EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-protezzjoni tal-konsumaturi

Il-politika tal-konsumatur tal-UE (Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)) tipprova tipproteġi s-saħħa, sigurtà u interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, u tippromwovi d-dritt tagħhom għal informazzjoni, għal edukazzjoni u biex jorganizzaw lilhom infushom biex jipproteġu l-interessi tagħhom. Artikolu 12 tat-TFUE jirrikjedi ukoll li l-protezzjoni tal-konsumatur tiġi kkunsidrata meta jkunu definiti politiki oħra tal-Unjoni Ewopea (UE).

Il-politika dwar il-konsumatur hi responsabbiltà maqsuma bejn l-UE u l-Istati Membri tal-UE. Taħt Artikolu 114 tat-TFUE, deċiżjonijiet ibbażati fuq miżuri biex japprossimaw (jalinjaw) il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar il-konsumatur jkunu deċiżi bl-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

F’ċerti ċirkostanzi, Stat Membru jista’ jżomm jew jintroduċi miżuri dwar il-protezzjoni tal-konsumatur aktar stretti minn dawk stabbiliti mill-UE diment li jkunu kompatibbli mat-trattat u l-leġiżlazzjoni tal-UE u diment li l-Kummissjoni Ewropea tkun innotifikata dwar dan.

ARA WKOLL

Top