EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0091

Kawża C-91/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjizi l-Baxxi) – Essent Energie Productie BV vs Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid (Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Artikoli 41(1) tal-Protokoll addizzjonali u 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 — Kamp ta’ applikazzjoni — Introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet ġodda għal-libertà ta’ stabbiliment, għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u għall-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-impjieg — Projbizzjoniᅠ— Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikoli 56 TFUE u 57 TFUE — Kollokament ta’ ħaddiema — Ċittadini ta’ Stati terzi — Rekwiżit ta’ permess ta’ xogħol għall-provvista ta’ ħaddiema)

ĠU C 409, 17.11.2014, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjizi l-Baxxi) – Essent Energie Productie BV vs Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid

(Kawża C-91/13) (1)

((Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Artikoli 41(1) tal-Protokoll addizzjonali u 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 - Kamp ta’ applikazzjoni - Introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet ġodda għal-libertà ta’ stabbiliment, għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u għall-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-impjieg - Projbizzjoni - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikoli 56 TFUE u 57 TFUE - Kollokament ta’ ħaddiema - Ċittadini ta’ Stati terzi - Rekwiżit ta’ permess ta’ xogħol għall-provvista ta’ ħaddiema))

2014/C 409/12

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Essent Energie Productie BV

Konvenuta: Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid

Dispożittiv

L-Artikoli 56 TFUE u 57 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema, meta ħaddiema ċittadini ta’ Stati terzi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, minn impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor, ta’ impriża utenti stabbilita fl-ewwel Stat Membru, li tużahom sabiex twettaq xogħlijiet f’isem impriża oħra stabbilita f’dan l-istess Stat Membru, tali tqegħid għad-dispożizzjoni huwa suġġett għall-kundizzjoni li dawn il-ħaddiema kienu suġġetti għal permess ta’ xogħol.


(1)  ĠU C 147, 25.5.2013


Top