EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1250

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1250 tat-18 ta' Settembru 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ST/12081/2018/INIT

ĠU L 235, 19.9.2018, p. 21–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/1250/oj

19.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/21

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1250

tat-18 ta' Settembru 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

Fil-11 ta' Settembru 2018 il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) tal-KSNU żied persuna mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BLÜMEL

(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

ANNESS

Il-persuna li ġejja tiżdied mal-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333

“27.

Isem: 1: Ibrahim 2: Saeed 3: Salim 4: Jadhran

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' milizzji armati Data tat-twelid: 1982 Post tat-twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: Libja Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fil-: 11 ta' Settembru 2018. Tagħrif ieħor: isem l-omm Salma Abdula Younis. Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: www.interpol.int/en/notice/search/un/xxxx.

Elenkat skont il-paragrafi 11 (b), 11 (c) u 11 (d) tar-Riżoluzzjoni 2213 (2015); paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017).

Informazzjoni addizzjonali:

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Libja ħareġ mandat ta' arrest kontra l-persuna kkonċernata fejn ġie akkużat li wettaq għadd ta' reati.

Il-persuna kkonċernata wettqet azzjonijiet u attakki bl-armi kontra installazzjonijiet taż-żejt li jinsabu fir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt li kkawżaw il-qerda tiegħu, bl-aħħar wieħed fl-14 ta' Ġunju 2018.

L-attakki fuq ir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt wasslu għal ħafna vittmi fost l-abitanti tar-reġjun u pperikolaw il-ħajja tal-persuni ċivili.

L-attakki b'mod intermittenti waqqfu l-esportazzjonijiet taż-żejt Libjan mill-2013 sal-2018, li wassal għal telf sinifikanti għall-ekonomija Libjana.

Il-persuna kkonċernata pprovat tesporta ż-żejt b'mod illegali.

Il-persuna kkonċernata tirrekluta ġellieda barranin għall-attakki ripetuti tiegħu kontra r-reġjun “tan-nofs qamar taż-żejt”.

Il-persuna kkonċernata, permezz tal-azzjonijiet tiegħu, qed jaħdem kontra l-istabbiltà tal-Libja, u jikkostitwixxi ostakolu għall-partijiet Libjani biex tissolva l-kriżi politika u jiġi implimentat il-Pjan ta' Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.”

Il-persuna li ġejja tiżdied mal-lista fl-Anness III tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333

“27.

Isem: 1: Ibrahim 2: Saeed 3: Salim 4: Jadhran

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' milizzji armati Data tat-twelid: 1982 Post tat-twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: Il-Libja Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fil-: 11 ta' Settembru 2018. Tagħrif ieħor: isem l-omm Salma Abdula Younis. Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: www.interpol.int/en/notice/search/un/xxxx.

Elenkat skont il-paragrafi 11 (b), 11 (c) u 11 (d) tar-Riżoluzzjoni 2213 (2015); paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017).

Informazzjoni addizzjonali:

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Libja ħareġ mandat ta' arrest kontra l-persuna kkonċernata fejn ġie akkużat li wettaq għadd ta' reati.

Il-persuna kkonċernata wettqet azzjonijiet u attakki bl-armi kontra installazzjonijiet taż-żejt li jinsabu fir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt li kkawżaw il-qerda tiegħu, bl-aħħar wieħed fl-14 ta' Ġunju 2018.

L-attakki fuq ir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt waslu għal ħafna vittmi fost l-abitanti tar-reġjun u pperikolaw il-ħajja tal-persuni ċivili.

Top