EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0813

2012/813/UE, Euratom: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Diċembru 2012 Deċiżjoni ta’ emenda 90/178/Euratom, KEE li tawtorizza lill-Lussemburgu biex ma jikkunsidrax ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet u biex juża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9533)

ĠU L 352, 21.12.2012, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/813/oj

21.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/55


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2012

Deċiżjoni ta’ emenda 90/178/Euratom, KEE li tawtorizza lill-Lussemburgu biex ma jikkunsidrax ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet u biex juża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 9533)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2012/813/UE, Euratom)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir tar-riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 370 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), l-Istati Membri li, fl-1 ta’ Jannar 1978, intaxxaw it-tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness X, Parti A, jistgħu jibqgħu jintaxxaw dawk it-tranżazzjonijiet; għandu jittieħed kont ta’ dawn it-tranżazzjonijiet biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi tal-VAT.

(2)

Skont l-Artikolu 371 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri li, fl-1 ta’ Jannar 1978, eżentaw it-tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness X, Parti B, jistgħu jibqgħu jeżentaw dawk it-tranżazzjonijiet, skont il-kundizzjonijiet li japplikaw fl-Istat Membru kkonċernat f’dik id-data; għandu jittieħed kont ta’ dawn it-tranżazzjonijiet biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi tal-VAT.

(3)

Fil-każ tal-Lussemburgu, il-Kummissjoni, fuq il-bażi tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89, adottat id-Deċiżjoni 90/178/Euratom, KEE (3) li tawtorizza lill-Lussembrugu, b’effett mill-1 ta’ Jannar 1989, biex ma jikkunsidrax ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet u biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT.

(4)

Il-Kummissjoni tistieden lill-Lussemburgu biex jivverifika jekk dawk l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-Lussemburgu bl-ebda limitu espliċitu ta’ żmien, kinux għadhomx meħtieġa u biex jikkonferma dan lill-Kummissjoni; Il-Lussemburgu kkonferma li awtorizzazzjoni għall-użu ta’ estimi approssimattivi għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 4 tal-Anness X, il-Parti A tad-Direttiva 2006/112/KE ma kellhiex tintuża.

(5)

Għall-finijiet ta’ kjarifika u trasparenza tar-regoli tal-Komunità, dispożizzjonijiet tal-Unjoni li skadew jew ma baqgħux fis-seħħ għandhom jitneħħew.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 90/178/Euratom, KEE b’dan qed jiġi mħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Janusz LEWANDOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9.

(2)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 99, 19.4.1990, p. 26.


Top