EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0674

Intrapriżi tal-assigurazzjoni: kontijiet annwali

Intrapriżi tal-assigurazzjoni: kontijiet annwali

 

SOMMARJU TA’:

Direttiva 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hija għandha l-għan li tiżgura li l-karti tal-bilanċ tal-intrapriżi kollha tal-assigurazzjoni jkollhom l-istess format u l-istess intestaturi tal-entrati biex tiġi żgurata l-komparabilità.

PUNTI EWLENIN

Id-Direttiva tapplika għall-intrapriżi jew għad-ditti kollha tal-assigurazzjoni ħlief għal assoċjazzjonijiet mutwi żgħar li ma jwettqux negozju fl-assigurazzjoni.

Hija kkomplementat ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill (Direttiva 78/660/KEE) dwar il-kontijiet annwali ta’ kumpaniji b’responsabbiltà limitata li minn dakinhar ġiet imħassra u sostitwita bid-Direttiva 2013/34/UE (id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi).

Anki jekk l-istandards tal-kontabilità nazzjonali jvarjaw minn pajjiż tal-UE għal ieħor, id-direttiva tippreskrivi ċerta informazzjoni bażika fl-interess ta’ komparabilità akbar tal-kontijiet konsolidati. Għal dan il-għan, il-kontenut tad-diversi entrati fil-karta tal-bilanċ huwa ddeterminat bi preċiżjoni.

Il-valur kurrenti tal-investimenti kif ukoll il-valur tagħhom ibbażat fuq il-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew tal-ispejjeż ta’ produzzjoni, iridu jkunu żvelati biex is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija tal-assigurazzjoni tinftiehem b’mod ċar.

Għall-provvedimenti tal-assigurazzjoni tal-ħajja, jistgħu jintużaw metodi attwarji li jistgħu jkunu stipulati fil-liġi nazzjonali u b’kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipji attwarji rikonoxxuti.

Fl-aħħar nett, kwalunkwe skontar jew tnaqqis impliċitu huwa pprojbit għall-kalkolu tal-provvediment għall-pretensjonijiet pendenti. Min-naħa l-oħra, huma definiti kundizzjonijiet preċiżi għall-użu ta’ skontar jew tnaqqis espliċitu, fl-interessi tal-prudenza u tat-trasparenza.

Ċerti rekwiżiti relatati mal-kontenut tan-noti dwar il-kontijiet, eż. primjums grossi imqassma skont il-kategorija tal-attività (inċidenti u saħħa, vetturi, nar, eċċ.) u skont is-suq ġeografiku biex l-iżvelar tal-kontabilità jiġi adattat għall-mudelli tan-negozju tal-assigurazzjoni.

Għandu jkun possibbli li wieħed jikseb kopja tal-kontijiet u tar-rapporti annwali fuq talba u bi ħlas li ma jaqbiżx il-kost amministrattiv.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Ilha tapplika mit-23 ta’ Diċembru 1991 u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-1 ta’ Jannar 1994.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni (ĠU L 374, 31.12.1991, pp.7-31)

Fid-dokument oriġinali ġew inkorporati emendi suċċessivi għad-Direttiva 91/674/KEE. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, pp. 19-76)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni (ĠU L 224, 16.8.2006, pp. 1-7)

Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, pp. 87-107)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 86/635/KEE u 91/674/KEE fuq il-bilanċ ta’ kontijiet annwali u konsolidati ta’ ċertu kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji u impriżi ta’ l-assigurazzjoni (ĠU L 178, 17.7.2003, pp. 16-22)

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar ir-rikonoxximent, il-kejl u l-iżvelar ta’ kwistjonijiet ambjentali fil-kontijiet annwali u fir-rapporti annwali tal-kumpaniji (ĠU L 156, 13.6.2001, pp. 33-42)

l-aħħar aġġornament 24.09.2018

Fuq