EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0231

Kawżi magħquda T-231/06 u T-237/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Pajjiżi Baxxi vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Servizz pubbliku tax-xandir — Miżuri meħuda mill-awtoritajiet Olandiżi — Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni — Għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ impriża — Kumpens żejjed għall-ispejjeż tal-missjoni ta’ servizz pubbliku — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża” )

ĠU C 38, 5.2.2011, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Pajjiżi Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-231/06 u T-237/06) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Servizz pubbliku tax-xandir - Miżuri meħuda mill-awtoritajiet Olandiżi - Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni - Għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ impriża - Kumpens żejjed għall-ispejjeż tal-missjoni ta’ servizz pubbliku - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża)

2011/C 38/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi Baxxi (rappreżentanti: H. Sevenster u M. de Grave, aġenti) (Kawża T-231/06); u Nederlandse Omroep Stichting (NOS) (Hilversum, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. Feenstra u H. Speyart van Woerden, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan et H. van Vliet, aġenti)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/136/KE, tat-22 ta’ Ġunju 2006, dwar il-finanzjament ad hoc tax-xandara tas-servizz pubbliku Olandiż Għajnuna tal-Istat Nru C 2/2004 (ex NN 170/2003) (ĠU 2008, L 49, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Fil-Kawża T-231/06, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Fil-Kawża T-237/06, in-Nederlandse Omroep Stichting (NOS) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 261, 28.10.2006.


Top