EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0507

Kawża T-507/14: Rikors ippreżentat fl- 1 ta’ Lulju 2014 – Vidmar et vs L-Unjoni Ewropea

OJ C 303, 8.9.2014, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/46


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2014 – Vidmar et vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża T-507/14)

2014/C 303/54

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Partijiet

Rikorrenti: Vedran Vidmar (Żagreb, il-Kroazja); Saša Čaldarević (Żagreb); Irena Glogovšek (Żagreb); Gordana Grancarić (Żagreb); Martina Grgec (Żagreb); Ines Grubišić (Vranjic, il-Kroazja); Sunčica Horvat Peris (Karlovac, il-Kroazja); Zlatko Ilak (Samobor, il-Kroazja); Mirjana Jelavić (Virovitica, il-Kroazja); Romuald Kantoci (Pregrada, il-Kroazja); Svjetlana Klobučar (Żagreb); Ivan Kobaš (Županja, il-Kroazja); Zlatko Kovačić (Sesvete, il-Kroazja); Tihana Kušeta Šerić (Split, il-Kroazja); Damir Lemaić (Żagreb); Željko Ljubičić (Solin, il-Kroazja); Gordana Mahovac (Nova Gradiška, il-Kroazja); Martina Majcen (Krapina, il-Kroazja); Višnja Merdžo (Rijeka, il-Kroazja); Tomislav Perić (Żagreb); Darko Radić (Żagreb); Damjan Saridžić (Żagreb); Darko Graf (Żagreb) (rappreżentant: D. Graf, avukat)

Konvenuta: L-Unjoni Ewropea

Talbiet

permezz ta’ sentenza interlokutorja, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tikkumpensa, abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-dannu patrimonjali kollu subit mir-rikorrenti kollha matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u l-bidu tal-attività tagħhom bħala uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni Kroati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36(1) u tal-punt 1 tal-Anness VII tal-Att ta’ Adeżjoni, li huma legalment vinkolanti għat-28 pajjiż firmatarji kollha tat-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, tad-9 ta’ Diċembru 2011, kif ukoll għall-Kummissjoni Ewropea, peress li dan id-dannu jirriżulta mill-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ma eżerċitatx is-setgħat ta’ kontroll tagħha (monitoring) li ġew mogħtija lilha mill-Artikolu 36(1) u (2) tal-Att ta’ Adeżjoni, sabiex tiżgura li r-Repubblika tal-Kroazja twettaq l-impenn tagħha li tiżgura li l-uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni Kroati jistgħu jibdew jeżerċitaw mill-1 ta’ Jannar 2012, impenn li ttieħed matul negozjati relatati mal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-Kapitolu 23 – Drittijiet ġudizzjarji u fundamentali u li ġie stabbilit fil-punt (1) tal-Anness VII tal-Att ta’ Adeżjoni, “Impenji speċifiċi meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja fin-negozjati tal-adeżjoni” li jipprevedi: “1. Li tkompli tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha għar-Riforma Ġudizzjarja”;

tissospendi t-trattazzjoni fuq l-ammont tad-dannu patrimonjali kollu li r-rikorrenti jitolbu l-kumpens tiegħu mill-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ dan ir-rikors sal-mument meta s-sentenza interlokutorja msemmija fl-ewwel inċiż ta’ dawn it-talbiet tkun saret res judicata;

meta s-sentenza interlokutorja msemmija fl-ewwel inċiż ta’ dawn it-talbiet tkun saret res judicata u wara l-għeluq tat-trattazzjoni u tal-istruttorja f’dak li jikkonċerna d-determinazzjoni tal-ammont tad-dannu patrimonjali kollu li r-rikorrenti jitolbu l-kumpens tiegħu fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tikkumpensa lil kull wieħed mir-rikorrenti d-dannu patrimonjali li huwa ssubixxa mill-fatt tan-nuqqas illegali tal-Kummissjoni Ewropea li ġie deskritt fl-ewwel inċiż ta’ dawn it-talbiet, jiġifieri t-telf subit kollu (damnum emergens) u l-qligħ mitluf kollu (lucrum cessans) mir-rikorrenti matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u d-data li fiha l-Qorti Ġenerali ser tindirizza l-mistoqsijiet tagħha lill-Ministeri tal-Finanzi u tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja, għal ammont ta’ EUR 6 00  000 għal kull sena kalendarja u għal kull rikorrent, miżjud b’interessi moratorji bir-rata ta’ 12 % fis-sena, li japplika:

mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-ġbir tal-kumpens tat-telf subit kollu,

mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-ġbir tal-kumpens tal-qligħ mitluf kollu mir-rikorrenti matul is-sena 2012,

mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-ġbir tal-kumpens tal-qligħ mitluf kollu mir-rikorrenti matul is-sena 2013,

mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-ġbir tal-kumpens tal-qligħ mitluf kollu mir-rikorrenti matul is-sena 2014;

meta s-sentenza interlokutorja msemmija fl-ewwel inċiż ta’ dawn it-talbiet tkun saret res judicata u wara l-għeluq tat-trattazzjoni u l-kisba ta’ provi suffiċjenti f’dak li jikkonċerna l-ammont mitlub f’dan il-każ, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha sostnuti minn kull wieħed mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw motivi li huma essenzjalment identiċi għal dawk li ġew invokati fil-kuntest tal-Kawża T-109/14, Škugor et vs L-Unjoni Ewropea (1).


(1)  JO C 142, p. 38.


Top