EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0868

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2010 tat- 30 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-melissa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill- 1 ta' Ottubru 2010

OJ L 259, 1.10.2010, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/868/oj

1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 868/2010

tat-30 ta’ Settembru 2010

li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-melissa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, b'rabta ma' l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li jirrigwarda l-iskambji ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2) [traduzzjoni mhux uffiċjali], jipprovdi li l-prezz CIF għall-importazzjoni tal-melissa għandu jitqies bħala l-“prezz rappreżentattiv”. Dan il-prezz huwa ffissat għall-kwalità standard iddefinita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(2)

Biex il-prezzijiet rappreżentattivi jiġu stabbiliti, għandha titqies l-informazzjoni kollha pprovduta fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, għajr fil-każi pprovduti fl-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament u, skond il-każ, dan l-istabbiliment tal-prezzijiet jista' jsir skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Għall-aġġustament tal-prezz li ma jikkonċernax il-kwalità standard, skond il-kwalità tal-melissa offruta, jeħtieġ li jitnaqqsu jew jiżdiedu l-prezzijet skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(4)

Fejn ikun hemm differenza bejn il-prezz inizjali għall-prodott ikkonċernat u l-prezz rappreżentattiv, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni, dejjem jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. Fil-każ li d-dazji fuq l-importazzjoni jiġu sospiżi skond l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, jeħtieġ li jiġu stabbiliti ammonti partikolari għal dawk id-dazji.

(5)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi u d-drittijiet addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati, skond l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.


ANNESS

Prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-melissa fis-settur taz-zokkor, applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju li għandu jiġi applikat fuq l-importazzjoni b'riżultat tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat (1)

1703 10 00  (2)

13,60

0

1703 90 00  (2)

10,92

0


(1)  Skond l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, dan l-ammont jieħu post ir-rata tad-dazju doganali komuni stabbilita għal dawn il-prodotti.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.


Top