EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0126

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/2007 tat- 28 ta' Settembru 2007 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

OJ L 47, 21.2.2008, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 032 P. 69 - 69

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/126(2)/oj

21.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 47/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 126/2007

tat-28 ta' Settembru 2007

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Novembru 2001 li tistabbilixxi l-lista ta' sostanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika ta' l-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE (2) għandha tkuni nkorporata mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 13ca (id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness XX li jinsab mal-Ftehim:

“, kif emendat minn:

32001 D 2455: Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Novembru 2001 (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li ghandu jiġi ppublikat fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-29 ta' Settembru 2007, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 28 ta' Settembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 328, 13.12.2007, p. 42.

(2)  ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.


Top