This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31987L0357
Prodotti perikolużi li jixbhu oġġetti tal-ikel — l-iżgurar tas-sigurtà tal-konsumaturi
Din it-taqsira ġiet arkivjata u mhux se tkun aġġornata Ara
'Regolament Ġenerali dwar is-sikurezza tal-prodotti (2023)'
għall-informazzjoni aġġornata dwar is-suġġett.
Din tapplika għal oġġetti, bħal kosmetiċi u prodotti likwidi tad-dar, li mhumiex tajbin għall-ikel, iżda li minħabba l-forma, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-ippakkjar, it-tikkettar jew id-daqs tagħhom jistgħu jidhru tali. It-tfal huma vulnerabbli b'mod partikolari u jistgħu jaqgħu fit-tentazzjoni li jippruvaw jieklu prodotti bħal dawn.
Fit-, il-gvernijiet tal-UE u l-Parlament Ewropew qablu fuq leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti li teħtieġ li l-manifatturi jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikunu siguri qabel ibiegħuhom.
Din ilha tapplika mis-. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sas-.
F'opinjoni adottata f'Marzu 2011, il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur innota li kien hemm riskju baxx ta' vvelenar akut jew fit-tfal jew fl-anzjani minħabba li setgħu jieklu l-kosmetiċi bi żball. Għal prodotti tad-djar, hemm żieda żgħira ta' riżultat aktar serju. Barra minn hekk, hemm nuqqas ta' dejta speċifika dwar inġestjoni aċċidentali minn prodotti tal-konsumatur li jixbhu l-ikel u/jew li għandhom karatteristiċi li jappellaw għat-tfal.
Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE tal- dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew is-sigurtà tal-konsumaturi (ĠU L 192, , p. 49-50)
l-aħħar aġġornament