EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0747

Kawża T-747/21: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2021 – Borussia VfL 1900 Mönchengladbach vs EUIPO – Neng (Fohlenelf)

ĠU C 37, 24.1.2022, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/52


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2021 – Borussia VfL 1900 Mönchengladbach vs EUIPO – Neng (Fohlenelf)

(Kawża T-747/21)

(2022/C 37/68)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Borussia VfL 1900 Mönchengladbach GmbH (Mönchengladbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Kitzberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: David Neng (Brüggen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Fohlenelf” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 246 898

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 2126/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż inkorsi fil-proċedura prekontenzjuża.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 97(1)(d) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top