;

(b)

m’għandux jgħaqqad il-konsum tal-alkoħol ma l-eżekuzzjoni fiżika mtejba jew mas-sewqan;

(c)

m’għandux joħloq l-impressjoni li l-konsum tal-alkoħol jikkontribwixxi għas-suċċess soċjali jew sesswali;

(d)

m’għandux isostni li l-alkoħol għandu kwalitajiet terapewtiċi jew li huwa stimulant, kalmant jew mod biex wieħed isolvi l-konflitti personali;

(e)

m’għandux jinkoraġġixxi konsum immoderat tal-alkoħol jew jippreżenta l-astinenza jew il-moderazzjoni f’dawl negattiv;

(f)

m’għandux iqiegħed enfasi fuq il-kontenut alkoħoliku għoli bħala kwalità pożittiva tax-xorb.

Artikolu 23

1.   Il-proporzjon ta’ spots ta’ reklamar televiżiv u spots ta’ teleshopping televiżiv f’siegħa speċifika tal-arloġġ m’għandux jeċċedi 20 %.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal avviżi magħmula mix-xandar f’konnessjoni mal-programmi tiegħu stess u ma’ prodotti anċillari li joħorġu direttament minn dawk il-programmi, avviżi ta’ sponsorizzazzjoni u tqegħid ta’ prodotti.

Artikolu 24

It-twieqi ta’ teleshopping għandhom ikunu identifikati b’mod ċar bħala tali permezz ta’ mezzi ottiċi u akustiċi u għandhom ikunu ta’ tul ta’ mill-inqas 15-il minuta mingħajr interruzzjoni.

Artikolu 25

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kanali tat-televiżjoni ddedikati esklużivament għal reklamar u teleshopping kif ukoll għal kanali tat-televiżjoni dedikati esklużivament għall-promozzjoni tal-persuna nnifisha.

Madankollu, il-Kapitolu VI kif ukoll l-Artikolu 20 u l-Artikolu 23 m’għandhomx japplikaw għal dawn il-kanali.

Artikolu 26

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, l-Istati Membri jistgħu, bil-konsiderazzjoni dovuta għal-liġi tal-Unjoni, jistabbilixxu kondizzjonijiet minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu 20(2) u l-Artikolu 23 fir-rigward ta’ xandiriet televiżivi li huma intiżi biss għat-territorju nazzjonali li ma jistgħux jiġu riċevuti, direttament jew indirettament mill-pubbliku, fi Stat Membru wieħed ieħor jew aktar.

KAPITOLU VIII

PROTEZZJONI TAL-MINURI F’XANDIR TELEVIŻIV

Artikolu 27

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw illi x-xandiriet televiżivi minn xandara taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ma jkunu jinkludu ebda programmi li jistgħu serjament ifixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri, b’mod partikolari programmi li jinvolvu pornografija jew vjolenza gratwita.

2.   Il-miżuri provduti fil-paragrafu 1 għandhom jestendu wkoll għal programmi oħra li aktarx jistgħu ifixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri, ħlief fejn jiġi żgurat, billi jintgħażel il-ħin tax-xandira jew b’xi miżura teknika, li l-minuri fiż-żona tat-trasmissjoni normalment ma jisimgħux jew ma jarawx xandiriet b’ħal dawk.

3.   Barra minn hekk, meta dawk il-programmi jiġu mxandra f’forma mhux kodifikata l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu preċeduti bi twissija akustika jew jiġu identifikati bil-preżenza ta simbolu viżwali matul il-programm kollu.

KAPITOLU IX

DRITT TA’ TWEĠIBA F’XANDIR TELEVIŻIV

Artikolu 28

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjoniet adottati mill-Istati Membri taħt il-liġi ċivili, amministrattiva jew kriminali, kull persuna fiżika jew ġuridika, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħha, li l-interessi leġittimi tagħha, partikolarment ir-reputazzjoni u l-isem tajjeb, ikunu ġew danneġġjati b’asserzjoni ta’ fatti mhux korretti waqt programm tat-televiżjoni għandu jkollha d-dritt għal risposta jew rimedji ekwivalenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-eżerċizzju effettiv tad-dritt tar-risposta jew rimedji ekwivalenti ma jiġix imfixkel bl-impożizzjoni ta’ pattijiet u kondizzjonijiet li ma jkunux raġonevoli. Ir-risposta għandha tiġi trasmessa f’perijodu ta’ żmien raġonevoli wara li t-talba tkun ġiet sostanzjata u fħin u b’mod xieraq għax-xandira li għaliha t-talba tirreferi.

2.   Id-dritt għal tweġiba jew rimedji ekwivalenti għandu jeżisti fir-rigward tax-xandara kollha taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru.

3.   L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxu d-dritt għal tweġiba jew ir-rimedji ekwivalenti u għandhom jistabbilixxu l-proċedura li għandha tiġi segwita għall-eżerċizzju tagħhom. B’mod partikolari, għandhom jiżguraw li jitħalla jgħaddi biżżejjed żmien u li l-proċeduri jkunu tali li d-dritt jew rimedji ekwivalenti jistgħu jiġu eżerċitati b’mod approprjat minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi residenti jew stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.

4.   Applikazzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt għal tweġiba jew għar-rimedji ekwivalenti tista’tiġi miċħuda jekk din it-tweġiba ma tkunx iġġustifikata skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, kienet tinvolvi att punibbli, kienet tissoġġetta lix-xandar għal proċeduri legali ċivili jew kienet tikser l-istandards tad-diċenza pubblika.

5.   Għandha ssir dispożizzjoni għal proċeduri li permezz tagħhom disputazzjonijiet dwar l-eżerċizzju tad-dritt għal tweġiba jew ir-rimedji ekwivalenti jistgħu ikunu soġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja.

KAPITOLU X

IL-KUMITAT TA’ KUNTATT

Artikolu 29

1.   Kumitat ta’ kuntatt hu stabbilit taħt il-patronaġġ tal-Kummissjoni. Għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni u jiltaqa fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba tad-delegazzjoni ta’ Stat Membru.

2.   Ix-xogħol ta’ kumitat ta’ kuntatt għandu jkun:

(a)

li jiffaċilita l-implimentazzjoni effettiva ta din id-Direttiva permezz ta’ konsultazzjoni regolari dwar kull problemi prattiċi li jinqalgħu waqt l-applikazzjoni tiegħu, u b’mod partikolari waqt l-applikazzjoni ta l-Artikolu 2, kif ukoll dwar kull suġġett ieħor li dwaru jkun meqjus utili skambju ta ideat;

(b)

li jagħti opinjonijiet fuq inizjattiva tiegħu stess jew opinjonijiet mitluba mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta’ din id-Direttiva;

(c)

li jkun forum għall-iskambju ta’ ideat dwar liema kwistjonijiet għandhom jiġu ttrattati fir-rapporti li l-Istati Membri għandhom jissottomettu skont l-Artikolu 16(3) u dwar il-metodoloġiji tagħhom;

(d)

li jiddiskuti l-eżitu tal-konsultazzjonijiet regolari li l-Kummissjoni jkollha ma rappreżentanti ta organizzazzjonijiet tax-xandara, produtturi, konsumaturi, manufatturi, dawk li jipprovdu servizz u trade unions u l-komunità kreattiva;

(e)

li jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni u l-iżvilupp ta’ attivitajiet regolatorji rigward servizzi tal-media awdjoviżiva, b’kont meħud tal-politika awdjoviżiva tal-Unjoni, kif ukoll l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tekniku;

(f)

li jeżamina kull żvilupp li jkun hemm fis-settur li dwaru l-iskambju tal-ideat ikun jidher utili.

KAPITOLU XI

KOOPERAZZJONI BEJN KORPI REGOLATORJI TAL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 30

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jipprovdu lil xulxin u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 2, 3 u 4 tagħha, partikolarment permezz tal-korpi regolatorji indipendenti kompetenti tagħhom.

KAPITOLU XII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 31

F’oqsma fejn din id-Direttiva ma tikkoordinax, m’għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw minn konvenzjonijiet eżistenti li jittrattaw telekomunikazzjonijiet jew xandir.

Artikolu 32

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali, adottati fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 33

Mhux aktar tard mid-19 ta’ Diċembru 2011, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva kif emendata u, jekk meħtieġ, tagħmel aktar proposti biex tadattaha għall-iżviluppi fil-qasam ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva, b’mod partikolari fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi reċenti, il-kompetittività tas-settur u l-livelli ta’ litteriżmu fil-media fl-Istati Membri kollha.

Dak ir-rapport għandu jivvaluta wkoll il-kwistjoni ta’ reklamar televiżiv li jakkumpanja jew li jkun inkluż fi programmi tat-tfal u b’mod partikolari jekk ir-regoli kwantitattivi u kwalitattivi li jinsabu f’din id-Direttiva jkunux ipprovdew il-livell ta’ protezzjoni meħtieġa.

Artikolu 34

Id-Direttiva 89/552/KEE kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness I, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness I, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 35

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-publikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 36

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, l-10 ta’ Marzu 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

D. LÓPEZ GARRIDO


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2010.

(2)  ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23. It-titolu oriġinali tal-att kien “Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni”.

(3)  Ara l-Anness I, Parti A.

(4)  ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 126.

(5)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.

(6)  ĠU C 296 E, 6.12.2006, p. 104.

(7)  ĠU L 201, 25.7.2006, p. 15.

(8)  ĠU C 30, 5.2.1999, p. 1.

(9)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-Televiżjoni mingħajr Fruntieri (ĠU C 76 E, 25.3.2004, p. 453).

(10)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-riskji ta’ ksur, fl-UE, u b’mod partikolari fl-Italja, tal-liberta’ tal-espressjoni u l-informazzjoni (Artikoli 11(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem) (ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 1026).

(11)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 89/552/KEE (“Televiżjoni mingħajr Fruntieri”), kif emendata mid-Direttiva 97/36/KE, għall-perijodu 2001-2002 (ĠU C 193 E, 17.8.2006, p. 117).

(12)  ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.

(13)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(14)  ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27.

(15)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

(16)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(17)  Il-Każ C-56/96 VT4 Ltd v. Vlaamse Gemeenschap [1997] ECR I-3143, paragrafu 22; il-Każ C-212/97 Centros v Erhvervs-og Selskabsstyrelsen [1999] ECR I-1459; ara wkoll il-Każ C-11/95 Kummissjoni v Belġju [1996] ECR I-4115 u l-Każ C-14/96 Paul Denuit [1997] ECR I-2785.

(18)  Il-Każ C-212/97 Centros v. Erhvervs-og Selskabsstyrelsen, ċitat hawn fuq; il-Każ C-33/74 Van Binsbergen v Bestuur van de Bedrijfsvereniging [1974] ECR 1299; il-Każ C-23/93 TV 10 SA v Commissariaat voor de Media [1994] ECR I-4795, paragrafu 21.

(19)  Il-Każ C-355/98 Kummissjoni v Belġju [2000] ECR I-1221, paragrafu 28; il-Każ C-348/96 Calfa [1999] ECR I-11, paragrafu 23.

(20)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 72.

(21)  ĠU L 202, 30.7.1997, p. 60.

(22)  ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10.

(23)  Każ C- 89/04 Mediakabel BV v Commissariaat voor de Media [2005] ECR I-4891.

(24)  ĠU L 13, 20.1.2004, p. 44.

(25)  ĠU C 102, 28.4.2004, p. 2.

(26)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

(27)  ĠU L 152, 20.6.2003, p. 16.

(28)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(29)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.


ANNESS I

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 34)

Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE

(ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23)

 

Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 202, 30.7.1997, p. 60)

 

Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27)

Artikolu 1 biss

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmi fl-Artikolu 34)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-transpożizzjoni

89/552/KEE

fit-3 ta’ Ottubru 1991.

97/36/KE

fil-31 ta’ Diċembru 1998.

2007/65/KE

fid-19 ta’ Diċembru 2009.


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 89/552/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1, kliem tal-bidu

Artikolu 1(1), kliem tal-bidu

Artikolu 1(a), kliem tal-bidu

Artikolu 1(1)(a), kliem tal-bidu

Artikolu 1(a), l-ewwel inċiż

Artikolu 1(1)(a)(i)

Artikolu 1(a), it-tieni inċiż

Artikolu 1(1)(a)(ii)

Artikolu 1(b) sa (m)

Artikolu 1(1)(b) sa (m)

Artikolu 1(n)(i), kliem tal-bidu

Artikolu 1(1)(n), kliem tal-bidu

Artikolu 1(n)(i), l-ewwel inċiż

Artikolu 1(1)(n)(i)

Artikolu 1(n)(i), it-tieni inċiż

Artikolu 1(1)(n)(ii)

Artikolu 1(n)(i), it-tielet inċiż

Artikolu 1(1)(n)(iii)

Artikolu 1(n)(i), ir-raba’ inċiż

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(n)(ii), kliem tal-bidu

Artikolu 1(3), kliem tal-bidu

Artikolu 1(n)(ii), l-ewwel inċiż

Artikolu 1(3)(i)

Artikolu 1(n)(ii), it-tieni inċiż

Artikolu 1(3)(ii)

Artikolu 1(n)(ii), it-tielet inċiż

Artikolu 1(3)(iii)

Artikolu 1(n)(iii)

Artikolu 1(4)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 2a(1), (2) u (3)

Artikolu 3(1), (2) u (3)

Artikolu 2a(4), kliem tal-bidu

Artikolu 3(4), kliem tal-bidu

Artikolu 2a(4)(a)

Artikolu 3(4)(a)

Artikolu 2a(4)(b), kliem tal-bidu

Artikolu 3(4)(b), kliem tal-bidu

Artikolu 2a(4)(b), l-ewwel inċiż

Artikolu 3(4)(b)(i)

Artikolu 2a(4)(b), it-tieni inċiż

Artikolu 3(4)(b)(ii)

Artikolu 2a(5) u (6)

Artikolu 3(5) u (6)

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 3a

Artikolu 5

Artikolu 3b

Artikolu 6

Artikolu 3c

Artikolu 7

Artikolu 3d

Artikolu 8

Artikolu 3e

Artikolu 9

Artikolu 3f

Artikolu 10

Artikolu 3 g(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 3 g(2), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 11(3), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Article 3 g(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 11(3), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Article 3 g(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 11(3), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Article 3 g(2), it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi

Artikolu 11(3), it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi

Artikolu 3 g(3)

Artikolu 11(4)

Artikolu 3 g(4)

Artikolu 11(1)

Artikolu 3h

Artikolu 12

Artikolu 3i

Artikolu 13

Artikolu 3j

Artikolu 14

Artikolu 3k

Artikolu 15

Artikolu 4(1), (2) u (3)

Artikolu 16(1), (2) u (3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 5

Artikolu 17

Artikolu 9

Artikolu 18

Artikolu 10

Artikolu 19

Artikolu 11

Artikolu 20

Artikolu 14

Artikolu 21

Artikolu 15

Artikolu 22

Artikolu 18

Artikolu 23

Artikolu 18a

Artikolu 24

Artikolu 19

Artikolu 25

Artikolu 20

Artikolu 26

Artikolu 22

Artikolu 27

Artikolu 23

Artikolu 28

Artikolu 23a

Artikolu 29

Artikolu 23b

Artikolu 30

Artikolu 24

Artikolu 31

Artikolu 32

Artikolu 26

Artikolu 33

Artikolu 34

Artikolu 35

Artikolu 27

Artikolu 36

Anness I

Anness II


Top