This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Id-Direttiva 2002/65/KE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur
Din tistabilixxi regoli komuni għat-tqegħid fis-suq ta’ servizzi finanzjarji minn fornituri lil konsumaturi fl-Unjoni Ewropea (UE), sabiex ittejjeb il-protezzjoni tal-konsumaturi.
Kamp ta’ applikazzjoni
Id-direttiva tkopri s-servizzi finanzjarji kollha, inklużi karti tal-kreditu, fondi ta’ investiment, assigurazzjoni u pjanijiet personali ta’ pensjoni li jistgħu jinbiegħu lil konsumaturi permezz ta’ kanali ta’ bejgħ mill-bogħod bħal bit-telefown, fax u l-internet.
Id-direttiva tiggarantixxi l-protezzjoni tal-konsumatur, inkluż:
Id-direttiva dwar id-drittjiet tal-konsumatur — Direttiva 2011/83/UE (ara s-sommarju) — tirregola l-bejgħ mill-bogħod għal konsumaturi tal-prodotti u servizzi oħra kollha mhux finanzjarji, u tħassar id-Direttiva 97/7/KE.
Rieżami tad-Direttiva
Ir-rieżami tad-direttiva kien inkluż fil-programm ta’ ħidma 2020 tal-Kummissjoni (Anness II — inizjattivi REFIT, “Spinta ġdida għad-Demokrazija Ewropea”). Evalwazzjoni tad-direttiva kienet ippubblikata wkoll fl-2020.
Revoka
Id-Direttiva 2002/65/KE ser tkun imħassra minn Direttiva (UE) 2023/2673 mid-19 ta’ Ġunju 2026.
Din ilha tapplika mid-9 ta’ Ottubru 2002 u kellha ssir liġi fl-Istati Membri sad-9 ta’ Ottubru 2004.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 90/619/KEE u direttiva 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, pp. 16–24).
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2002/65/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għall-finijiet ta’ referenza.
Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, pp. 64–88).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lil Kunsill u lil Parliament Ewropew — Rieżami tad-Direttiva (2002/65/KE) rigward it-tqegħid fis-suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur (COM(2009) 626 finali tal-20.11.2009).
l-aħħar aġġornament 08.12.2023