This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Il-konvenzjoni tapplika għas-sigurtà ta’ impjanti tal-enerġija nukleari ċivili fissi inklużi faċilitajiet għall-ħżin, il-ġestjoni u t-trattament ta’ materjali radjuattivi li jinsabu fl-istess sit u li huma direttament relatati mat-tħaddim tal-impjant tal-enerġija nukleari.
Il-partijiet jiltaqgħu mill-inqas darba kull 3 snin. Il-Kummissjoni Ewropea tirrappreżenta l-Euratom f’dawn il-laqgħat fejn il-partijiet jirrappurtaw dwar il-miżuri li jkunu ħadu biex jissodisfaw l-obbligi tat-trattat. L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) tipprovdi s-segretarjat għall-konvenzjoni.
Il-konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Il-Konvenzjoni dwar is-sigurtà nukleari — Dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30(4)(iii) tal-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (ĠU l 318, , pp. 21-30)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/819/Euratom tas- dwar l-adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-1994 dwar is-Sigurtà Nukleari mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) (ĠU l 318, , p. 20)
L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 1999/819//Euratom ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss għal skopijiet ta’ referenza.
l-aħħar aġġornament