EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007L0045

Deregolamentazzjoni tal-qisien tal-pakketti

Deregolamentazzjoni tal-qisien tal-pakketti

 

SOMMARJU TA’:

Direttiva 2007/45/KE li tistabbilixxi regoli dwar il-kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

  • Hija tistabilixxi regoli dwar il-kwantitajiet nominali għal prodotti li huma mballati minn qabel* biex tiffaċilita aċċess għas-swieq fi Stati Membri differenti tal-UE.
  • Tilliberalizza l-qisien tal-pakketti għal biċċa l-kbira tas-setturi tal-ikel u tax-xorb.
  • Tiġġestjona biss kwantitajiet nominali obbligatorji għal numru limitat ħafna ta’ affarijiet, l-iktar inbid u spirti.

PUNTI EWLENIN

Pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) ma jistgħux jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mballati minn qabel u imballaġġ ippreparat minn qabel ġos-suq uniku tal-UE.

Qisien nazzjonali għal prodotti tneħħew.

Każijiet speċjali

Inbejjed u spirti li huma ppreżentati mballati minn qabel iridu jirrispettaw il-firxa ta’ kwantitajiet nominali preskritti fl-anness tad-direttiva għat-tqegħid fis-suq. (Din id-direttiva ma tapplikax għal prodotti meta jinbiegħu fi ħwienet tal-bejgħ mingħajr dazju għal konsum barra mis-suq tal-UE jew jekk l-imballaġġ ikollu inqas minn 5 g jew 5 ml jew iktar minn 10 kg jew 10 l).

Dispensuri tal-ajrusols iridu jindikaw il-kapaċità nominali totali tal-kontenitur flimkien mal-indikazzjoni tal-volum nominali tal-kontenut. Indikazzjoni tal-piż nominali tal-kontenut hi fakultattiva.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din kellha ssir liġi fl-Istati Membri sal-11 ta’ Ottubru 2008 u r-regoli tad-direttiva kellhom jiġu applikati sal-11 ta’ April 2009.

Direttiva 2007/45/KE rrevokat Direttivi 75/106/KEE:(dwar il-fabrikazzjoni permezz tal-volum ta’ ċerti likwidi mballati minn qabel) u 80/232/KEE (dwar il-firxiet ta’ kwantitajiet u kapaċitajiet nominali applikabbli għal ċerti prodotti).

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Prodott imballat minn qabel: Prodott hu mballat minn qabel meta prodott jitqiegħed f’imballaġġ ta’ kwalunkwe natura mingħajr ma jkun preżenti x-xerrej u l-kwantità ta’ prodott li jkun hemm fl-imballaġġ ikollha valur iddeterminat minn qabel u ma tkunx tista’ tinbidel qabel l-imballaġġ jinfetaħ jew jgħaddi minn modifika perċettibbli.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabilixxi r-regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel u li tirrevoka Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 80/232/KEE, u temenda Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE (ĠU L 247, 21.9.2007, pp. 17-20)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE tal- 20 ta’ Jannar 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-fabrikazzjoni skont l-użin jew volum ta’ ċerti prodotti mballati minn qabel (ĠU L 46, 21.2.1976, pp. 1-11)

Emendi suċċesivi u korrezzjonijiet għad-Direttiva 76/211/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 17.06.2021

Fuq