This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996L0022
Projbizzjoni tal-għoti tal-ormoni (u sustanzi oħra) lil annimali tar-razzett
Din id-direttiva tfittex li tipproteġi s-saħħa tal-konsumaturi u żżomm il-kwalità tal-ikel billi toħloq qafas għall-użu ta’ ormoni intenzjonati għall-annimali.
Id-direttiva tipprojbixxi l-għoti ta’ ċerti sustanzi lill-annimali tar-razzett għall-promozzjoni tat-tkabbir. Is-sustanzi, imniżżla fl-Anness II, huma:
Hemm ukoll lista ta’ sustanzi proviżorjament ipprojbiti fl-Anness III tad-direttiva: dawn jinkludu sustanzi b’azzjoni ostroġenika2 (għajr l-oestradiol 17ß u d-derivattivi tiegħu ta’ natura ta’ ester), androġenika3 jew ġestaġenika4 (derogi possibbli).
Id-Direttiva 2003/74/KE emendat id-Direttiva 96/22/KE, fejn ikkonfermat il-projbizzjoni tal-ormoni għall-promozzjoni tat-tkabbir fl-annimali. Hija naqqset ukoll b’mod sostanzjali ċ-ċirkostanzi li fihom l-oestradiol 17ß seta’ jingħata għal skopijiet oħra lil annimali li jipproduċu l-ikel.
Id-Direttiva 2008/97/KE emendat id-Direttiva 96/22/KE u tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/22/KE biss għal annimali li jipproduċu l-ikel, fejn irtirat il-projbizzjonijiet għall-annimali domestiċi.
Peress li l-oestradiol 17β mhuwiex essenzjali fil-produzzjoni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel (minħabba l-alternattivi disponibbli) u fid-dawl tar-riskji potenzjali tiegħu għas-saħħa tal-bniedem, huwa pprojbit għalkollox milli jintuża f’annimali li jipproduċu l-ikel. Għalhekk, l-eżenzjonijiet temporanji li kienu pprovduti għall-użu tal-oestradiol 17β ma ġewx imġedda.
Id-direttiva tipprojbixxi:
Is-sustanzi b’azzjoni ormonali jew tirostatika u sustanzi beta-agonisti ma jistgħux jingħataw lil annimali tar-razzett. Madankollu, sustanzi speċifiċi b’azzjoni ormonali u beta agonisti jistgħu jintużaw għal skopijiet terapewtiċi u żootekniċi, dment l-użu tagħhom ikun ikkontrollat.
L-UE tipprojbixxi l-importazzjoni ta’ annimali, laħam u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi mhux tal-UE li jawtorizzaw l-għoti ta’ dawn is-sustanzi għall-promozzjoni tat-tkabbir. Madankollu, il-projbizzjoni tal-UE ma tapplikax fejn dawn il-pajjiżi jkunu jistgħu joffru garanzija ekwivalenti għal esportazzjonijiet bħal sistema ta’ tnissil segregata.
Hija bdiet tapplika mit-. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali mill-.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad- dwar il-projbizzjoni tal-użu fit-trobbija tal-bhejjem ta’ ċerti sustanzi li jkollhom effett ormonali u tireostatiku u ta’ ß-agonists, u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, , pp. 3-9)
Emendi suċċessivi għad-Direttiva 96/22/KE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament