Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0674

    Id-Direttiva Tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni

    ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 05/09/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/674/oj

    31991L0674



    Official Journal L 374 , 31/12/1991 P. 0007 - 0031
    Finnish special edition: Chapter 6 Volume 3 P. 0093
    Swedish special edition: Chapter 6 Volume 3 P. 0093


    Id-Direttiva Tal-Kunsill

    tad-19 ta’ Diċembru 1991

    dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni

    (91/674/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 54 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat jeħtieġ il-koordinazzjoni sal-limiti neċessarji tas-salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji u ditti fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, bl-iskop li dawn is-salvagwardji jsiru ekwivalenti fil-Komunità kollha;

    Billi d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3)(g) tat-Trattat, dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji [4], bid-Direttiva 90/605/KEE [5], m’hemmx bżonn li tiġi applikata għal kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni, hawnhekk iżjed 'il quddiem magħrufa bħala "intrapriżi ta’ assigurazzjoni", fl-istennija ta’ iktar koordinazzjoni; billi, invista ta’ l-importanza maġġuri ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni fil-Komunità, din il-koordinazzjoni ma tistax tiġi ttardjata iktar wara l-implimentazzjoni tad-Direttiva 78/660/KEE;

    Billi d-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983, ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat, dwar kontijiet konsolidati [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/605/KEE, tipprovdi għal derogi għal intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni biss sa l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien impost għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; billi din id-Direttiva għandha għalhekk ukoll tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi għal intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni fir-rigward ta’ kontijiet konsolidati;

    Billi din il-koordinazzjoni hija wkoll meħtieġa b’urġenza minħabba li intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni joperaw fil-fruntieri; billi għal kredituri, debituri, membri, titolari tal-poloz u l-konsulenti tagħhom għall-pubbliku inġenerali, paragunabbiltà mtejba tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati ta’ dawn l-intrapriżi hija ta’ importanza kruċjali;

    Billi fl-Istati Membri intrapriżi ta’ assigurazzjoni ta’ forom ġuridiċi differenti jikkompetu ma’ xulxin; billi intrapriżi nvoluti fin-negozju ta’ assigurazzjoni diretta normalment huma involuti fin-negozju ta’ riassigurazzjoni wkoll u għalhekk huma f’kompetizzjoni ma intrapriżi speċjalizzati ta’ riassigurazzjoni; billi huwa għalhekk xieraq li din il-koordinazzjoni ma tkunx limitata għal forom ġuridiċi koperti bid-Direttiva 78/660/KEE, imma li jintgħażel kamp ta’ applikazzjoni li jikkorrespondi għal dak tad-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/618/KEE [8], u għal dik tad-Direttiva tal-Kunsill 79/267/KEE tal-5 ta’ Marzu 1979 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u l -insegwiment tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta tal-ħajja [9], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/619/KEE [10], imma li tinkludi wkoll ċerti intrapriżi li huma esklużi mill-iskop ta’ dawk id-Direttivi u kumpanniji u ditti li huma intrapriżi ta’ riassigurazzjoni;

    Billi, għalkemm, invista tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni, kient jidher xieraq li tiġi proposta Direttiva separata dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ dawn l-intrapriżi, dan ma jeħtieġx neċessarjament l-istabbiliment ta’ sett ta’ standards differenti minn dawk tad-Direttiva 78/660/KEE u 83/349/KEE; billi dawn l-istandards separati ma kienu la jkunu approprjati u lanqas konsistenti mal-prinċipji li jinfurzaw il-koordinazzjoni tal-liġi tal-kumpannija ladarba, mogħtija l-pożizzjoni importanti li huma jokkupaw fl-ekonomija Komunitarja, intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni ma jistgħux ikunu esklużi minn qafas ta’ regoli maħsub għal intrapriżi inġenerali; billi, għal din ir-raġuni, ittieħed biss kont tal-karatteristiċi partikolari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u din id-Direttiva titratta biss derogi mir-regoli stabbiliti fid-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE;

    Billi hemm differenzi kbar fl-istruttura u l-kontenut tal-balance sheets ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni fi Stati Membri differenti; billi din id-Direttiva għandha għalhekk tistabbilixxi l-istess struttura u l-istess deskrizzjonijiet tal-punti għall-balance sheets ta’ l-intrapriżi ta’ assigurazzjoni Komunitarji kollha;

    Billi, jekk il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati għandhom ikunu paragunabbli, numru ta’ mistoqsijiet bażiċi li jirrigwardaw l-iżvelar ta’ ċerti operazzjonijiet fil-balance sheet għandhom jiġu deċiżi;

    Billi, fl-interessi ta’ paragunabbiltà akbar, huwa wkoll neċessarju li l-kontenut tal-punti varji tal-balance sheets jiġi ddeterminat b’mod preċiż;

    Billi jista’ jkun utli li jkun hemm distinzjoni bejn l-impenni ta’ l-assiguratur u dawk tar-riassiguratur billi jintwera fl-assi s-sehem tad-dispożizzjonijiet tekniċi tar-riassiguratur bħala ass;

    Billi l-istruttura tal-kont ta’ qligħ u telf għandha wkoll tiġi determinata u ċerti punti fiha għandhom jiġu definiti;

    Billi, meqjusa in-natura speċifika ta’ l-industrija ta’ assigurazzjoni, jista’ jkun utili għal qligħ u telf mhux realizzat li jiġu trattati fil-kont tal-qligħ u t-telf;

    Billi l-paragunabbiltà ta’ figuri fil-balance sheet u l-kont ta’ qligħ u telf tiddependi wkoll bażikament fuq il-valuri li bihom l-assi u r-responsabbiltajiet jintwerew fil-balance sheet; billi għal fehma tajba tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ intrapriża ta’ assigurazzjoni, il-valur kurrenti ta’ investimenti kif ukoll il-valur tagħhom ibbażat fuq il-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew ta’ l-ispejjeż ta’ produzzjoni m’għandhomx jiġu żvelati; billi, madanakollu, l-iżvelar obbligatorju tal-valur kurrenti ta’ investimenti, mill-anqas fin-noti fil-kontijiet, huwa preskritt biss għal skopijiet ta’ paragunabbiltà u trasparenza u mhuwiex intiż li jwassal għal bidliet fit-trattament tat-taxxa ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni;

    Billi fil-kalkolu ta’ dispożizzjonijiet ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, jistgħu jiġu użati metodi attwarjali normalment applikati fis-suq jew aċċettati mill-awtoritajiet li jagħmlu monitoraġġ fuq l-assigurazzjoni; billi dawk il-metodi jistgħu jiġu implimentati minn kull attwarju jew espert skond il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti bil-liġi nazzjonali u billi jittieħed kont tal-prinċipji attwarjali rikonoxxuti fil-qafas tal-koordinazzjoni preżenti u ġejjiena tar-regoli fondamentali għall-monitoraġġ prudenzjali u finanzjarju tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta tal-ħajja;

    Billi, fil-kalkolu tad-dispożizzjoni għal pretensjonijiet pendenti, min-naħa waħda, kull skont jew tnaqqis impliċitu għandu jiġi pprojbit, u, min-naħa l-oħra, kondizzjonijiet preċiżi għal rikors għal skont jew tnaqqis espliċitu għandu jiġi definit, għall-iskop ta’ prudenza u trasparenza;

    Billi, invista tan-natura speċjali ta’ intrapriżi ta’ kreditu, ċerti bidliet huma neċessarji fir-rigward tan-noti dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati;

    Billi, inlinja ma’ l-intenzjoni li jkunu koperti l-intrapriżi kollha ta’ l-assigurazzjoni li jidħlu fl-iskop tad-Direttivi 73/239/KEE u 79/267/KEE kif ukoll ċerti oħrajn, derogi bħal dawk għal intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni żgħar u ta’ daqs medju fid-Direttiva 78/660/KEE m’hemmx provvediment għalihom, imma ċerti assoċjazzjonijiet żgħar eċiproċi li huma esklużi mill-iskop tad-Direttivi 73/239/KEE u 79/267/KEE m’għandhomx ikunu koperti;

    Billi għall-istess raġunijiet il-qasam ta’ applikazzjoni permess lill-Stati Membri skond id-Direttiva 83/349/KEE li jiġu eżentati intrapriżi prinċipali ta’ gruppi minn konsolidazzjoni obbligatorja jekk l-intrapriżi li għandhom jiġu kkonsolidati flimkien ma jeċċedux ċertu daqs ma ġiex estiż għal intrapriżi ta’ assigurazzjoni;

    Billi invista tan-natura partikolari huma meħtieġa dispożizzjonijiet sepċjali għall-assoċjazzjoni ta’ assiguraturi magħrufa bħala Lloyd’s;

    Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw ukoll għal kontijiet konsolidati mfassla minn intrapriża prinċipali li tkun kumpannija ta’ proprjetà finanzjarja meta l-intrapriżi sussidjarji jkunu jew esklussivament jew prinċipalment intrapriżi ta’ assigurazzjoni;

    Billi l-kontroll ta’ problemi li joriġinaw inkonnessjoni ma’ din id-Direttiva, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tagħha, jeħtieġ kooperazzjoni mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u l-Kummissjoni f’kumitat ta’ kuntatt; billi, sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta’ dawn il-kumitati, huwa mixtieq li din il-kooperazzjoni sseħħ fil-kumitat previst fl-Artikolu 52 tad-Direttiva 78/660/KEE; billi, madanakollu, meta jiġu kkontrollati problemi li jikkonċernaw intrapriżi ta’ assigurazzjoni, il-kumitat għandhu jiġi kkostitwit kif approprjat;

    Billi, invista tal-komplessità tal-materja, intrapriżi ta’ assigurazzjoni koperti b’din id-Direttiva għandhom jitħallew perjodu xieraq sabiex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tagħha; billi dak il-perjodu għandu jiġi estiż biex jiġu permessi l-aġġustamenti neċessarji li għandhom isiru li jikkonċernaw, min-naħa waħda, l-assoċjazzjoni ta’ assiguraturi magħrufa bħala Lloyd’s u, min-naħa l-oħra, dawk l-intrapriżi li, meta din id-Direttiva ssir applikabbli, juru l-investimenti tagħhom bil-prezz storiku;

    Billi għandha ssir dispożizzjoni għar-reviżjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva wara ħames snin esperjenza ta’ l-applikazzjoni tagħha, fid-dawl ta’ l-għanijiet ta’ aktar trasparenza u armonizzazzjoni.

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    IT-TAQSIMA 1

    Dispożizzjonijiet preliminari u l-kamp ta’ applikazzjoni

    L-Artikolu 1

    1. L-Artikoli 2, 3, 4 (1), (3) sa (5), 6, 7, 13, 14, 15 (3) u (4), 16 sa 21, 29 sa 35, 37 sa 42, 43 (1), il-punti 1 sa 7 u 9 sa 13, 45 (1), 46, 48 sa 50, 51 (1), 54, 56 sa 59 u 61 tad-Direttiva 78/660/KEE għandhom japplikaw għall-intrapriżi msemmija fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva, ħlief meta din id-Direttiva tipprovdi mod ieħor.

    2. Meta ssir referenza fid-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE għall-Artikoli 9 u 10 (balance sheet) jew għall-Artikoli 23 sa 26 (il-kont tal-qligħ u t-telf) tad-Direttiva 78/660/KEE, dawn ir-referenzi għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-Artikolu 5 (balance sheet) jew għall-Artikolu 29 (il-kont tal-qligħ u t-telf) ta’ din id-Direttiva kif approprjat.

    3. Referenzi fid-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE għall-Artikoli 31 sa 42 tad- Direttiva 78/660/KEE għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dawk l-Artikoli, billi jittieħed kont ta’ l-Artikoli 45 sa 62 ta’ din id-Direttiva.

    4. Meta d-dispożizzjonijiet imsemmija qabel tad-Direttiva 78/660/KEE jirrigwardaw puntii tal-balance sheet li għalihom din id-Direttiva ma tistabbilixxi l-ebda ekwivalent, dawn għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-punti fl-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva meta l-assi u r-responsabbiltajiet korrespondenti jiġu stabbiliti.

    L-Artikolu 2

    1. Il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti b’din id-Direttiva għandhom japplikaw għal kumpanniji u ditti fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat li huma:

    (a) intrapriżi fis-sens ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva 73/239/KEE, esklużi dawk l-assoċjazzjoniet reċiproċi li huma esklużi mill-iskop ta’ dik id-Direttiva permezz ta’ l-Artikolu 3 tagħha imma inklużi dawk il-korpi msemmija fl-Artikolu 4 (a), (b), (ċ) u (e) tagħha ħlief meta l-attività tagħhom ma tkunx tikkonsisti għal kollox jew prinċipalment, fl-insegwiment ta’ negozju ta’ assigurazzjoni;

    (b) intrapriżi fis-sens ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva 79/267/KEE, esklużi dawk il-korpi u assoċjazzjonijiet reċiproċi msemmija fl-Artikoli 2 (2) u (3) u 3 ta’ dik id-Direttiva; jew

    (ċ) intrapriżi li jsegwu negozju ta’ riassigurazzjoni.

    F’din id-Direttiva, dawn l-intrapriżi għandhom jiġu rreferuti bħala intrapriżi ta’ assigurazzjoni.

    2. Fondi, ta’ fond ta’ pensjoni ta’ grupp fis-sens ta’ l-Artikolu 1 (2) (ċ) u (d) tad-Direttiva 79/267/KEE li intrapriża ta’ assigurazzjoni tamministra f’isimha imma għan-nom ta’ partijiet terzi, għandhom jintwerew fil-balance sheet jekk l-intrapriża takkwista titolu legali għall-assi kkonċernati. L-ammont totali ta’ dawn l-assi u r-responsabbiltajiet għandu jintwera separatament jew fin-noti dwar il-kontijiet, maqsuma skond l-assi u r-responsabbiltajiet varji. Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-iżvelar ta’ dawn il-fondi bħala punti barra l-balance sheet sakemm ikun hemm regoli speċjali li permezz tagħhom dawn il-fondi jkunu jistgħu jiġu esklużi mill-assi disponibbli għal distribuzzjoni fil-każ tax-xoljiment ta’ intrapriża ta’ assigurazzjoni (jew proċeduri simili).

    Assi akkwistati f’isem jew għan-nom ta’ partijiet terzi m’għandhomx jintwerew fil-balance sheet.

    L-Artikolu 3

    Dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jirrigwardaw assigurazzjoni tal-ħajja għandhom japplikaw mutatis mutandis għal intrapriżi ta’ assigurazzjoni li jassiguraw biss is-saħħa u li jagħmlu hekk esklussivament jew prinċipalment skond il-prinċipji tekniċi ta’ assigurazzjoni tal-ħajja.

    L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-ewwel paragrafu għal assigurazzjoni tas-saħħa minn intrapriżi konġunti skond il-prinċipji tekniċi ta’ assigurazzjoni tal-ħajja meta din l-attività tkun sinifikanti.

    L-Artikolu 4

    Din id-Direttiva għandha tapplika għall-assoċjazzjoni ta’ assiguraturi magħrufa bħala Lloyd’s, soġġetta għal adattamenti stabbiliti fl-Anness biex jittieħed kont tan-natura u l-istruttura partikolari ta’ Lloyd’s.

    IT-TAQSIMA 2

    Dispożizzjonijiet ġenerali li jikkonċernaw il-balance sheet u l-kont tal-qligħ u t-telf

    L-Artikolu 5

    L-ikkombinar tal-punti taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 (3) (a) jew (b) tad-Direttiva 78/660/KEE għandu jkun ristrett fil-każ ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni,

    - fir-rigward tal-balance sheet, għal punti preċeduti b’numri Għarbin, ħlief għal punti li jikkonċernaw dispożizzjonijiet tekniċi, u

    - fir-rigward tal-kont tal-qligħ u t-telf, għal punti preċeduti b’ittra żgħira waħda jew aktar, ħlief għall-punti 1(1) u (4) u II (1), (5) u (6).

    L-ikkombinar għandu jiġi awtorizzat biss skond ir-regoli stabbiliti mill-Istati Membri.

    IT-TAQSIMA 3

    L-istruttura tal-balance sheet

    L-Artikolu 6

    L-Istati Membri għandhom jippreskrivu l-preżentazzjoni li ġejja għal balance sheets.

    Assi

    A. Kapital sottoskritt mhux imħallas

    li juri separatament kapital imsejjaħ (sakemm il-liġi nazzjonali ma teħtieġx li l-kapital imsejjaħ jiġi nkluż taħt ir-responsabbiltajiet, f’liema każ kapital imsejjaħ imma għadu mhux imħallas għandu jiġi nkluż bħala ass jew taħt A inkella taħt E (IV)).

    B. Assi intanġibbli

    kif deskritti taħt il-punti B u Ċ (I) ta’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 78/660/KEE, li juru separatament:

    - spejjeż tal-formazzjoni, kif definiti bil-liġi nazzjonali u sakemm il-liġi nazzjonali tippermetti li jintwerew bħala ass (sakemm il-liġi nazzjonali ma tkunx teħtieġ l-iżvelar tagħhom fin-noti tal-kontijiet),

    - goodwill, sal-limitu li din tkun ġiet akkwistata għal konsiderazzjoni ta’ valur (sakemm il-liġi nazzjonali ma tkunx teħtieġ li din tiġi żvelata fin-noti dwar il-kontijiet).

    Ċ. Investimenti

    I. Art u bini:

    li juru separatament art u bini okkupati minn intrapriża ta’ assigurazzjoni għall-attivitajiet proprji tagħha (sakemm il-liġi nazzjonali ma tkunx teħtieġ l-iżvelar tagħhom fin-noti dwar il-kontijiet).

    II. Investimenti f’intrapriżi affiljati u interessi parteċipanti:

    1. Ishma f’intrapriżi affiljati.

    2. Titoli ta’ dejn maħruġa minn, u self lil, intrapriżi affiljati.

    3. Interessi parteċipanti.

    4. Titoli ta’ dejn maħruġa minn, u self lil, intrapriżi li magħhom intrapriża ta’ assigurazzjoni tkun marbuta permezz ta’ interess parteċipanti.

    III. Investimenti finanzjarji oħrajn:

    1. Ishma u titoli oħrajn ta’ qligħ varjabbli u unitajiet f’unit trusts.

    2. Titoli ta’ dejn u titoli oħrajn ta’ dħul fiss.

    3. Parteċipazzjoni f’ġemgħat ta’ investiment.

    4. Self iggarantit b’ipoteki.

    5. Self ieħor.

    6. Depożiti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

    7. Oħrajn.

    IV. Depożiti ma’ intrapriżi li jċedu.

    D. Investimenti għall-benefiċċju ta’ titolari ta’ poloz ta’ assigurazzjoni tal-ħajja li jġorru magħhom ir-riskju ta’ investiment

    E. Debituri

    (Ammonti dovuti minn:

    - intrapriżi affiljati, u

    - intrapriżi li magħhom intrapriża ta’ assigurazzjoni tkun marbuta permezz ta’ interessi parteċipanti għandhom jintwerew separatament,

    bħala subpunti tal-punti I, II u III).

    I. Debituri li joriġinaw minn operazzjonijiet ta’ assigurazzjoni diretta

    1. titolari tal-poloz;

    2. intermedjarji.

    II. Debituri li joriġinaw minn operazzjonijiet ta’ riassigurazzjoni.

    III. Debituri oħrajn.

    IV. Kapital sottoskritt imma mhux imħallas

    (sakemm il-liġi nazzjonali ma tkunx teħtieġ li l-kapital imsejjaħ imma mhux imħallas jintwera bħala ass taħt A).

    F. Assi oħrajn

    I. Assi u stocks tanġibbli kif elenkati taħt Ċ (II) u D (I) fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 78/660/KEE, barra minn art u bini, bini taħt kostruzzjoni u depożiti mħallsa fuq art u bini.

    II. Flus kontanti fil-bank u fl-idejn.

    III. Ishma proprja (b’indikazzjoni tal-valur nominali tagħhom jew, fl-assenza ta’ valuri nominali, il-valur kontabili par tagħhom) sal-limitu li l-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jintwerew fil-balance sheet.

    IV. Oħrajn.

    G. Pagamenti bil-quddiem u dħul akkumulat

    I. Imgħax akkumulat u kera.

    II. Spejjeż diferiti ta’ akkwist (li jiddistingwu dawk li joriġinaw minn assigurazzjoni mhux tal-ħajja u negozju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja).

    III. Prepagamenti oħrajn u dħul akkumulat:

    H. Telf għas-sena finanzjarja

    (sakemm il -liġi nazzjonali ma tkunx teħtieġ li jintwera bħala responsabbiltà taħt A (VI)).

    Responsabbiltajiet

    A. Kapital u riservi

    I. Kapital sottoskritt jew fondi ekwivalenti

    (sakemm il-liġi nazzjonali ma teħtieġx li kapital imsejjaħ jintwera taħt dan il-punt. F’dak il-każ, l-ammonti ta’ kapital sottoskritt u kapital imħallas għandhom jintwerew separatament).

    II. Kont tal-premium ta’ l-ishma.

    III. Riserva ta’ rivalutazzjoni.

    IV. Riserva.

    V. Il-Qligħ jew it-telf miġjuba’ il quddiem.

    VI. II-Qligħ jew it-telf għas-sena finanzjarja

    (sakemm il-liġi nazzjonali ma tkunx teħtieġ li dan jidher bħala ass taħt H jew bħala responsabbiltà taħt I).

    B. Responsabbiltajiet subordinati

    Ċ. Dispożizzjonijiet tekniċi

    1.Dispożizzjoni għall-premiums mhux akkwistati: | | |

    (a)ammont gross | … | |

    (b)ammont ta’ riassigurazzjoni ( — ) | … | |

    | | … |

    2.Dispożizzjoni ta’ assigurazzjoni tal-ħajja: | | |

    (a)ammont gross ( — ) | … | |

    (b)ammont ta’ riassigurazzjoni ( — ) | … | |

    | | … |

    3.Pretensjonijiet pendenti: | | |

    (a)ammont gross | … | |

    (b)ammont ta’ riassigurazzjoni ( — ) | … | |

    | | … |

    4.Dispożizzjoni għal bonuses u rebates (sakemm mhux murija taħt 2): | | |

    (a)ammont gross | … | |

    (b)ammont ta’ riassigurazzjoni ( — ) | … | |

    | | … |

    5.Dispożizzjoni ta’ ekwalizzazzjoni | | |

    6.Dispożizzjonijiet tekniċi oħrajn: | | |

    (a)ammont gross | … | |

    (b)ammont ta’ riassigurazzjoni ( — ) | … | |

    | | … |

    D. Dispożizzjonijiet tekniċi għal poloz ta’ assigurazzjoni tal-ħajja meta r-riskju ta’ l-investiment jintrefa’ minn titolari tal-poloz:

    (a)ammont gross | … | |

    (b)ammont ta’ riassigurazzjoni ( — ) | … | |

    | | … |

    E. Dispożizzjonijiet għal riskji u piżijiet oħrajn

    1. Dispożizzjonijiet għal pensjonijiet u obbligi simili.

    2. Dispożizzjonijiet għat-tassazzjoni.

    3. Dispożizzjonijiet oħrajn.

    F. Depożiti riċevuti minn riassiguraturi

    G. Kredituri

    (Ammoni dovuti lil:

    - intrapriżi affiljati, u

    - intrapriżi li magħhom intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tkun marbuta permezz ta’ interess parteċipanti

    għandhom jintwerew separatament, bħala sub-punti.)

    I. Kredituri li joriġinaw minn operazzjonijiet ta’ assigurazzjoni diretta.

    II. Kredituri li joriġinaw minn operazzjonijiet ta’ riassigurazzjoni.

    III. Self ta’ debentures, li juru self konvertibbli separatament.

    IV. Ammonti dovuti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu.

    V. Kredituri oħrajn, inkluża t-taxxa u s-sigurtà soċjali.

    H. Akkumulazzjonijiet u dħul pospost

    I. Qligħ għas-sena finanzjarja

    (sakemm il-liġi nazzjonali ma tkunx teħtieġ li jintwera bħala responsabbiltà taħt A (VI)).

    L-Artikolu 7

    L-Artikolu 14 tad-Direttiva 78/660/KEE m’għandux japplika għal impenni marbuta ma’ attivitajiet ta’ assigurazzjoni.

    IT-TAQSIMA 4

    Dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardaw ċerti punti fil-balance sheet

    L-Artikolu 8

    L-Artikolu 15 (3) tad-Direttiva 78/660/KEE għandu japplika biss għal assi il-punti B u Ċ (I) u (II)) kif definiti fl-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva. Kull moviment f’dawn il-punti għandu jintwera fuq il-bażi tal-valur tal-balance sheet fil-bidu tas-sena finanzjarja.

    L-Artikolu 9

    Assi: punt Ċ (III) (2)

    Titoli ta’ dejn u titoli oħrajn ta’ dħul fiss.

    1. Dan il-punt għandu jinkludi titoli negozjabbli ta’ dejn u titoli oħrajn ta’ dħul fiss maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, minn intrapriżi oħrajn jew minn korpi pubbliċi, safejn dawn mhumiex koperti bil-punt Ċ (III) (2) jew (4).

    2. Titoli li jkollhom imgħax li r-rata tiegħu tvarja inlinja ma’ fatturi speċifiċi, per eżempju r-rata ta’ imgħax fis-suq inter-bankarju jew fl-Euromarket, għandu wkoll jitqies bħala titoli ta’ dejn u titoli oħrajn ta’ dħul fiss.

    L-Artikolu 10

    Assi: punt Ċ (III) (3)

    Parteċipazżjoni f’ġemgħat ta’ investiment.

    Dan il-punt għandu jinkludi ishma miżmuma minn intrapriża f’investimenti konġunti kkostitwiti minn diversi intrapriżi jew fondi ta’ penzjonijiet, li l-amministrazzjoni tagħhom tkun ġiet fdata lil waħda minn dawk l-intrapriżi jew wieħed minn dawk il-fondi ta’ penzjonijiet.

    L-Artikolu 11

    Assi: punti Ċ (III) (4) u (5)

    Self iggarantit b’ipoteki u self ieħor

    Self lil titolari ta’ poloz li għalih il-polza tkun is-sigurtà ewlenija għandu jiġi inkluż taħt "self ieħor" u l-ammont tagħhom għandu jiġi żvelat fin-noti dwar il-kontijiet. Self iggarantit b’ ipoteka għandu jintwera bħala tali anki meta jkunu wkoll assigurati b’poloz ta’ assigurazzjoni. Meta l-ammont ta’ "Self ieħor" mhux assigurati b’poloz ikun materjali, tqassim xieraq għandu jingħata fin-noti dwar il-kontijiet.

    L-Artikolu 12

    Assi: punt Ċ (III) (6)

    Depożiti ma istituzzjonijiet ta’ kreditu.

    Dan il-punt għandu jinkludi somom li l-irtirar tagħhom ikun soġġett għal restrizzjoni ta’ żmien. Somom depositati mingħajr din ir-restrizzjoni għandhom jintwerew taħt F (II)) anki meta fuqhom jitħallas l-imgħax.

    L-Artikolu 13

    Assi: punt Ċ (III) (7)

    Oħrajn.

    Dan il-punt għandu jinkludi dawk l-investimenti li mhumiex koperti bil-punti Ċ (III) (1) sa (6). Meta l-ammont ta’ dawn l-investimenti jkun sinifikanti, dawn għandhom jiġu żvelati fin-noti dwar il-kontijiet.

    L-Artikolu 14

    Assi: punt Ċ (IV)

    Depożiti ma’ intrapriżi li jċedu.

    Fil-balance sheet ta’ intrapriża li taċċetta riassigurazzjoni, dan il-punt għandu jinkludi ammonti, dovuti mill-intrapriżi li jċedu u li huma korrespondenti ma’ garanziji, li huma depożitati ma’ dawk l-intrapriżi li jċedu jew ma’ partijiet terzi jew li huma miżmuma minn dawk l-intrapriżi.

    Dawn l-ammonti ma jistgħux jiġu kkumbinati ma’ ammonti oħrajn dovuti mill-assiguratur li jċedi lir-riassiguratur jew set-off kontra ammonti dovuti mir-riassiguratur lill-assiguratur li jċedi.

    Titoli depositati ma’ intrapriżi li jċedu jew ma’ partijiet terzi li jibqgħu il-proprjetà ta’ l-intrapriża li taċċetta r-riassigurazzjoni għandhom jiġu iskritti fil-kontijiet ta’ dan ta’ l-aħħar bħala investiment, taħt il-punt approprjat.

    L-Artikolu 15

    Assi: punt D

    Investimenti għall-benefiċċju ta’ titolari ta’ poloz ta’ assigurazzjoni tal-ħajja li jġorru magħhom ir-riskju ta’ investiment.

    Fir-rigward ta’ assigurazzjoni tal-ħajja dan il-punt għandu jinkludi, minn naħa waħda, investimenti li l-valur tagħhom ikun użat biex jiġi determinat il-valur ta’ jew ir-return fuq poloz li jirrelataw għal fond ta’ investiment u, minn naħa oħra, investimenti li jservu bħala kopertura għal responsabbiltajiet li huma determinati b’referenza għal indiċi. Dan il-punt għandu wkoll jinkludi investimenti li jinżammu għan-nom tal-membri ta’ tontine u li huma ntiżi għal distribuzzjoni fosthom.

    L-Artikolu 16

    Assi: punt F (IV)

    Oħrajn.

    Dan il-punt għandu jinkludi dawk l-assi li mhumiex koperti bil-punti F (I), (II) u (III). Meta dawn l-assi jkunu materjali, dawn għandhom jiġu żvelati fin-noti dwar il-kontijiet.

    L-Artikolu 17

    Assi: punt G (I)

    Imgħax akkumulat u kera.

    Dan il-punt għandu jinkludi dawk il-punti li jirrappreżentaw imgħax u kera li jkunu ġew iggwadanjati sad-data tal-balance sheet imma jkunu għadhom ma ġewx riċevuti.

    L-Artikolu 18

    Assi: punt G (II)

    Spejjeż diferiti ta’ akkwist

    1. L-ispejjeż ta’ l-akkwist ta’ poloz ta’ l-assigurazzjoni għandhom jiġu diferiti skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 78/660/KEE sal-limiti li dan il-postponiment mhuwiex projbit mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jippermettu t-tnaqqis ta’ spejjeż ta’ l-akkwist minn premiums mhux iggwadanjati f’negozju ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja u t-tnaqqis tagħhom b’metodu attwarjali minn riservi matematiċi fin-negozju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja. Meta jkun użat dan il-metodu, l-ammonti mnaqqsa mid-dispożizzjonijiet għandhom jiġu ndikati fin-noti dwar il-kontijiet.

    L-Artikolu 19

    Responsabbiltajiet: punt A (I)

    Kapital sottoskritt jew fondi ekwivalenti

    Dan il-punt għandu jinkludi l-ammonti kollha, irrispettivament mid-deskrizzjonijiet attwali tagħhom, li, skond l-istruttura legali ta’ intrapriża ta’ assigurazzjoni, huma meqjusa taħt il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru kkonċernat bħala kapital ta’ ekwità sottoskritt mill-imsieħba jew persuni oħrajn.

    L-Artikolu 20

    Responsabbiltajiet: punt A (IV)

    Riservi

    Dan il-punt għandu jinkludi t-tipi kollha ta’ riservi elenkati fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 78/669/KEE taħt responsabbiltajiet il-punt A (IV), kif definit hemmhekk. L-Istati Membri jistgħu wkoll jeħtieġu tipi oħrajn ta’ riservi jekk neċessarju għal intrapriżi ta’ assigurazzjoni li l-istrutturi ġuridiċi tagħhom mhumiex koperti bid-Direttiva 78/660/KEE.

    Riservi għandhom jintwerew separatament, bħala subpunti tar-responsabbiltajiet, il-punt A (IV), fil-balance sheets ta’ l-intrapriżi ta’ assigurazzjoni ikkonċernati, ħlief għar-riserva ta’ rivalutazzjoni, li għandha tintwera bħala responsabbiltà taħt A (III)

    L-Artikolu 21

    Responsabbiltajiet: punt B

    Responsabbiltajiet subordinati

    Meta jkun ġie miftiehem kontrattwalment li, fil-każ ta’ xoljiment jew ta’ falliment, responsabbiltajiet, kemm jekk irrappreżentati b’ċertifikati u kemm jekk le, għandhom jitħallsu lura biss wara li l-pretensjonijiet tal-kredituri l-oħrajn kollha jkunu ġew sodisfatti, r-responsabbiltajiet inkwistjoni għandhom jintwerew taħt dan il-punt.

    L-Artikolu 22

    Meta Stat Membru jippermetti li l-balance sheet ta’ intrapriża tinkludi fondi li l-allokazzjoni tagħhom, jew lil titolari ta’ poloz, jew lil titolari ta’ ishma, ma tkunx ġiet determinata sa l-għeluq tas-sena finanzjarja, dawk l-ammonti għandhom jintwerew bħala responsabbiltajiet taħt il-punt Ba (Fond għal approprjazzjonijiet futuri).

    Varjazzjonijiet f’dan il-punt għandhom joħorġu minn punt II (12a) (Trasferimenti lejn jew mill-fond għal approprazzjonijiet futuri) fil-kont tal-qligħ u t-telf.

    L-Artikolu 23

    Responsabbiltajiet: punt Ċ

    Dispożizzjonijeti tekniċi

    L-Artikolu 20 tad-Direttiva 78/660/EEC għandu japplika għal dispożizzjonijiet tekniċi, soġġetti għall-Artikoli 24 sa 30 ta’ din id-Direttiva.

    L-Artikolu 24

    Responsabbiltajiet: punti Ċ (1) (b), (2) (b), (3) (b), (4) (b) u (6) (b) u D (b)

    Ammonti ta’ riassigurazzjoni

    1. L-ammonti ta’ riassigurazzjoni għandhom jinkludu l-ammonti attwali jew stmati li, taħt arranġamenti kontrattwali ta’ riassigurazzjoni, jitnaqqsu mill-ammonti grossi ta’ dispożizzjonijiet tekniċi.

    2. Fir-rigward tad-dispożizzjoni għal premiums li ma jkunux akkwistati, l-ammonti ta’ riassigurazzjoni għandhom jiġu kkalkolati skond il-metodi msemmija fl-Artikolu 57 jew skond il-kondizzjonijiet tal-polza ta’ riassigurazzjoni.

    3. Stati Membri jistgħu jeħtieġu jew jippermettu li l-ammonti ta’ riassigurazzjoni jintwerew bħala assi. Meta din l-għażla tkun eżerċitata, dawk l-ammonti għandhom jintwerew bħala assi taħt il-punt Da (dispożizzjonijiet tekniċi tas-sehem ta’ riassiguraturi), suddiviżi kif ġej:

    1. Dispożizzjoni għal premiums mhux iggwadanjati

    2. Dispożizzjoni ta’ assigurazzjoni tal-ħajja

    3. Pretensjonijiet pendenti

    4. Dispożizzjonijiet għal bonuses u rebates (sakemm mhux murija taħt 2)

    5. Dispożizzjonijiet tekniċi oħrajn

    6. Dispożizzjonijiet tekniċi għal poloz ta’ assigurazzjoni tal-ħajja meta r-riskju ta’ l-investiment ikun merfugħ mit-titolari tal-poloz.

    Minkejja l-Artikolu 5, dawn il-punti m’għandhomx jiġu kkumbinati.

    L-Artikolu 25

    Responsabbiltajiet: punt Ċ (I)

    Dispożizzjoni għal premiums mhux iggwadanjati

    Id-dispożizzjoni għal premiums mhux iggwadanjati għandha tinkludi l-ammont li jrrappreżenta dik il-parti ta’ premiums grossi miktuba li għandha tiġi allokata għas-sena finanzjarja ta’ wara jew għas-snin finanzjarji sussegwenti. Fil-każ ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, Stati Membru jistgħu, fl-istennija ta’ aktar armonizzazzjoni jeħtieġu jew jippermettu li d-dispożizzjoni għal premiums mhux iggwadanjati tiġi inkluża fil-punt Ċ (2).

    Jekk, skond l-Artikolu 26, il-punt Ċ (1) jinkludi wkoll l-ammont tad-dispożizzjoni għal riskji li ma jkunux skadew, id-deskrizzjoni tal-punt għandha tkun "Dispożizzjoni għal premiums mhux iggwadanjati u riskji li ma skadewx". Meta l-ammont għal riskji li ma jkunux skadew ikun materjali, dan għandu jiġi żvelat separatament jew fil-balance sheet jew fin-noti dwar il-kontijiet.

    L-Artikolu 26

    Responsabbiltajiet: punt Ċ (6)

    Dispożizzjonijiet tekniċi oħrajn

    Dan il-punt għandu jinkludi, inter alia, id-dispożizzjoni għal riskji li ma jkunux skadew, jiġifieri l-ammont imwarrab b’żieda ma’ premiums mhux iggwadanjati fir-rigward ta’ riskji li għandhom jintrefgħu mill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni wara l-aħħar tas-sena finanzjarja, sabiex ikun previst għall-pretensjonijiet u l-ispejjeż kollha inkonnessjoni ma’ kuntratti ta’ assigurazzjoni fis-seħħ li jaqbżu l-premiums relatati mhux iggwadanjati u kull premium riċevibbli ieħor fuq dawk il-kuntratti. Madanakollu, jekk il-leġislazzjoni nazzjonali tipprovdi hekk, id-dispożizzjoni għal riskji li ma jkunux skadew tista’ tiżdied mad-dispożizzjoni għal premiums mhux iggwadanjati, kif definiti fl-Artikolu 25, u inkluża fl-ammont muri taħt il-punt Ċ (1).

    Meta l-ammont għal riskji li ma jkunux skadew ikun sinifikanti, dan għandu jiġi żvelat separatament jew fil-balance sheet jew fin-noti tal-kontijiet.

    Meta l-għażla prevista fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 3 ma tkunx eżerċitata, dan il-punt għandu jinkludi wkoll ir-riservi antiki.

    L-Artikolu 27

    Responsabbiltajiet: punt Ċ (2)

    Dispożizzjoni ta’ assigurazzjoni tal-ħajja

    Id-dispożizzjoni ta’ assigurazzjoni tal-ħajja għandha tinkludi l-valur attwarjali stmat tar-responsabbiltajiet ta’ intrapriża ta’ assigurazzjoni inklużi bonuses diġà dikjarati u wara li jitnaqqas il-valur attwarjali ta’ premiums futuri.

    L-Artikolu 28

    Responsabbiltajiet: punt Ċ (3)

    Pretensjonijiet pendenti

    Id-dispożizzjoni għal pretensjonijiet pendenti għandha tkun l-ispiża totali stmata għal intrapriża ta’ assigurazzjoni tas-sodisfazzjon tal-pretensjonijiet kollha li joriġinaw minn avvenimenti li jkunu seħħu sat-tmiem tas-sena finanzjarja, kemm jekk irrappurtati u kemm jekk le, li minnhom jitnaqqsu l-ammonti diġà mħallsa fir-rigward ta’ dawn il-pretensjonijiet.

    L-Artikolu 29

    Responsabbiltajiet: punt Ċ (4)

    Dispożizzjoni għal bonuses u rebates

    Id-dispożizzjoni għal bonuses u rebates għandha tinkludi ammonti ntiżi għal titolari ta’ poloz jew benefiċjarji kuntrattwali permezz ta’ bonuses u rebates kif definiti fl-Artikolu 39 sal-limitu li dawn l-ammonti ma jkunux ġew ikkreditati lil titolari ta’ poloz jew benefiċjarji ta’ kuntratt jew inklużi fil-punt Ba (Fond għal approprjazzjonijiet futuri), kif previst fl-Artikolu 22, l-ewwel paragrafu, jew fil-punt Ċ (2).

    L-Artikolu 30

    Responsabbiltajiet: punt Ċ (5)

    Dispożizzjoni ta’ ekwalizzazzjoni

    1. Id-dispożizzjoni ta’ ekwalizzazzjoni għandha tinkludi kull ammont imwarrab inkonformità mal-ħtiġiet ġuridiċi jew amministrattivi għall-ekwalizzazzjoni ta’ proporzjonijiet ta’ ċaqliq fit-telf fi snin futuri jew biex jiġi provdut għal riskji speċjali.

    2. Meta, fl-assenza ta’ kull tali ħtieġa leġislattivi jew amministrattiva ġuridika, riservi fis-sens ta’ l-Artikolu 20 jkun ġew ikkostitwiti għall-istess skop, dan għandu jiġi żvelat fin-noti dwar il-kontijiet.

    L-Artikolu 31

    Responsabbiltajiet: punt D

    Dispożizzjonijiet tekniċi għal poloz ta’ assigurazzjoni tal-ħajja meta r-riskju ta’ l-investiment ikun merfugħ minn titolari tal-poloz.

    Dan il-punt għandu jinkludi dispożizzjonijiet tekniċi kkostitwiti biex ikopru responsabbiltajiet li jirrigwardaw investiment fil-kuntest ta’ poloz ta’ assigurazzjoni tal-ħajja li l-valur tagħhom, jew ir-return fuqhom huwa determinat b’referenza għal investimenti li għalihom it-titolari tal-polza jerfa’ r-riskju, jew b’referenza għal indiċi.

    Kull dispożizzjoni addizzjonali teknika kkostitwita biex tkopri riskji ta’ mewt, spejjeż operazzjonali jew riskji oħrajn (bħal benefiċċji pagabbli fid-data ta’ maturità jew valuri ta’ ċediment garantiti) għandhom jintwerew taħt il-punt Ċ (2).

    Il-punt D għandu wkoll jinkludi dispożizzjonijiet tekniċi li jirrappreżentaw l-obbligi ta’ l-organizzatur ta’ tontine vis-à-vis il-membri tiegħu.

    L-Artikolu 32

    Responsabbiltajiet: punt F

    Depożiti riċevuti minn riassiguraturi

    Fil-balance sheet ta’ intrapriza li ċċedi riassigurazzjoni, dan il-punt għandu jinkludi ammonti iddepositati minn jew miżmuma minn intrapriżi oħrajn ta’ assigurazzjoni taħt kuntratti ta’ riassigurazzjoni. Dawn l-ammonti ma jistgħux jingħaqdu ma’ ammonti oħrajn dovuti lil jew minn intrapriżi oħrajn inkwestjoni.

    Meta intrapriża li ċċedi riassigurazzjoni tkun irċeviet bħala depositu titoli li jkunu ġew trasferiti lill-proprjetà tagħha, dan il-punt għandu jinkludi l-ammont dovut mill-intrapriża li ċċedi permezz tad-depożitu.

    IT-TAQSIMA 5

    Il-preżentazzjoni tal-kont ta’ qligħ u telf

    L-Artikolu 33

    1. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu il-preżentazzjoni murija fl-Artikolu 34 għal kontijiet ta’ qligħ u telf.

    2. Il-kont tekniku għal negozju ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja għandu jkun użat għal dawk il-klassijiet ta’ assigurazzjoni diretta li huma fl-iskop tad-Direttiva 73/239/KEE u għall-klassijiet korrispondenti tan-negozju ta’ riassigurazzjoni.

    3. Il-kont tekniku għal negozju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja għandu jintuża għal dawk il-klassijiet ta’ assigurazzjoni diretta li huma fl-iskop tad-Direttiva 79/267/KEE u għall-klassijiet korrispondenti tan-negozju ta’ riassigurazzjoni.

    4. Stati Membri jistgħu jeħtieġu jew jippermettu intrapriżi li l-attivitajiet tagħhom jikkonsistu kompletament fir-riassigurazzjoni li jużaw il-kont tekniku tan-negozju ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja għan-negozju kollu tagħhom. Din għandu wkoll japplika għal intrapriżi li jassiguraw assigurazzjoni diretta mhux tal-ħajja u wkoll riassigurazzjoni.

    L-Artikolu 34

    Kont tal-qligħ u t-telf

    I. Kont tekniku — Negozju ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja

    1.Premiums ggwadanjati, netti minn riassigurazzjoni: | | | |

    (a)premiums grossi miktuba | … | | |

    (b)premiums ta’ riassigurazzjoni ’il barra (-) | … | … | |

    (c)bidla fid-dispożizzjoni grossa għal premiums mhux iggwadanjati u, sakemm il-leġislazzjoni nazzjonali tawtorizza, l-inklużjoni ta’ din id-dispożizzjoni fil-punt tar-responsabbiltajiet Ċ (1), fid-dispożizzjoni għal riskji li ma jkunux skadew (+/-) | … | | |

    (d)bidla fid-dispożizzjoni għal premiums mhux iggwadanjati, is-sehem tar-riassiguraturi (+/-) | … | … | … |

    2.Allokazzjoni ta’ return minn investiment trasferit mill-kont mhux tekniku (il-punt III (6)) | | | … |

    3.Dħul tekniku ieħor, nett minn riassigurazzjoni | | | … |

    4.Pretensjonijiet ippreżentati, netti minn riassigurazzjoni: | | | |

    (a)pretensjonijiet imħallsa | | | |

    (aa)ammont gross | … | | |

    (bb)sehem tar-riassiguraturi (-) | … | … | |

    (b)bidla fid-dispożizzjoni għal pretensjonijiet, | | | |

    (aa)ammont gross | … | | |

    (bb)sehem tar-riassiguraturi (-) | … | … | … |

    5.Bidliet f’dispożizzjonijiet tekniċi oħrajn, netti ta’ riassigurazzjoni, mhux murija taħt l-intestaturi (+/-) | | | … |

    6.Bonuses u rebates, netti minn riassigurazzjoni | | | … |

    7.Spejjeż operattivi netti: | | | |

    (a)spejjeż ta’ l-akkwist | | … | |

    (b)bidla fis-spejjeż diferiti ta’ l-akkwist (+/-) | | … | |

    (ċ)spejjeż amministrattivi | | … | |

    (d)kummissjonijiet ta’ riassigurazzjoni u parteċipazzjoni fil-qligħ (-) | | … | … |

    8.Piżijiet tekniċi oħrajn, netti minn riassigurazzjoni | | | … |

    9.Bidla fid-dispożizzjoni ta’ ekwalizzazzjoni (+/-) | | | … |

    10.Is-Sub-total (bilanċ fil-kont tekniku għal negozju ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja (il-punt III 1)). | | | … |

    II. Kont tekniku — Negozju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja

    1.Premiums iggwadanjati, netti minn riassigurazzjoni: | | | |

    (a)premiums grossi miktuba | | … | |

    (b)premiums ta’ riassigurazzjoni ’il barra (-) | | … | |

    (ċ)bidla fid-dispożizzjoni għal premiums mhux iggwadanjati, netti mir-riassigurazzjoni (+/-) | | … | … |

    2.Dħul minn investiment: | | | |

    (a)dħul minn imgħax parteċipanti b’indikazzjoni separata ta’ dak derivat minn intrapriżi affiljati … | | … | |

    (b)dħul minn investimenti oħrajn, b’indikazzjoni separata ta’ dak derivat minn intrapriżi affiljati … | | | |

    (aa)dħul minn art u bini | … | | |

    (bb)dħul minn investimenti oħrajn, | … | … | |

    (ċ)riaġġustamenti tal-valur fuq investimenti | | … | |

    (d)qligħ mir-realizzazzjoni ta’ investimenti | | … | … |

    3.Qligħ mhux realizzat minn investimenti | | | … |

    4.Dħul tekniku ieħor, nett minn riassigurazzjoni | | | … |

    5.Pretensjonijiet akkumulati, netti minn riassigurazzjoni: | | | |

    (a)pretensjonijiet imħallsa | | | |

    (aa)l-ammont gross | … | | |

    (bb)is-sehem tar-riassiguraturi (-) | | … | … |

    (b)bidla fid-dispożizzjoni għall-pretensjonijiet | | | |

    (aa)ammont gross | … | | |

    (bb)sehem tar-riassiguraturi (-) | … | … | … |

    6.Bidla f’dispożizzjonijiet tekniċi oħrajn, netti minn riassigurazzjoni, mhux murija taħt intestaturi oħrajn (+/-): | | | |

    (a)dispożizzjoni ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, netta minn riassigurazzjoni | | | |

    (aa)ammont gross | … | | |

    (bb)sehem tar-riassiguraturi (-) | … | … | |

    (b)dispożizzjonijiet tekniċi oħrajn, netti minn riassigurazzjoni | | … | … |

    7.Bonuses u rebates, netti minn rissigurazzjoni | | | … |

    8.Spejjeż operattivi netti: | | | |

    (a)spejjeż ta’ l-akkwist, | | … | |

    (b)bidla fl-ispejjeż ta’ l-akkwist diferiti (+/-) | | … | |

    (c)spejjeż amministrattivi | | … | |

    (d)kummissjonijiet ta’ riassigurazzjoni u parteċipazzjoni fil-qligħ (-) | | … | … |

    9.Piżijiet ta’ investiment: | | | |

    (a)spejjeż maniġerjali ta’ l-investiment, inklużi imgħaxijiet | | … | |

    (b)aġġustamenti tal-valur fuq investimenti | | … | |

    (c)telf mir-realizzazzjoni ta’ investimenti | | … | … |

    10.Telf mhux realizzat fuq investimenti | | | … |

    11.Piżijiet tekniċi oħrajn, netti minn riassigurazzjoni | | | … |

    12.Return allokat ta’ l-investiment trasferit lill-kont mhux tekniku (-) (il-punt III (4)) | | | … |

    13.Sub-total: (bilanċ tal-kont tekniku — negozju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja) (il-punt III 2)) | | | … |

    III. Kont mhux tekniku

    1.Bilanċ tal-kont tekniku — negozju ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja (il-punt I (10)) | | | … |

    2.Bilanċ tal-kont tekniku — negozju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja (il-punt II (13)) | | | … |

    3.Dħul minn investiment | | | |

    (a)dħul minn imgħaxijiet parteċipanti b’indikazzjoni separata ta’ dak derivat minn intrapriżi affiljati … | | … | |

    (b)dħul minn investimenti oħrajn, b’indikazzjoni separata ta’ dak akkwistat minn intrapriżi affiljati … | | | |

    (aa)dħul minn art u bini | … | | |

    (bb)dħul minn investimenti oħrajn | … | … | |

    (ċ)riaġġustamenti tal-valur ta’ investimenti | | … | |

    (d)qligħ mir-realizzazzjoni ta’ investimenti | | … | … |

    4.Return allokat ta’ investiment trasferit mill-kont tekniku ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja (il-punt II (12)) | | | … |

    5.Piżijiet ta’ investiment: | | | |

    (a)spejjeż amministrattivi ta’ l-investiment, inklużi imgħaxijiet | | … | |

    (b)aġġustamenti tal-valur ta’ investimenti | | … | |

    (ċ)telf mir-realizzazzjoni ta’ investimenti | | … | … |

    6.Return allokat ta’ l-investiment trasferit għall-kont tekniku ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja (il-punt I (2)) | | | … |

    7.Introjtu ieħor | | | … |

    8.Piżijiet oħrajn, inklużi aġġustamenti tal-valur | | | … |

    9.Taxxa fuq il-profitt jew telf fuq attivitajiet ordinarji | | | … |

    10.Qligħ jew telf fuq attivitajiet ordinarji wara t-taxxa | | | … |

    11.Introjtu staordinarju | | | … |

    12.Piżijiet straordinarji | | | … |

    13.Qligħ jew telf straordinarji | | | … |

    14.Taxxa fuq qligħ jew telf straordinarji | | | … |

    15.Taxxi oħrajn mhux murija fil-punti preċedenti | | | … |

    16.Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja | | | … |

    IT-TAQSIMA 6

    Dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardaw ċerti punti tal-kont ta’ qligħ u telf

    L-Artikolu 35

    Kont tekniku ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja: punt I (1) (a)Kont tekniku ta’ assigurazzjoni tal-ħajja: punt II (1) (a)Premiums grossi miktuba

    Premiums grossi miktuba għandhom jinkludu l-ammonti kollha dovuti matul is-sena finanzjarja fir-rigward ta’ kuntratti ta’ l-assigurazzjoni minkejja l-fatt li dawn l-ammont jistgħu jirrigwardaw kompletament jew in parti sena finanzjarja futura, u għandhom jinkludu, inter alia:

    (i) premiums li għand iridu jinkitbu, meta l-kalkolu tal-premium jista’ jsir biss fit-tmiem tas-sena:

    (ii) - premiums singoli, inklużi premiums ta’ annwità,

    - f’assigurazzjoni tal-ħajja, premiums singoli li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet minn bonus u rebate sal-limiti li dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala premiums fuq il-bażi ta’ kuntratti u meta l-leġislazzjoni nazzjonali teħtieġ jew tippermetti li dawn jidhru taħt premiums;

    (iii) premiums addizzjonali fil-każ ta’ pagamenti ta’ nofs is-sena, ta’ kull tliet xhur u ta’ kull xahar u pagamenti addizzjonali minn titolari ta’ poloz minn spejjeż merfugħa minn intrapriża ta’ assigurazzjoni;

    (iv) fil-każ ta’ koassigurazzjoni, il-porzjon ta’ l-intrapriża ta’ premiums totali;

    (v) premiums ta’ ri-assigurazzjoni dovuti minn intrapriżi ta’ assigurazzjoni ċedenti u retoċedenti, inklużi iskrizzjonijiet fil-portfolio,

    wara t-tnaqqis ta’:

    - irtirar ta’ portfolio kreditati lil intrapriżi ta’ assigurazzjoni ċedenti u retroċedenti, u

    - kanċellamenti.

    L-ammonti ta’ hawn fuq m’għandhomx jinkludu l-ammonti ta’ taxxi jew piżijiet imposti mal-premium

    L-Artikolu 36

    Kont tekniku ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja: punt I (1) (b)Kont tekniku ta’ assigurazzjoni tal-ħajja: punt II (1) (b)Premiums ta’ riassigurazzjoni ’il barra

    Premiums ta’ riassigurazzjoni ’il barra għandhom jinkludu l-premiums kollha mħallsa jew li għandhom jitħallsu fir-rigward ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni ’il barra li tkun daħlet fihom intrapriża ta’ riassigurazzjoni. Iskrizzjonijiet tal-portfolio pagabbli mal-konklużjoni jew l-emenda ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni ’il barra għandhom jiżdiedu; irtirar ta’ portfolios riċevibbli għandhom jitnaqqsu.

    L-Artikolu 37

    Kont tekniku ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja: punti I (1) (ċ) u (d)Kont tekniku ta’ assigurazzjoni tal-ħajja: punt II (1) (ċ)Bidla fid-dispożizzjoni għal premiums mhux iggwadanjati, netti mir-riassigurazzjoni

    Fl-istennija ta’ iktar koordinazzjoni, Stati Membri jistgħu, fil-każ ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, jeħtieġu jew jippermettu l-bidla f’premiums mhux akkwistati li tiġi inkluża fil-bidla tad-dispożizzjoni ta’ assigurazzjoni tal-ħajja.

    L-Artikolu 38

    Kont tekniku ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja: punt I (4)Kont tekniku ta’ assigurazzjoni tal-ħajja: punt II (5)Pretensjonijiet akkumulati, netti minn rissigurazzjoni

    1. Pretensjonijiet akkumulati għandhom jinkludu l-pagamenti kollha magħmula fir-rigward tas-sena finanzjarja b’żieda tad-dispożizzjoni għal pretensjonijiet imma inqas id-dispożizzjoni għal pretensjonijiet mis-sena finanzjarja preċedenti

    Dawn l-ammonti għandhom jinkludu annwitajiet, surrenders, iskrizzjonijiet u ritrar ta’ dispożizzjonijiet ta’ telf lil u minn intrapriżi ta’ assigurazzjoni ċedenti u minn riassiguraturi, spejjeż ta’ amministrazzjoni ta’ pretensjonijiet esterni u interni u piżijiet għal pretensjonijiet minfuqa imma mhux irrappurtati bħala tali kif imsemmi fl-Artikolu 60 (1) (b) u (2) (a).

    Somom rekuperabbli fuq il-bażi ta’ subrogazzjoni u salvataġġ fis-sens ta’ l-Artikolu 60 (1) (d) għandhom jitnaqqsu.

    2. Fejn id-differenza bejn:

    - id-dispożizzjoni ta’ telf magħmul fil-bidu tas-sena għal pretensjonijiet pendenti akkumulati fi snin preċedenti, u

    - il-pagamenti magħmula tul is-sena minħabba pretensjonijiet akkumulati fi snin preċedenti u d-dispożizzjoni ta’ telf murija fit-tmiem tas-sena għal dawn il-pretensjonijiet pendenti tkun materjali,

    dan għandu jiġi żvelat fin-noti tal-kontijiet, maqsuma skond il-kategorija u l-ammont.

    L-Artikolu 39

    Kont tekniku ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja: punt I (6)Kont tekniku ta’ assigurazzjoni tal-ħajja: punt II (7)Bonuses u rebates, netti minn riassigurazzjoni

    Bonuses għandhom jinkludu l-ammonti kollha imposti għas-sena finanzjarja li jitħallsu jew għandhom jitħallsu lil titolari ta’ poloz u partijiet assigurati oħrajn jew provduti għall-benefiċċju tagħhom, inklużi ammonti użati biex jiżdiedu d-dispożizzjonijiet tekniċi jew applikati għat-tnaqqis ta’ premiums futuri, sal-limitu li dawn l-ammonti jirrapreżentaw allokazzjoni ta’ eċċess jew qligħ li joriġina min-negozju kollu jew sezzjoni minn dan in-negozju, wara tnaqqis ta’ ammonti previsti fis-snin preċedenti li m’għadhomx meħtieġa.

    Rebates għandhom jinkludu dawk l-ammonti sal-limitu li dawn jirrappreżentaw rifużjoni parzjali ta’ premiums li jirriżultaw mill-esperjenza ta’ kuntratti individwali.

    Meta materjali, l-ammont impost għal bonuses u dak impost għal rebates għandhom jiġu żvelati separatament fin-noti tal-kontijiet.

    L-Artikolu 40

    Kont tekniku ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja: punt I (7) (a)Kont tekniku ta’ assigurazzjoni tal-ħajja: punt II (8) (a)Spejjeż ta’ l-akkwist

    Spejjeż ta’ l-akkwist għandhom jinkludu l-ispejjeż li joriġinaw mill-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni. Dawn għandhom ikopru kemm spejjeż diretti, bħal ma huma kummissjonijiet ta’ akkwist jew l-ispiża għat-tħejjija tad-dokument ta’ assigurazzjoni jew jinkludu il-kuntratt ta’ assigurazzjoni fil-portfolio, u spejjeż indiretti, bħalma huma spejjeż ta’ reklamar jew l-ispejjeż amministrattivi marbuta ma’ l-ipproċessar ta’ proposti u l-ħruġ ta’ poloz.

    Stati Membri jistghu jeħtieġu li kummissjonijiet ta’ tiġdid ta’ poloz jiġu iskritti fil-punt I (7) (ċ) jew II (8) (ċ).

    L-Artikolu 41

    Kont tekniku ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja: punt I (7) (ċ)Kont tekniku ta’ assigurazzjoni tal-ħajja: punt II (8) (ċ)Spejjeż amministrattivi

    Spejjeż amministrattivi għandhom jinkludu l-ispejjeż li joriġinaw mill-ġbir ta’ premium, amministrazzjoni ta’ portfolio, trattar ta’ bonuses u rebates, u riassigurazzjoni lejn ġewwa jew ’il barra. Dawn għandhom partikolarment jinkludu spejjeż ta’ l-impjegati u dispożizzjonijiet ta’ dipprezzament fir-rigward ta’ għamara ta’ l-uffiċju u tagħmir sal-limiti li dawn ma jkunx hemm bżonn li jidhru taħt spejjeż ta’ l-akkwist, pretensjonijiet akkumulati jew piżijiet ta’ investiment.

    L-Artikolu 42

    Kont tekniku ta’ assigurazzjoni tal-ħajja: punti II (2) u (9)Kont mhux tekniku: punti III (3) u (5)Dħul u piżijiet fuq investiment

    1. Id-dħul u l-piżijiet kollha fuq investiment li jirrigwardaw assigurazzjoni mhux tal-ħajja għandhom jiġu żvelati fil-kont mhux tekniku.

    2. Fil-każ ta’ intrapriża li twettaq biss negozju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, id-dħul u l-piżijiet fuq l-investiment għandhom jiġu żvelati fil-kont tekniku ta’ assigurazzjoni tal-ħajja.

    3. Fil-każ ta’ intrapriża li twettaq kemm negozju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja u wkoll assigurazzjoni mhux-tal-ħajja, dħul u piżijiet fuq investiment għandhom, sal-limiti li dawn ikunu direttament konnessi mat-twettiq tan-negozju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, jiġu żvelati fil-kont tekniku ta’ assigurazzjoni tal-ħajja.

    4. Stati Membri jistgħu jeħtieġu jew jippermettu l-iżvelar ta’ dħul u piżijiet fuq l-investiment skond l-oriġini jew l-attribut ta’ l-investimenti, jekk neċessarju billi jkun hemm provvediment għal aktar punti fil-kont tekniku ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja, b’analoġija mal-punti korrispondenti fil-kont tekniku ta’ assigurazzjoni tal-ħajja.

    L-Artikolu 43

    Kont tekniku ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja: punt I (2)Kont tekniku ta’ assigurazzjoni tal-ħajja: punt II (2)Kont mhux tekniku: il-punti III (4) u (6)Return allokat ta’ l-investiment

    1. Meta parti mir-return ta’ l-investiment huwa trasferit għall-kont tekniku ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja, it-trasferiment mill-kont mhux tekniku għandu jitnaqqas mil-punt III (6) u miżjud mal-punt I (2).

    2. Meta parti mir-riżultat ta’ l-investiment żvelat fil-kont tekniku ta’ assigurazzjoni tal-ħajja jkun trasferit għall-kont mhux tekniku, l-ammont trasferit għandu jitnaqqas mill-punt II (12) u miżjud mal-punt III (4).

    3. Stati Membri jistgħu jistabbilixxu l-proċeduri għal u l-ammonti ta’ trasferimenti ta’ return allokat minn parti waħda tal-kont ta’ qligħ u telf għal oħra. Ir-raġunijiet għal dawn it-trasferimenti u l-bażijiet li jsiru fuqhom għandhom jiġu żvelati fin-noti tal-kontijiet fi kwalunkwe każ; meta approprjat, referenza għat-test tar-regolament rilevanti għandha tkun suffiċjenti.

    L-Artikolu 44

    Kont tekniku ta’ assigurazzjoni tal-ħajja: punti II (3) u (10)Qligħ u telf mhux realizzat minn investimenti

    1. Fin-negozju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-iżvelar kompletament jew inparti fil-punti II (3) u (10) fil-kont tal-qligħ u telf ta’ varjazzjonijiet fid-differenza bejn:

    - il-valutazzjoni ta’ investimenti fil-valur kurrenti tagħhom jew permezz ta’ wieħed mill-metodi msemmija fl-Artikolu 33 (1) tad-Direttiva 78/660/KEE, u

    - il-valutazzjoni tagħhom fil-prezz tax-xiri.

    F’ kull każ, Stati Membri għandhom jeħtieġu li l-ammonti msemmija fl-ewwel paragrafu jiġu żvelati fil-punti msemmija qabel meta dawn jirrelataw għal investimenti murija bħala assi taħt D.

    2. Stati Membri li jeħtieġu jew jippermettu l-valutazzjoni ta’ l-investimenti murija bħala assi taħt Ċ fil-valur kurrenti tagħhom jistgħu, fir-rigward ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja, jippermettu l-iżvelar kompletament jew in parti fil-punt III (3a) u fil-punt III (5a) fil-kont ta’ qligħ u telf tal-varjazzjoni fid-differenza bejn il-valutazzjoni ta’ dawk l-investimenti fil-valur kurrenti tagħhom u l-valutazzjoni tagħhom fil-prezz tax-xiri.

    IT-TAQSIMA 7

    Regoli ta’ valutazzjoni

    L-Artikolu 45

    L-Artikolu 32 tad-Direttiva 78/660/KEE, li taħtu l-valutazzjoni tal-punti murija fil-kontijiet annwali għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew ta’ l-ispiża tal-produzzjoni, għandu japplika għal investiment soġġett għall-Artikoli 46 sa 49 ta’ din id-Direttiva.

    L-Artikolu 46

    1. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu jew jippermettu l-valutazzjoni ta’ investimenti murija bħala assi taħt Ċ fuq il-bażi tal-valur kurrenti tagħhom ikkalkolat skond l-Artikoli 48 u 49.

    2. L-investimenti murija bħala assi taħt D għandhom jintwerew bil-valur kurrenti tagħhom.

    3. Meta investimenti jintwerew bil-prezz tax-xiri tagħhom, il-valur kurrenti tagħhom għandu jiġi żvelat fin-noti dwar il-kontijiet.

    Madanakollu, Stati Membri li fihom, fid-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva, investimenti huma murija bil-prezz tax-xiri tagħhom jistgħu jagħtu lill-intrapriżi l-għażla li inizjalment jiżvelaw fin-noti dwar il-kont il-valur kurrenti ta’ investiment muri bħala assi taħt Ċ (I) sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 70 (1) u l-valur kurrenti ta’ investimenti oħrajn sa mhux aktar tard minn tliet snin wara l-istess data.

    4. Meta investimenti jintwerew bil-valur kurrenti tagħhom, il-prezz tax-xiri tagħhom għandu jiġi żvelat fin-noti dwar il-kontijiet.

    5. L-istess metodu ta’ valutazzjoni għandu jiġi applikat għall-investimenti kollha inklużi f’kull punt denominat b’numri Għarbin jew murija bħala assi taħt Ċ (I).

    6. Il-metodu applikat għal kull punt ta’ investiment għandu jiġi dikjarat fin-noti dwar il-kontijiet.

    L-Artikolu 47

    Meta l-valur kurrenti jiġi applikat għal investimenti, l-Artikolu 33 (2) u (3) tad-Direttiva 78/660/KEE għandu japplika, ħlief kif previst fl-Artikoli 37 u 44 ta’ din id-Direttiva.

    L-Artikolu 48

    1. Fil-każ ta’ investimenti ta’ xort’ oħra minn art u bini, il-valur kurrenti għandu jfisser il-valur medju tas-suq, ħlief kif previst fil-paragrafu 5.

    2. Meta investimenti jkunu uffiċjalment elenkati f’borża uffiċjali, il-valur tas-suq għandu jfisser il-valur medju fid-data tal-balance sheet jew, meta d-data tal-balance sheet ma tkunx ta’ jum li fih isir negozju fil-borża, l-aħħar jum ta’ negozju tal-borża qabel dik id-data.

    3. Meta suq ikun jeżisti għal investimenti barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 2, il-valur tas-suq għandu jfisser il-prezz medju li bih dawn l-investimenti kienu nnegozjati fid-data tal-balance sheet jew, meta d-data tal-balance sheet ma tkunx jum ta’ negozju, fl-aħħar jum tan-negozju qabel dik id-data.

    4. Meta fid-data li fiha l-kontijiet jitfasslu, investimenti bħal dawk imsemmija fil-paragrafi 2 jew 3 jkunu mibjugħa jew għandhom jinbigħu fi żmien qasir, il-valur tas-suq għandu jitnaqqas bl-ispejjeż ta’ realizzazzjoni attwali jew stmati.

    5. Ħlief meta l-metodu ta’ ekwità jkun applikat skond l-Artikolu 59 tad-Direttiva 78/660/KEE, l-investimenti l-oħrajn kollha għandhom jiġu vvalutati fuq bażi li jkollha konsiderazzjoni prudenti għall-valur x’aktarx realizzat.

    6. Fil-każijiet kollha il-metodu ta’ valutazzjoni għandu jkun deskritt bi preċiżjoni u r-raġuni għall-addozzjoni dikjarat fin-noti tal-kontijiet.

    L-Artikolu 49

    1. Fil-każ ta’ art u bini il-valur kurrenti għandu jfisser il-valur tas-suq fid-data tal-valutazzjoni, meta rilevanti, mnaqqas kif previst fil-paragrafi 4 u 5.

    2. Il-valur tas-suq għandu jfisser il-prezz li bih l-art u l-bini jkunu jistgħu jinbiegħu taħt kuntratt privat bejn bejjiegħ lest li jbiegħ u xerrej ġenwin fid-data tal-valutazzjoni, waqt illi jkun assunt li l-proprjetà tkun esposta pubblikament fis-suq, li l-kundizzjonijiet tas-suq jippermettu bejgħ xieraq u li perijodu normali, b’kont meħud tan-natura tal-proprjetà, jkun disponibbli għal negozjati dwar il-bejgħ.

    3. Il-valur tas-suq għandu jiġi determinat permezz tal-valutazzjoni separata ta’ kull art u bini, imwettaq mill-anqas kull ħames snin skond il-metodi ġeneralment rikonoxxuti jew rikonoxxuti mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza ta’ l-assigurazzjoni. L-Artikolu 35 (1) (b) tad-Direttiva 78/660/KEE m’għandux ikun applikabbli.

    4. Meta l-valur ta’ kull punt ta’ art u bini jkun niżel mill-valutazzjoni preċedenti skond il-paragrafu 3, aġġustament xieraq tal-valur għandu jsir. Il-valur l-aktar baxx hekk milħuq m’għandux jiżdied fil-balance sheets sussegwenti sakemm din iż-żieda ma tirriżultax minn determinazzjoni ġdida tal-valur tas-suq milħuqa skond il-paragrafi 2 u 3.

    5. Meta fid-data li fiha l-kontijiet jitfasslu, art u bini jkunu nbigħu jew għandhom jinbigħu fi żmien qasir, il-valur li wieħed jottjeni skond il-paragrafi 2 u 4 għandu jitnaqqas bl-ispejjeż attwali jew stmati ta’ realizzazzjoni.

    6. Meta jkun impossibbli li jiġi determinat il-valur tas-suq ta’ punt ta’ art u bini, il-valur milħuq a bażi tal-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew ta’ l-ispiża tal-produzzjoni għandu jitqies li jkun il-valur kurrenti.

    7. Il-metodu li bih il-valur kurrenti ta’ art u bini jkun ġie kkalkolat u t-tqassim tagħhom skond is-sena finanzjarja ta’ valutazzjoni għandhom jiġu żvelati fin-noti dwar il-kontijiet.

    L-Artikolu 50

    Meta l-Artikolu 33 tad-Direttiva 78/660/KEE jkun applikat għal intrapriżi ta’ assigurazzjoni, dan għandu jsir bil-mod li ġej:

    (a) il-paragrafu 1 (a) għandu japplika għal assi murija taħt F (I) kif definit fl-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva;

    (b) il-paragrafu 1 (ċ) għandu japplika għal assi murija taħt Ċ (I), (II), (III) u (IV) u F(I) (ħlief għal ħażniet) u (III) kif definit fl-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva.

    L-Artikolu 51

    L-Artikolu 35 tad-Direttiva 78/660/KEE għandu japplika għal intrapriżi ta’ assigurazzjoni soġġetti għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    (a) għandu japplika għal assi murija taħt B u Ċ u għal assi fissi murija taħt F (I) kif definit fl-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva;

    (b) il-paragrafu 1 (ċ) (aa) għandu japplika għal assi murija taħt Ċ(II), (III) u (IV) u F(III) kif definit fl-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva.

    L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-aġġustamenti ta’ valur isiru fir-rigward ta’ titoli trasferibbli murija bħala investimenti, sabiex dawn jintwerew bil-valur l-aktar baxx li għandu jiġi attribwit lilhom fid-data tal-balance sheet.

    L-Artikolu 52

    L-Artikolu 38 tad-Direttiva 78/660/KEE għandu japplika għal assi murija taħt F (I) kif definit fl-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva.

    L-Artikolu 53

    L-Artikolu 39 tad-Direttiva 78/660/KEE għandu japplika għal assi murija taħt E (I), (II) u (III) u F (II) kif definit fl-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva.

    L-Artikolu 54

    F’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja l-ammont ta’ xi spejjeż diferiti ta’ akkwist għandu jiġi stabbilit fuq bażi kompatibbli ma’ dak użat għal premiums mhux iggwadanjati.

    F’assigurazzjoni tal-ħajja il-kalkolu ta’ l-ammont ta’ spejjeż ta’ l-akkwist li għandhom jiġu difereti jista’ jittieħed fil-kalkolu attwarjali msemmi fl-Artikolu 59.

    L-Artikolu 55

    1. (a) Jekk dawn ma jkunux ġew valutati bil-valur tas-suq, titoli ta’ dejn u titoli oħrajn ta’ dħul fiss murija bħala assi taħt Ċ (II) u (III) għandhom jintwerew fil-balance sheet bil-prezz tax-xiri. L-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jeħtieġu jew jippermettu li dawn it-titoli ta’ dejn jintwerew fil-balance sheet bl-ammont ripagabbli mal-maturità.

    (b) Meta l-prezz tax-xiri ta’ dawn it-titoli msemmija fil-punt (a) jeċċedi l-ammont ripagabbli mal-maturità, l-ammont tad-differenza għandu jintalab mill-kont tal-qligħ u t-telf. L-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jeħtieġu jew jippermettu l-ammont tad-differenza li jinqata’ f’pagamenti sabiex jinqata’ kompletament meta jitħallsu lura t-titoli. Dik id-differenza għandha tintwera separatament fil-balance sheet jew fin-noti dwar il-kontijiet.

    (ċ) Meta l-prezz tax-xiri ta’ dawn it-titoli ta’ msemmija fil-punt (a) jkun anqas mill-ammont ripaggabbli mal-maturità, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu jew jippermettu li l-ammont tad-differenza jitħalla għal introjtu f’pagamenti tul il-perijodu li jibqa’ sal-ħlas lura. Dik id-differenza għandha tintwera separatament fil-balance sheet jew fin-noti dwar il-kontijiet.

    2. Meta titoli ta’ dejn jew titoli oħrajn ta’ dħul fiss li mhumiex ivvalutati bil-valur tas-suq jinbigħu qabel il-maturità u l-ammont li jirriżulta jkun użat għal xiri ta’ titoli ta’ dejn oħrajn jew titoli ta’ dħul fiss, Stati Membri jistgħu jippermettu li d-differenza bejn l-ammont li jirriżulta minn bejgħ u l-valur tagħhom fil-kotba jinxtered b’mod uniformi tul il-perjodu li jibqa’ sal-maturità ta’ l-investiment oriġinali.

    L-Artikolu 56

    Dispożizzjonijiet tekniċi

    L-ammont ta’ dispożizzjonijiet tekniċi għandu f’kull waqt ikun tali li intrapriża tista’ tirrispondi għal kull responsabbiltà li toriġina minn kuntratti ta’ assigurazzjoni sa fejn dan jista’ jkun raġjonevolment previst.

    L-Artikolu 57

    Dispożizzjoni għal premiums mhux iggwadanjati

    1. Id-dispożizzjoni għal premiums mhux iggwadanjat għandha, fi prinċipju, tiġi kkalkolata separatament għal kull kuntratt ta’ assigurazzjoni. Stati Membri jistgħu, madanakollu, jippermettu l-użu ta’ metodi statistiċi, u b’mod partikolari metodi proporzjonali u ta’ rata uniformi, meta dawn jistgħu jkunu mistennija li jagħtu bejn wieħed u ieħor l-isetss riżultati bħal kalkoli individwali.

    2. Fi klassijiet ta’ assigurazzjoni meta l-assunzjoni ta’ korrelazzjoni temporanja bejn esperjenza ta’ riskju u premium ma tkunx xierqa, metodi ta’ kalkolu għandhom jiġu applikati sabiex jieħdu kont tal-mudell ta’ riskju li jvarja tul iż-żmien.

    L-Artikolu 58

    Dispożizzjoni għal riskji li ma jkunux skadew

    Id-dispożizzjoni għal riskji li ma jkunux skadew imsemmija fl-Artikolu 26 għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi ta’ pretensjonijiet u spejjeż amministrattivi li x’aktarx jinqalgħu wara l-aħħar tas-sena finanzjarja minn kuntratti konklużi qabel dik id-data, sal-limti li l-valur stmat tagħhom jeċċedi d-dispożizzjoni għal premiums mhux iggwadanjati u kull premium riċevibbli taħt dawk il-kuntratti.

    L-Artikolu 59

    Dispożizzjoni ta’ assigurazzjoni tal-ħajja

    1. Id-dispożizzjoni ta’ assigurazzjoni tal-ħajja għandha, inprinċipju, tiġi kkalkolata separatament għal kull kuntratt ta’ assigurazzjoni tal-ħajja. Stati Membri jistgħu, madanakollu, jippermettu l-użu ta’ metodi statistiċi jew matematiċi meta dawn jistgħu ikunu mistennija li jagħtu bejn wieħed u ieħor l-istess riżultati bħal kalkoli individwali. Sommarju ta’ l-assunzjonijiet prinċipali magħmula għandu jingħata fin-noti dwar il-kontijiet.

    2. Il-komputazzjoni għandha ssir kull sena minn attwarju jew minn speċjalist ieħor fil-qasam fuq il-bażi ta’ metodi attwarjali rikonoxxuti.

    L-Artikolu 60

    Dispożizzjoni għal pretensjonijiet pendenti

    1. Assigurazzjoni mhux tal-ħajja

    (a) Dispożizzjoni għandha inprinċipju tiġi kkalkolata separatament għal kull każ fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż mistennija li jinqalgħu. Metodi statistiċi jistgħu jintużaw jekk dawn jirriżultaw f’dispożizzjoni adegwata fir-rigward tan-natura tar-riskji; Stati Membri jistgħu, madanakollu, jagħmlu l-applikazzjoni ta’ dawn il-metodu soġġetta għal approvazzjoni minn qabel.

    (b) Din id-dispożizzjoni għandha wkoll tieħu inkonsiderazzjoni pretensjonijiet akkumulati imma mhux irrapurtati sad-data tal-balance sheet; l-ammont tagħha għandu jiġi determinat billi tiġi kkunsidrata eperjenza antika dwar in-numru u l-kobor tal-pretensjonijiet irrappurtati wara d-data tal-balance sheet.

    (ċ) Spejjeż għas-sodisfazzjon ta’ pretensjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tad-dispożizzjoni irrispettivament mill-oriġini tagħhom.

    (d) Ammonti rekuperabbli li joriġinaw mill-akkwist tad-drittijiet ta’ titolari ta’ poloz fir-rigward ta’ partijiet terzi (subrogazzjoni) jew tal-pussess legali ta’ proprjetà assigurata (salvataġġ) għandhom jitnaqqsu mid-dispożizzjoni għal pretensjonijiet pendenti; għandhom jiġu stmati fuq bażi prudenti. Meta dawn l-ammonti jkunu materjali, dawn għandhom jiġu żvelati fin-noti dwar il-kontijiet.

    (e) B’deroga mis-subparagrafu (d), Stati Membri jistgħu jeħtieġu jew jippermettu l-iżvelar ta’ ammonti rekuperabbli bħala assi.

    (f) Meta benefiċċji li jirriżultaw minn pretensjoni għandhom jitħallsu fil-forma ta’ annwità, l-ammonti li għandhom jitwarrbu għal dak l-iskop għandhom jiġu ikkalkolati b’metodi attwarjali rikonoxxuti.

    (g) Skont jew tnaqqis impliċitu, kemm jekk jirriżulta mit-tqegħid tal-valur preżenti fuq dispożizzjoni għal pretensjoni pendenti li tkun mistenmnija li tiġi sodisfatta aktar tard b’figura ogħla kemm jekk effettwata mod ieħor, għandu jiġi projbit.

    Stati Membri jistgħu jippermettu skont jew tnaqqis espliċitu biex jittieħed kont ta’ dħul ta’ investiment. L-ebda skont jew tnaqqis bħal dan m’għandu jkun permissibli sakemm:

    (i) id-data medja mistennija għas-sodisfazzjon tal-pretensjonijiet ma tkunx mill-anqas erba’ snin wara d-data tal-kontijiet;

    (ii) l-iskont jew it-tnaqqis ma jseħħx fuq bażi prudenzjali magħrufa; l-awtorità kompetenti għandha tingħata notifika bil-quddiem ta’ kull bidla fil-metodu;

    (iii) meta tiġi kkalkolata in-nefqa totali għas-sodisfazzjon ta’ pretensjonijiet, intrapriża għandha tieħu kont tal-fatturi kollha li kienu jikkawżaw żidiet f’dik l-ispiża;

    (iv) intrapriża jkollha informazzjoni adegwata għad-dispożizzjoni tagħha biex tibni mudell ta’ min joqgħod fuqu tar-rata ta’ sodisfazzjon tal-pretensjonijiet;

    (v) ir-rata ta’ imgħax użata għall-kalkolu tal-valuri preżenti ma teċċedix stima prudenti tad-dħul ta’ investiment minn assi investiti bħala dispożizzjoni għal pretensjonijiet tul il-perjodu neċessarju għall-ħlas ta’ dawn il-pretensjonijiet. Barra minn hekk, m’għandha teċċedi ebda waħda minn dawn li ġejjin:

    - id-dħul ta’ investiment minn dawn l-assi tul il-ħames snin preċedenti,

    - id-dħul minn investiment minn dawn l-assi tul is-sena li tippreċedi d-data tal-balance sheet.

    Meta jkun hemm skont jew meta jsir tnaqqis, intrapriża għandha, fin-noti dwar il-kontijiet tagħha, tiżvela l-ammont totali ta’ dispożizzjonijiet qabel ma jsir l-iskont jew it-tnaqqis, il-kategorija ta’ pretensjonijiet li huma skontati jew li minnhom ikun sar tnaqqis u, għal kull kategorija ta’ pretensjoni, il-metodi użati, b’mod partikolari r-rati użati għall-estimi msemmija fis-subparagrafu preċedenti, il-punti (iii) u (v), u l-kriterja adottata għall-istima tal-perjodu li jgħaddi qabel ma jiġu sodisfatti l-pretensjonijiet.

    2. Assigurazzjoni tal-ħajja

    (a) L-ammont tad-dispożizzjoni għal pretensjonijiet għandu jkun ugwali għas-somom dovuti lil benefiċjarji, flimkien ma’ l-ispejjeż għas-sodisfazzjon tal-pretensjonijiet. Dan għandu jinkludi d-dispożizzjoni għal pretensjonijiet akkumulati imma li mhux irrapurtati.

    (b) Stati Membri jistgħu jeħtieġu l-iżvelar fir-responsabbiltajiet il-punt Ċ (2) ta’ l-ammonti msemmija f’ (a).

    L-Artikolu 61

    1. Fl-istennija ta’ aktar koordinazzjoni, Stati Membri jistgħu jeħtieġu jew jippermettu l-applikazzjoni tal-metodi li ġejjin meta, minħabba n-natura tal-klassi jew it-tip ta’ assigurazzjoni inkwistjoni, informazzjoni dwar premiums riċevibbli, pretensjonijiet pagabbli jew it-tnejn għas-snin ta’ assigurazzjoni hija insuffiċjenti meta l-kontijiet annwali jitfasslu biex isiru estimi eżatti.

    Il-Metodu 1

    L-eċċess ta’ premiums miktuba fuq il-pretensjonijiet u l-ispejjeż imħallsa fir-rigward ta’ kuntratti li jibdew fis-sena ta’ l-assigurazzjoni għandu jifforma dispożizzjoni teknika li hi inkluża fid-dispożizzjoni teknika għal pretensjonijiet pendenti murija fil-balance sheet fir-responsabbiltajiet il-punt Ċ (3). Id-dispożizzjoni tista’ wkoll tinħadem fuq il-bażi ta’ perċentwali ta’ premiums miktuba meta dan il-metodu jkun xieraq għat-tip ta’ riskju assigurat. Jekk ikun hemm il-bżonn, l-ammont ta’ din id-dispożizzjoni tekniku għandu jiżdied biex ikun suffiċjenti li jissodisfa obbligi preżenti u futuri. Id-dispożizzjoni teknika kkostitwita b’dan il-metodu għandha tiġi sostitwita b’dispożizzjoni għal pretensjonijiet pendenti stmati bil-manjera tas-soltu malli informazzjoni suffiċjenti tkun inġabret u sa mhux aktar tard mit-tmiem tat-tielet sena wara s-sena ta’ l-assigurazzjoni.

    Il-Metodu 2

    Il-figuri murija fil-kont tekniku jew f’ċerti punti fih għandhom jirrelataw għas-sena li kompletament jew parzjalment tippreċedi s-sena finanzjarja. Din m’għandhiex tagħmel hekk b’aktar minn 12-il xahar. L-ammonti tad-dispożizzjonijiet tekniċi murija fil-kontijiet annwali għandhom jekk neċessarju jiżdiedu biex isiru suffiċjenti biex jilħqu l-obbligi preżenti u futuri.

    2. Meta waħda mill-metodi deskritti fil-paragrafu 1 tiġi adottata, għandha tiġi applikata sistematikament fis-snin suċċessivi sakemm iċ-ċirkostanzi ma jiġġustifikawx bidla. L-użu ta’ kwalunkwe metodu għandu jiġi żvelat fin-noti tal-kontijiet u r-raġunijiet mogħtija; fil-każ ta’ bidla fil-metodu applikat, l-effett fuq l-assi, r-responsabbiltajiet, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ u t-telf għandhom jiġu indikati fin-noti dwar il-kontijiet. Meta jintuża l-Metodu 1, it-tul ta’ żmien li jiskadi qabel ma tiġi kostitwita dispożizzjoni għal pretensjonijiet pendenti fuq il-bażi tas-soltu għandu jiġi żvelat fin-noti dwar il-kontijiet. Meta jintuża l-Metodu 2, it-tul ta’ żmien li bih is-sena aktar kmieni li jirrelataw il-figuri għaliha tippreċedi s-sena finanzjarja u l-kobor ta’ l-operazzjonijiet ikkonċernati għandhom jiġu żvelati fin-noti tal-kontijiet.

    3. Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, "sena ta’ l-assigurazzjoni" għandha tfisser is-sena finanzjarja li fiha kuntratti ta’ assigurazzjoni fil-klassi jew tip ta’ assigurazzjoni inkwistjoni jkunu nbdew.

    L-Artikolu 62

    Fl-istennija ta’ iktar koordinazzjoni, dawk l-Istati Membri li jeħtieġu il-kostituzzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ ekwalizzazzjoni għandhom jippreskrivu r-regoli ta’ valutazzjoni li għandhom jiġu applikati lilhom.

    IT-TAQSIMA 8

    Kontenut tan-noti dwar il-kontijiet

    L-Artikolu 63

    Minflok l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 43 (1) (8) tad-Direttiva 78/660/KEE, intrapriżi ta’ assigurazzjoni għandhom jipprovdu d-dettalji li ġejjin:

    III. Fir-rigward ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja, in-noti dwar il-kontijiet għandhom jiżvelaw:

    1. premiums grossi miktuba;

    2. premiums grossi ggwadanjati;

    3. piżijiet ta’ pretensjonijiet grossi;

    4. spejjeż grossi ta’ operazzjoni;

    5. il-bilanċ ta’ riassigurazzjoni.

    Dawn l-ammonti għandhom jinqasmu bejn assigurazzjoni diretta u aċċettazzjonijiet ta’ riassigurazzjoni, jekk l-aċċettazzjonijiet ta’ riassigurazzjoni jammontaw għal 10 % jew iktar ta’ premiums grossi miktuba, u mbagħad f’assigurazzjoni diretta fil-gruppi ta’ klassijiet li ġejjin:

    - inċidenti u saħħa,

    - vetturi, responsabbiltà ta’ parti terza,

    - vetturi, klassijiet oħrajn,

    - marittima, avjazzjoni u trasport,

    - nar u ħsara oħra lill-proprjetà,

    - responsabbiltà ta’ parti terza,

    - kreditu u suretyship,

    - spejjeż legali,

    - għajnuna,

    - mixxellanji.

    It-tqassim fi gruppi ta’ klassijiet fl-assigurazzjoni diretta m’għandux ikun meħtieġ meta l-ammont tal-premiums grossi miktuba f’assigurazzjoni diretta għall-grupp inkwistjoni ma jeċċedix ECU 10 miljun . Madanakollu, intrapriżi għandhom f’kull każ jiżvelaw l-ammonti li jirrelataw għat-tlett l-akbar gruppi ta’ klassijiet fin-negozju tagħhom.

    II. Fir-rigward ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, in-noti dwar il-kontijiet għandhom jiżvelaw:

    1. premiums grossi miktuba, mqassma bejn assigurazzjoni diretta u aċċettazzjonijiet ta’ riassigurazzjoni, jekk aċċettazzjonijiet ta’ riassigurazzjoni jammontaw għal 10 % jew aktar ta’ premiums grossi miktuba, u mbagħad fl-assigurazzjoni diretta biex jindikaw:

    (a) (i) premiums individwali;

    (ii) premiums taħt kuntratti ta’ gruppi;

    (b) (i) premiums perjodiċi;

    (ii) premiums singoli;

    (ċ) (i) premiums minn kuntratti mingħajr bonus;

    (ii) premiums minn kuntratti ta’ bonus;

    (iii) premiums minn kuntratti meta r-riskju ta’ l-investiment ikun merfugħ minn titolari ta’ poloz.

    L-iżvelar tal-figura li tirrelata għal (a), (b) jew (ċ) m’għandux ikun meħtieġ meta din ma teċċedix 10 % tal-premiums grossi miktuba f’assigurazzjoni diretta;

    2. bilanċ ta’ riassigurazzjoni;

    III. Fil-każ kopert bl-Artikolu 33 (4), il-premiums grossi mqassma bejn assigurazzjoni tal-ħajja u assigurazzjoni mhux tal-ħajja.

    IV. Fil-każijiet kollha, it-total gross ta’ premiums ta’ assigurazzjoni diretta li jirriżultaw minn kuntratti konklużi mill-intrapriża ta’ assigurazzjoni

    - fl-Istat Membru ta’ l-uffiċju ewlieni tagħha,

    - fl-Istati Membri l-oħrajn, u

    - f’pajjiżi oħrajn,

    ħlief li l-iżvelar tal-figura li għandha x’taqsam ma’ dawn t’hawn fuq m’għandhiex tkun meħtieġa jekk dawn ma jeċċedux 5 % tat-total gross ta’ premiums.

    L-Artikolu 64

    Fin-noti tal-kontijiet tagħhom, intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni għandhom jiżvelaw l-ammont totali ta’ kummissjonijiet għan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta li jittieħed fil-kontijiet għas-sena finanzjarja. Din il-ħtieġa għandha tkopri kummissjonijiet ta’ kull tip, u b’mod partikolari l-akkwisti, it-tiġdid, il-ġbir u kummissjonijiet ta’ amministrazzjoni ta’ portfolios.

    IT-TAQSIMA 9

    Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw kontijiet konsolidati

    L-Artikolu 65

    1. Intrapriżi ta’ assigurazzjoni għandhom ifasslu kontijiet konsolidati u rapporti annwali konsolidati skond id-Direttiva 83/349/KEE, ħlief meta pprovdut xort’ oħra f’din it-taqsima.

    2. Safejn Stat Membru ma jkollux rikors għall-Artikolu 5 tad-Direttiva 83/349/KEE, il-paragrafu 1 għandu wkoll japplika għal intrapriżi prinċipali, li l-objettiv uniku jew essenzjali tagħhom hu l-akkwist ta’ proprjetà f’intrapriżi sussidjarji u li dan isir profitt, meta dawk l-intrapriżi sussidjarji jkunu jew esklussivament jew prinċipalment intrapriżi ta’ assigurazzjoni.

    L-Artikolu 66

    Id-Direttiva 83/349/KEE għandha tapplika soġġett għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    1. L-Artikoli 4, 6 u 40 m’għandhomx japplikaw;

    2. l-informazzjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni inċiżi ta’ l-Artikolu 9 (2), l-iktar:

    - l-ammont ta’ l-assi fissi, u

    - t-turnover nett,

    għandhom jiġu sostitwiti b’dettalji ta’ premiums grossi miktuba kif definit fl-Artikolu 35 ta’ din id-Direttiva;

    3. Stat Membru jista’ wkoll japplika l-Artikolu 12 tad-Direttiva 83/349/KEE lejn żewġ intrapriżi ta’ assigurazzjoni jew iktar li mhumiex konnessi kif deskritt fl-Artikolu 1 (1) jew (2) ta’ l-istess Direttiva imma li huma amministrati fuq bażi unifikata barra milli skond kuntratt jew dispożizzjonijiet tal-memoranda jew l-artikoli ta’ assoċjazzjoni tagħhom. Amministrazzjoni unifikata tista’ wkoll tikkonsisti f’rabtiet importanti u fit-tul ta’ riassugurazzjoni;

    4. L-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mill-Artikolu 26 (1) (ċ) tad-Direttiva 83/349/KEE meta operazzjoni tkun ġiet konkluża skond il-kundizzjonijiet normali tas-suq u tkun stabbiliet jeddijiet tat-titolari tal-poloz. Kull deroga ta’ din ix-xorta għandha tiġi żvelata u meta dawn ikollhom effett materjali fuq l-assi, r-responsabbiltajiet, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ jew it-telf ta’ l-intrapriżi kollha inklużi fil-konsolidazzjoni, dak il-fatt għandu jiġi żvelat fin-noti dwar il-kontijiet konsolidati;

    5. L-Artikolu 27 (3) tad-Direttiva 83/349/KEE għandu japplika sakemm id-data tal-balance sheet ta’ intrapriża inkluża f’konsolidazzjoni ma tkunx tippreċedi id-data konsolidata tal-balance sheet b’aktar minn sitt xhur;

    6. L-Artikolu 29 tad-Direttiva 83/349/KEE m’għandux japplika għal dawk il-punti ta’ responsabbiltajiet, li l-valutazzjoni tagħhom mill-intrapiżi inklużi f’konsolidazzjoni tkun ibbażata fuq l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi għal intrapriżi ta’ assigurazzjoni jew għal dawk il-bidliet tal-punti ta’ l-assi li fil-valuri tagħhom jeffettwaw ukoll jew jistabbilixxu jeddijiet ta’ titolari ta’ poloz. Meta jkun hemm rikors għal din id-deroga, il-fatt għandu jiġi żvelat fin-noti dwar il-kontijiet konsolidati.

    L-Artikolu 67

    Fil-kontijiet konsolidati biss, Stati Membri jistgħu jeħtieġu jew jippermettu li d-dħul u l-piżijiet kollha ta’ investiment jiġu żvelati bil-kont non tekniku, anke meta dan id-dħul u l-piżijiet ikunu konnessi ma’ negozju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja.

    Barraminnhekk, Stati Membri jistgħu f’dawn il-każijiet, jeħtieġu jew jippermettu l-allokazzjoni ta’ parti tar — return ta’ l-investiment għall-kont tekniku ta’ assigurazzjoni tal-ħajja.

    IT-TAQSIMA 10

    Pubblikazzjoni

    L-Artikolu 68

    1. Il-kontijiet annwali approvati kif dovut ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni, flimkien mar-rapporti annwali u r-rapporti mill-persuni responsabbli għall-verifika tal-kontijiet għandhom jiġu ppubblikati kif stabbilit bil-liġijiet ta’ kull Stat Membru skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151/KEE [11].

    Il-liġijiet ta’ Stat Membru jistgħu, madanakollu, jipprovdu li rapporti annwali m’hemmx għalfejn jiġu ppubblikati kif previst fl-ewwel subparagrafu. F’dak il-każ, dawn għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku fl-uffiċċji ewlenija ta’ l-intrapriżi fl-Istat Membru kkonċernat. Għandu jkun possibli li tkun akkwistata kopja ta’ dan ir-rapport komplet jew inparti fuq talba. Il-prezz ta’ din il-kopja m’għandux jeċċedi l-ispiża amministrattiva tiegħu.

    2. Il-paragrafu 1 għandu wkoll japplika għall-kontijiet konsolidati approvati kif dovut, għar-rapport annwali ikkonsolidat u għar-rapporti minn persuni responsabbli għall-verifika tal-kontijiet.

    3. Meta intrapriża ta’ assigurazzjoni li tkun fasslet kontijiet annwali jew kontijiet ikkonsolidati, ma tkunx stabbilita bħala waħda mit-tipi ta’ kumpanniji elenkati fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 78/660/KEE u ma tkunx meħtieġa bil-liġi nazzjonali tagħha li tippubblika d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu kif preskritt fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151/KEE, din għandha mill-anqas tagħmel dawn disponibbli għall-pubbliku fl-uffiċċju ewlieni tagħha. Għandu jkun possibbli li jiġu akkwistati kopji ta’ dawn id-dokumenti fuq talba. Il-prezz ta’ dawn il-kopji m’għandux jeċċedi l-ispiża amministrattiva tagħhom.

    4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal sanzjonijiet approprjati għal nuqqas li tikkonforma mar-regoli ta’ pubblikazzjoni stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    IT-TAQSIMA 11

    DispoŻizzjonijiet finali

    L-Artikolu 69

    Il-kumitat ta’ kuntatt stabbilit skond l-Artikolu 52 tad-Direttiva 78/660/KEE għandu wkoll, meta kkostitwit b’mod approprjat, jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:

    (a) biex jiffaċilita, mingħajr preġudizzju l-Artikoli 169 u 170 tat-Trattat, l-applikazzjoni armonizzata ta’ din id-Direttiva permezz ta’ laqgħat regolari li jitrattaw b’mod partikolari problemi prattiċi li joriġinaw inkonnessjoni ma’ l-applikazzjoni tagħha;

    (b) biex jagħti parir lill-Kummissjoni, jekk ikun hemm il-bżonn, dwar żidiet jew emendi għal din id-Direttiva.

    L-Artikolu 70

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għalihom sabiex dawn jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1994. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

    Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex bihom issir ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdi li d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom l-ewwel japplikaw għal kontijiet annwali u kontijiet konsolidati għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 1995 jew tul is-sena kalendarja 1995.

    3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

    L-Artikolu 71

    Ħames snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 70 (2), il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jeżamina u jekk meħtieġ jirrevedi dawk id-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva li jipprovdu għal Stati Membri għażliet fid-dawl ta’ l-esperjenza akkwistata fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u b’mod partikolari tal-miri ta’ akbar trasparenza u armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija b’din id-Direttiva.

    L-Artikolu 72

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 1991.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. Dankert

    [1] ĠU C 131, tat-18.4.1987, p. 1.

    [2] ĠU C 96, tas-17.4.1989, p. 93; u ĠU C 326, tas-16.12.1991.

    [3] ĠU C 319, tat-30.11.1987, p. 13.

    [4] ĠU L 222, ta’ l-14.8.1978, p. 11.

    [5] ĠU L 317, tas-16.11.1990, p. 60.

    [6] ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1.

    [7] ĠU L 228, tas-16.8.1973, p. 3.

    [8] ĠU L 330, tad-29.11.1990, p. 44.

    [9] ĠU L 63, tat-13.3.1979, p. 1

    [10] ĠU L 330, tad-29.11.1990, p. 50.

    [11] ĠU L 65, ta’ l-14.3.1968, p. 8.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW LIL LLOYD’S

    A. Ġenerali

    Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, kemm Lloyd’s u kemm is-sindikati ta’ Lloyd’s għandhom jitqiesu intrapriżi ta’ assigurazzjoni.

    Soġġett għal addattamenti neċessarji stabbiliti ftaqsima B:

    - is-sindikati Lloyd’s għandhom jippreparaw kontijiet annwali ("kontijiet tas-sindakat"), u

    - Lloyd’s għandhom jippreparaw kontijiet aggregati ("kontijiet aggregati") minn flok il-kontijiet konsolidati kif preskritt fid-Direttiva 83/349/KEE.

    F’dan l-Anness, "Kontijiet ta’ Lloyd’s" għandhom ifissru ż-żewġ tipi ta’ kontijiet imsemmija fuq.

    B. Dispożizzjonijiet speċjali

    1. Kontenut ta’ kontijiet sindakati

    Suġġett għall-paragrafu 9, kontijiet sindakati għandhom jiġu ppreparati fuq bażi kumulattiva għal tliet snin ta’ assigurazzjoni ta’ kont fil-waqt u għandhom jinkludu snin separati ta’ assigurazzjoni ta’ kont għal kull sena bħal din u balance sheet għal dawk is-snin kollha meħuda flimkien. Kontijiet ippreparati wara 12 u 24 xahar rispettivament għandhom ikunu magħrufa bħala snin miftuħa. Il-kont ta’ assigurazzjoni għandu jiġi ppreparat b’analoġija mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-preparazzjoni tal-kont ta’ qligħ u telf; dan għandu juri, b’żieda:

    (a) għal kull iskrizzjoni, il-bidla fil-figuri sa mid-data tal-kontijiet preċedenti;

    (b) il-kapaċità allokata tas-sindakat għas-sena tal-kontijiet ta’ assigurazzjoni rilevanti.

    2. Il-Kontenut ta’ kontijiet aggregati

    Kontijiet aggregati għandhom ikunu imħejjija bil-kumulazzjoni tal-kontijiet tas-sindakati kollha ta’ Lloyd’s. Dawn għandhom jinkludu nota li tagħti dettalji dwar:

    (a) negozju inter-sindakat inklużi premiums miktuba u pretensjonijiet imħallsa;

    (b) il-metodu li bih snin mgħoddija ta’ kont, imsemmija fil-paragrafu 9, jiġu kkunsidrati;

    (ċ) il-metodu li bih il-limitu tad-dħul ta’ premium għal membri individwali tas-sindakti ta’ Lloyd’s jiġi kalkolat.

    3. Il-Kapital

    Lloyd’s u sindakati ta’ Lloyd’s m’għandhomx ikunu meħtieġa li jiżvelaw, fil-kontijiet aggregati u l-kontijiet sindakati respettivament, figuri għal responsabbiltajiet il-punti A(I) (Kapital sottoskrit jew fond ekwivalenti), A(II) (Kont tas-sehem tal-premium) u A(IV) (Riservi). Minflok, Lloyd’s għandu jehmeż nota mal-kontijiet aggregati li tiżvela dan li ġej:

    (a) Ir-riżorsi personali ta’ membri

    1. Id-Depożiti ta’ Lloyd’s

    2. Il-Fond ta’ Riserva Personali

    3. Il-Fond ta’ Riserva Speċjali

    4. Mezzi oħra żvelati

    (b) Riżorsi ċentrali ta’ Lloyd’s

    1. L-assi netti tal-Fond Ċentrali

    2. L-assi netti tal-Korporazzjoni ta’ Lloyd’s.

    4. It-Tassazzjoni

    (a) Lloyd’s u s-sindakati ta’ Lloyd’s m’għandhomx ikunu meħtieġa jiżvelaw, fil-kontijiet aggregati u fil-kontijiet sindakati rispettivament, figuri għal responsabbiltajiet il-punti E(2) (Dispożizzjonijiet għat-tassazzjoni) u G(V) (Kredituri oħra, inklużi t-taxxa u s-sigurtà soċjali), sal-limiti li t-taxxa biss hija kkonċernata, u l-punti III(9) (Taxxa fuq il-qligħ jew it-telf ta’ attivitajiet ordinarji) u III(14) (Taxxa fuq qligħ jew telf straordinarju) fil-kont ta’ qligħ u telf bl-eċċezzjoni ta’ ammonti mnaqqsa minn ras il-għajn.

    (b) Madanakollu, nota lil kontijiet kollha ta’ Lloyd’s għandha tiddikjara għaliex piż tat-taxxa ma jintweriex u r-rata bażi tat-taxxa applikabbli għall-ammonti mnaqqsa minn ras il-għajn.

    5. Il-Prinċipji tal-kontijiet

    (a) Negozju kurrenti

    Il-prinċipju ta’ negozju kurrenti stabbilit fl-Artikolu 31(1)(a) tad-Direttiva 78/660/KEE m’għandux japplika għal kontijiet ta’ Lloyd’s.

    (b) L-Akkumulazzjoni

    Il-prinċipju ta’ akkumulazzjoni stabbilit fl-Artikolu 31(1)(d) tad-Direttiva 78/660/KEE m’għandux japplika għal kontijiet ta’ Lloyd’s.

    (ċ) L-Allokazzjoni tad-dħul

    Mhux aktar minn tliet snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 70(1), Lloyd’s u s-sindakati ta’ Lloyd’s għandhom jallokaw id-dħul li joriġina minn kuntratti ta’ assigurazzjoni ta’ snin sindakati tal-kont fuq il-bażi tad-data tal-bidu.

    (d) Prinċipji oħrajn tal-kontijiet

    Fil-kontijiet kollha ta’ Lloyd’s:

    - il-punti l-istess għandhom jirċievu trattament uniformi,

    - irkupri ta’ riassigurazzjoni għandhom jitqiesu fir-rigward ta’ snin miftuħa meta sindakat ikun ħallas pretensjoni,

    - spejjeż ta’ operazzjoni għandhom jiġu allokati għas-sena ta’ kont ta’ assigurazzjoni li għaliha jkunu akkumulati.

    6. Dispożizzjonijiet tekniċi

    Soġġett għall-paragrafu 9 u b’deroga mill-Artikoli 56 u 60, id-dispożizzjonijiet tekniċi m’għandhomx jidhru fil-kontijiet ta’ Lloyd’s.

    Madanakollu:

    (a) il-kontijiet ta’ assigurazzjoni għas-snin miftuħa għandhom juru l-eċċess ta’ premiums miġbura aktar mill-pretensjonijiet u l-ispejjeż imħallsa, b’analoġija għall-Artikolu 61;

    (b) dispożizzjoni għal pretensjonijiet pendenti għandha tkun ikkalkolata meta s-sena ta’ assigurazzjoni tal-kont tingħalaq u għandu jidher skond il-paragrafu 8.

    7. Snin miftuħa

    Sindakati għandhom jippreparaw kontijiet għal snin miftuħa fuq bażi ta’ riċevuti ta’ flus kontanti u ħlasijiet.

    8. Riassigurazzjoni għal għeluq

    Soġġett għall-paragrafu 9, sindakati għandhom jagħlqu l-kontijiet tagħhom fit-tmiem ta’ perjodu ta’ tliet snin bil-pagament ta’ premium ("Riassigurazzjoni għal għeluq") u għandhom jiżvelaw mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

    —Pretensjonijiet pendenti grossi notifikati | … | | |

    —Irkupri ta’ riassigurazzjoni antiċipati (-) | … | | |

    —Pretensjonijiet pendenti netti notifikati | | … | |

    —Dispożizzjoni għal pretensjonijiet grossi akkumulati imma mhux irrappurtati | … | | |

    —Irkupri ta’ riassigurazzjoni antiċipati (-) | … | | |

    —Dispożizzjoni għal pretensjonijiet netti akkumulati imma mhux irrappurtati | | … | |

    —Premium nett għal "riassigurazzjoni għal għeluq" tas sena tal-kont (total nett) | | | … |

    9. Snin kompluti tal-kont

    (a) Għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu, sena kompluta tal-kont għandha tkun waħda li fir-rigward tagħha, fid-data li fiha normalment tkun magħluqa skond il-paragrafu 8, l-inċertezza tipprevjeni d-determinazzjoni ta’ r-"riassigurazzjoni għal għeluq", u li għalhekk titħalla miftuħa sakemm dik l-inċertezza tkun riżolta.

    (b) Fir-rigward ta’ kull sena kompluta tal-kont, kontijiet sindakati għandhom jinkludu kont ta’ assigurazzjoni li juri l-ammont miżmum biex ilaħħaq mar-responsabbiltajiet kollha pendenti kemm magħrufa u wkoll li mhumiex magħrufa, li jirrapreżenta dispożizzjoni għal pretensjonijiet pendenti stmati bil-manjera tas-soltu.

    10. Żvelar ta’ depożiti ma’ ċedenti

    Sa tliet snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 70(1), Lloyd’s u sindakati ta’ Lloyd’s m’għandhomx ikunu meħtieġa jiżvelaw il-figuri għall-punt Ċ(IV) ta’ assi (Depożiti ma’ intrapriżi ċedenti).

    11. Negozju tal-ħajja

    B’deroga mill-Artikolu 33(3), negozju Lloyd’s ta’ assigurazzjoni tal-ħajja (assigurazzjoni ta’ terminu pura tal-ħajja għal perijodu ta’ mhux aktar minn 10 snin) jista’ jintwera fil-kontijiet ta’ Lloyd’s fil-format previst fl-Artikolu 34(I) għal negozju ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja.

    12. Premiums grossi

    B’ deroga mill-Artikolu 35, premiums grossi jistgħu jiġu ddikjarati netti minn senserija. Bħala żieda għall-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 35 fir-rigward ta’ kont ta’ qligħ u telf il-punti I(1)(a) u II(1) (a) (Premiums grossi miktuba, netti ta’ riassigurazzjoni) għandha tiġi inkluża nota:

    - fil-każ ta’ kull kont ta’ sindakat li jispjega l-bażi li fuqha il-kummissjoni u s-senserija huma imposti u li jagħti r-rata stmata medja ta’ kummissjoni u senserija għal kull waħda mill-linji prinċipali ta’ negozju miktuba mis-sindakat,

    - fil-kontijiet aggregati li jagħtu r-rata medja stmata ta’ kummissjoni u senserija tul is-suq.

    13. Kontenut tan-noti tal-kontijiet ta’ Lloyd’s

    Fin-noti tal-kontijiet ta’ Lloyd’s, it-tifsira ta’ premiums grossi għandha tiġi stabbilita fil-paragrafu 12.

    --------------------------------------------------

    Top