EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0108

Kawża C-108/16 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – L-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Paweł Dworzecki (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI — Mandat ta’ arrest Ewropew — Artikolu 4a(1) — Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri — Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni — Raġunijiet għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Eċċezzjonijiet — Eżekuzzjoni obbligatorja — Sentenza mogħtija f’kontumaċja — Kunċetti ta’ “taħrika ta’ persuna” u ta’ “notifika uffiċjali b’mezzi oħra” — Kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni)

ĠU C 260, 18.7.2016, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – L-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Paweł Dworzecki

(Kawża C-108/16 PPU) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI - Mandat ta’ arrest Ewropew - Artikolu 4a(1) - Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri - Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni - Raġunijiet għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Eċċezzjonijiet - Eżekuzzjoni obbligatorja - Sentenza mogħtija f’kontumaċja - Kunċetti ta’ “taħrika ta’ persuna” u ta’ “notifika uffiċjali b’mezzi oħra” - Kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni))

(2016/C 260/16)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Paweł Dworzecki

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4a(1)(a)(i) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri kif emendata mid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjonijiet “ikkonvokata personalment” u kif ukoll “b’mezzi oħra fil-fatt irċeviet informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post skedati ta’ dik il-kawża b’tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hija kienet konxja mill-kawża skedata”, li jinsabu f’din id-dispożizzjoni, huma kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni u għandhom ikollhom interpretazzjoni uniformi fl-Unjoni kollha.

2)

L-Artikolu 4a(1)(a)(i) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584 kif emendata mid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma tissodisfax waħedha l-kundizzjonijiet f’din id-dispożizzjoni, taħrika, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ġiet notifikata mhux direttament lill-persuna kkonċernata iżda ġiet ikkonsenjata, fl-indirizz ta’ dan tal-aħħar, f’idejn persuna adulta residenti fid-dar tagħha li impenjat ruħha li tikkonsenjaha lilha, mingħajr ma l-mandat ta’ arrest Ewropew jippermetti li jiġi żġurat jekk u, f’dan il-każ, meta din il-persuna adulta effettivament ikkonsenjat din it-taħrika lill-persuna kkonċernata.


(1)  ĠU C 156, 02.05.2016.


Top