EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0219

Kawża T-219/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Ferracci vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Taxxa muniċipali fuq il-proprjetajiet immobbli — Eżenzjoni mogħtija lill-istituzzjonijiet mhux kummerċjali li jeżerċitaw attivitajiet speċifiċi — Test uniku ta’ taxxa fuq id-dħul — Eżenzjoni mit-taxxa muniċipali unika — Deċiżjoni li parzjalment tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat u parzjalment tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni — Interess dirett — Ammissibbiltà — Impossibbiltà assoluta ta’ rkupru — Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 — Obbligu ta’ motivazzjoni”)

ĠU C 392, 24.10.2016, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Ferracci vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-219/13) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Taxxa muniċipali fuq il-proprjetajiet immobbli - Eżenzjoni mogħtija lill-istituzzjonijiet mhux kummerċjali li jeżerċitaw attivitajiet speċifiċi - Test uniku ta’ taxxa fuq id-dħul - Eżenzjoni mit-taxxa muniċipali unika - Deċiżjoni li parzjalment tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat u parzjalment tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni - Interess dirett - Ammissibbiltà - Impossibbiltà assoluta ta’ rkupru - Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2016/C 392/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Pietro Ferracci (San Cesareo, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment A. Nucara u E. Gambaro, sussegwentement E. Gambaro avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Di Bucci, G. Conte u D. Grespan, sussegwetement G. Conte, D. Grespan u F. Tomat, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u G. De Bellis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/284/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2012, dwar l-għajnuna mill-istat SA.20829 (C 26/2010, qabel NN 43/2010 (qabel CP 71/2006)) Is-sistema għall-eżenzjoni mill-ICI għal bini [taxxa muniċipali fuq il-proprjetajiet immobbli] li jintuża minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali għal skopijiet speċifiċi li ġiet implimentata mill-Italja (ĠU 2013, L 166, p. 24)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pietro Ferracci huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-intervent tagħha.


(1)  ĠU C 164, 8.6.2013.


Top