This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0087
It-Trasferiment ta’ Data Personali lil pajjiżi mhux tal-UE: Klawżoli Kuntrattwali Xierqa
Dan is-sommarju ġie arkivjat u mhux se jiġi aġġornat, għaliex id-dokument imqassar ma għadux fis-seħħ jew ma jirriflettix is-sitwazzjoni attwali.
Din tistabbilixxi klawżoli kuntrattwali xierqa li jistgħu jintużaw mill-kontrolluri tad-data* (esportaturi) fl-UE li jittrasferixxu data personali* lill-proċessuri tad-data* (importaturi) stabbiliti barra mill-UE jew iż-ŻEE, biex jipprovdu salvagwardji xierqa tal-protezzjoni tad-data u b’hekk jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data(ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data — ir-Regolament (UE) 2016/679 — ara s-sommarju).
Il-klawżoli kuntrattwali xierqa huma stabbiliti fl-anness tad-deċiżjoni kif ġej. Il-klawżoli kuntrattwali xierqa jirrelataw biss mal-protezzjoni tad-data u jistgħu jiġu inklużi mill-partijiet f’kuntratt usa’ jew jiġu supplimentati bi klawżoli oħrajn jew salvagwardji addizzjonali, sakemm ma jmorrux kontra, direttament jew indirettament, il-klawżoli kuntrattwali xierqa adottati b’din id-deċiżjoni.
Klawżola 1: Definizzjonijiet
Id-definizzjonijiet ta’ kunċetti ewlenin użati fil-klawżoli kuntrattwali xierqa huma stabbiliti.
Klawżola 2: Dettalji tat-trasferiment
Il-partijiet għandhom jelenkaw, f’anness għall-klawżoli kuntrattwali, id-dettalji tat-trasferimenti, inklużi l-attivitajiet rilevanti tal-importatur u l-esportatur tad-data, il-kategoriji ta’ data personali trasferita u l-operazzjonijiet ta’ pproċessar li d-data personali se tiġi soġġetta għalihom ladarba tiġi trasferita.
Klawżola 3: Klawżola tal-parti terza benefiċjarja
Il-klawżola tippermetti lis-suġġetti tad-data jinfurzaw bosta mill-klawżoli kontra l-esportatur tad-data, l-importatur tad-data jew is-sottoproċessur bħala benefiċjarju ta’ parti terza. Barra minn hekk, tipprovdi li l-partijiet ma joġġezzjonawx għal suġġett tad-data li jkun irrappreżentat minn assoċjazzjoni jew korp ieħor jekk permess mil-liġi nazzjonali.
Klawżola 4: Obbligi tal-esportatur tad-data
Din il-klawżola tistabbilixxi l-obbligi kuntrattwali tal-esportatur tad-data, li għandu jaqbel u jiggarantixxi li:
Klawżola 5: Obbligi tal-importatur tad-data
Din il-klawżola tistabbilixxi l-obbligi kuntrattwali tal-importatur tad-data, li għandu jaqbel u jiggarantixxi:
Klawżola 6: Responsabbiltà
Il-klawżoli jirrikjedu li l-partijiet jaqblu li kwalunkwe suġġett tad-data li jkun sofra danni bħala riżultat ta’ kwalunkwe ksur tal-obbligi huwa intitolat li jirċievi kumpens mill-esportatur tad-data għad-danni mġarrba.
Klawżola 7: Medjazzjoni u ġuriżdizzjoni
L-importatur tad-data għandu jaqbel li jekk is-suġġett tad-data jinvoka kontrih id-drittijiet ta’ parti terza benefiċjarja u/jew jitlob kumpens għad-danni, dan jaċċetta d-deċiżjoni tas-suġġett tad-data li jirreferi t-tilwima għal medjazzjoni indipendenti, jew lill-qrati fil-pajjiż tal-UE fejn l-esportatur tad-data huwa stabbilit (bid-dritt li jfittex rimedji taħt liġijiet nazzjonali jew internazzjonali oħra).
Klawżola 8: Kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji
Din il-klawżola tirregola l-kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja kompetenti, billi tipprovdi li:
Klawżola 9: Liġi regolatorja
Il-klawżoli għandhom jiġu rregolati mil-liġi nazzjonali tal-pajjiż tal-UE li fih huwa stabbilit l-esportatur tad-data.
Klawżola 10: Varjazzjoni tal-kuntratt
Il-partijiet m’għandhomx ivarjaw, jimmodifikaw jew jikkontradixxu l-klawżoli.
Klawżola 11: Sottoproċessar
Id-dispożizzjonijiet relatati mas-sottoproċessar għandhom jiġu rregolati mil-liġi tal-pajjiż tal-UE li fih huwa stabbilit l-esportatur tad-data.
Klawżola 12: Obbligu wara t-terminazzjoni tas-servizzi tal-ipproċessar ta’ data personali
Din il-klawżola tirregola l-obbligi tal-partijiet wara t-tmiem tal-ipproċessar ta’ data. B’mod partikolari, il-partijiet għandhom jaqblu li fl-aħħar tas-servizzi tal-ipproċessar ta’ data, l-importatur tad-data u s-sottoproċessur għandhom jirritornaw (jew jeqirdu, fuq talba) id-data personali kollha ttrasferita sakemm dan ma jkunx ipprojbit mil-leġiżlazzjoni.
Din ilha tapplika mill-15 ta’ Mejju 2010.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/87/UE tal-5 ta’ Frar 2010 dwar klawżoli kuntrattwali standard għat-trasferiment ta’ data personali għall-proċessuri stabbiliti f’pajjiżi terzi, taħt id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 39, 12.2.2010, pp. 5-18)
L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2010/87/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 1-88)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/915/KE, tas-27 ta’ Diċembru 2004, li temenda d-Deċiżjoni 2001/497/KE fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ sett alternattiv ta’ klawżoli standard kontrattwali għat-trasferiment ta’ data personali lil pajjiżi terzi (ĠU L 385, 29.12.2004, pp. 74-84)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/497/KE tal-15 ta’ Ġunju 2001 dwar klawżoli standard kontrattwali għat-trasferiment ta’ data personali lil pajjiżi terzi, skont id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 181, 4.7.2001, pp. 19-31)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, pp. 31-50)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 07.10.2020