Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018JC0017

    KOMUNIKAZZJONI KONĠUNTA LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Elementi lejn strateġija tal-UE kontra l-armi tan-nar, armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti u l-munizzjoni tagħhom "Aktar sigurtà fuq l-armi biex nipproteġu liċ-ċittadini"

    JOIN/2018/17 final

    Brussell, 13.6.2018

    JOIN(2018) 17 final

    KOMUNIKAZZJONI KONĠUNTA LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    Elementi lejn strateġija tal-UE kontra l-armi tan-nar, armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti u l-munizzjoni tagħhom
    "Aktar sigurtà fuq l-armi biex nipproteġu liċ-ċittadini"


    1.Introduzzjoni

    Armi tan-nar u armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW - small arms and light weapons) illeċiti qed ikomplu jikkontribwixxu għall-instabbiltà u l-vjolenza fl-Unjoni Ewropea, fil-viċinat immedjat tagħha, u fil-bqija tad-dinja. L-armi illeċiti qed jistimulaw it-terroriżmu u l-kunflitti madwar id-dinja, ifixklu l-iżvilupp u l-ġestjoni talkriżijiet tal-UE, kif ukoll sforzi umanitarji u ta’ stabilizzazzjoni f’partijiet fil-viċinat tal-UE u fl-Afrika. Fi ħdan l-UE, l-armi tan-nar illeċiti għandhom impatt ċar fuq is-sigurtà interna, billi jistimulaw il-kriminalità organizzata u jipprovdu lit-terroristi bil-mezzi biex iwettqu attakki fit-territorju Ewropew.

    Ir-rapport tal-2016 tas-Segretarju Ġenerali tanNazzjonijiet Uniti dwar il-kummerċ illeċitu f’armi ħfief u ta’ kalibru żgħir fl-aspetti kollha tiegħu 1 stqarr li l-għadd ta’ gwerer ċivili fid-dinja ttripla fid-deċenju preċedenti. Il-kunflitt armat, ħafna drabi stimulat mill-proliferazzjoni ta’ SALW illeċiti, huwa fattur ewlieni li jċaħħad lil kważi 800 miljun persuna minn biżżejjed ikel.

    L-armi tan-nar illeċiti jiffaċilitaw it-traffikar tad-drogi u tal-bnedmin permezz tal-intimidazzjoni u l-isfurzar, jistimulaw il-kunflitti għat-territorju bejn il-gangs urbani u jagħtu s-saħħa lit-terroristi. Attakki terroristiċi fl-Ewropa wrew ir-rabta bejn il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, b’mod partikolari fit-traffikar tal-armi tan-nar, u huma indikatur ċar ta’ theddida multidimensjonali li tinvolvi diversi oqsma ta’ kriminalità. Il-valutazzjoni tat-theddid gravi tal-kriminalità organizzata (SOCTA - Serious and organised crime threat assessment) 2 tal-2017 tal-Europol innotat li attakki terroristiċi riċenti kemm fl-UE u kemm f’postijiet oħra, imwettqa minn terroristi ġiħadisti li użaw armi tan-nar ittraffikati, kienu wrew il-konsegwenzi letali ta’ dan il-kummerċ illeċitu.

    Fl-2005, il-Kunsill Ewropew adotta l-istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti ta’ SALW u l-munizzjon tagħhom 3 b’appoġġ għall-Programm tal-Azzjoni tan-NU għall-prevenzjoni, il-ġlieda kontra u l-qerda tal-kummerċ illeċitu tal-armi ħfief u ta’ kalibru żgħir fl-aspetti kollha tiegħu, kif adottat fl-20 ta’ Lulju 2001 4 . L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Kummissjoni tal-2015 5 identifikat it-traffikar illeċitu ta' armi tan-nar bħala waħda mill-prijoritajiet taħt l-objettiv ġenerali li jxekklu l-attivitajiet ta’ terroristi u organizzazzjonijiet kriminali serja. Din kienet segwita minn pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra t-traffikar u l-użu illeċitu tal-armi tan-nar u l-isplussivi 6 u reviżjoni tal-qafas regolatorju tal-Unjoni dwar l-akkwist u l-pussess legali tal-armi tan-nar 7 .

    Sabiex jissaħħu fuq livell internazzjonali l-prevenzjoni, il-ġlieda kontra u l-qerda tal-kummerċ illeċitu f’SALW fl-aspetti kollha tiegħu, din il-Komunikazzjoni Konġunta mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tippreżenta elementi għal strateġija riveduta għas-SALW, li tikkunsidra l-kuntest ta’ sigurtà li qed jevolvi, il-prinċipji ta’ gwida għall-Istrateġija Globali tal-UE tal-2016, 8 żviluppi fil-kontroll tal-armi konvenzjonali (bħad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (TKA) f’Diċembru 2014) 9 u azzjonijiet fi ħdan l-UE li jimplimentaw l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà tal-2015, sabiex isir progress lejn Unjoni ta’ Sigurtà ġenwina u effettiva.

    L-għan ta’ strateġija riveduta huwa li tiggwida azzjoni Ewropea integrata, kollettiva u kkoordinata biex tipprevjeni u trażżan SALW illeċiti u l-munizzjon tagħhom minn terroristi, kriminali u atturi oħra li mhumiex awtorizzati, u li tippromwovi l-akkontabilità u r-responsabbiltà fir-rigward tal-kummerċ fl-armi legali.

    Filwaqt li l-kummerċ fl-armi tan-nar ċivili huwa rregolat fil-livell tal-UE 10 , l-Istati Membri jallinjaw il-pożizzjonijiet tagħhom dwar l-esport ta’ SALW, bħala materjali tal-gwerra, taħt il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) 11 . Id-distinzjoni legali bejn armi tan-nar ċivili u ta’ kwalità militari ssir irrelevanti ladarba jiġu ddevjati għal ċirkolazzjoni illegali. Sabiex din it-theddida tiġi indirizzata b’mod komprensiv, din il-Komunikazzjoni tkopri kemm armi tan-nar ċivili u kemm dawk ta’ grad militari.

    L-armi militari għandhom rwol indispensabbli fil-preservazzjoni tas-sigurtà, il-libertà u l-paċi, sakemm jintużaw skont il-Liġi Internazzjonali, inkluż il-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Liġi Umanitarja Internazzjonali. Fl-istess ħin, armi tal-gwerra huma min-natura tagħhom kapaċi jikkaġunaw mewt u qerda. Din l-ambivalenza tfisser li l-gvernijiet li jikkontrollaw dawn l-armi jeħtieġ li jiżguraw li l-kummerċ tagħhom isir b’mod responsabbli u akkontabbli, u għandhom jipprevjenu d-devjazzjoni tagħhom għal għand it-terroristi, il-kriminali u utenti oħrajn mhux awtorizzati li jiksru embargoes fuq l-armi u ftehimiet tal-utenti aħħarin.

    Għall-fini ta’ din il-Komunikazzjoni, it-terminu ‘SALW’ 12 jintuża meta ssuġġett ikun armi ta’ grad militari u t-terminu ‘armi tan-nar’ 13 jintuża b’mod espliċitu biex jinkludi armi tan-nar ċivili.

    2.Il-ġlieda kontra armi tan-nar u SALW illeċiti: objettivi u azzjonijiet

    Il-ġlieda effettiva kontra l-manifattura, devjazzjoni, kummerċ u traffikar illeċiti ta’ armi tan-nar/SALW u l-munizzjon tagħhom teħtieġ it-twaqqif ta’ normi u regoli, implimentazzjoni, infurzar u komunikazzjoni minn aġenziji tal-gvern u atturi nazzjonali, reġjonali u globali. Din teħtieġ azzjoni li tindirizza l-fażijiet kolla fiċ-ċiklu talħajja tal-armi tan-nar/SALW u l-munizzjonijiet tagħhom: il-manifattura, l-esportazzjoni, il-ħażna u r-rimi.

    F’konformità mal-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji tagħha 14 , kif ukoll l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà, l-UE qed tipprova tippreserva u tipproteġi ambjent ta’ paċi u sigurtà għaċ-ċittadini tagħha, u tappoġġja s-sigurtà u trawwem l-iżvilupp fil-viċinat tagħha u fil-bqija tad-dinja. Għal dan l-għan, din l-istrateġija hija ggwidata mill-prinċipji li ġejjin:

    ·unità – approċċ magħqud u kkoordinat madwar il-politiki esterni, bejn l-Istati Membri u l-UE, u bejn politiki interni u esterni;

    ·promozzjoni tal-kooperazzjoni u s-sħubija fil-livelli kollha;

    ·tittieħed responsabbiltà f’relazzjoni ma’ reġjuni ta’ prijorità, speċjalment dawk li x’aktarx se jkunu ta’ theddida għas-sigurtà tal-UE u l-iżjed li hemm ċans li jibbenifikaw minn azzjoni tal-UE;

    ·promozzjoni ta’ ordni kooperattiva globali bbażata fuq ir-regoli bil-multilateraliżmu bħala l-prinċipju ewlieni tagħha u n-NU fil-qalba tagħha, ibbażata fuq ir-rispett għal-Liġi Internazzjonali, inkluż il-Liġi tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Liġi Umanitarja Internazzjonali, bl-għan li tinħoloq dinja ta’ paċi u sostenibbli; u

    ·inkorporazzjoni ta’ aspetti tal-ġeneru u tad-diversità fi proġetti u azzjonijiet ta’ kontroll ta’ SALW.

    2.1    It-tisħiħ tal-qafas normattiv għat-trażżin ta’ armi tan-nar u SALW illeċiti

    2.1.1.    Il-Programm ta’ Azzjoni tan-NU dwar is-SALW u l-Istrument Internazzjonali ta’ Rinraċċar

    Il-Programm ta’ Azzjoni tan-NU dwar is-SALW (NU PoA) 15 qed ikompli jipprovdi strument komprensiv bħala l-unika qafas universali li jlaħħaq mat-theddida li jġibu magħhom SALW illeċiti. L-Istrument Internazzjonali ta’ Rintraċċar (ITI) 16 huwa strument li jorbot politikament li jiddeskrivi r-rekwiżiti u jipprovdi standard globali dwar l-immarkar, iż-żamma ta’ rekords, u r-rintraċċar ta’ SALW. L-objettiv ewlieni tal-istrateġija riveduta tal-UE jibqa’ l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tan-NU PoA u l-ITI fil-livelli nazzjonali, reġjonali u globali. Għalhekk din il-Komunikazzjoni tressaq miżuri biex itejbu l-implimentazzjoni tan-NU PoA fil-livelli nazzjonali u reġjonali fl-UE. Tipproponi wkoll kooperazzjoni u assistenza f’reġjuni oħrajn fid-dinja u fil-livell globali.

    Azzjoni:

    ·L-UE se tkompli tappoġġa l-kooperazzjoni u l-assistenza għall-implimentazzjoni tan-NU PoA, b’attenzjoni fuq il-kooperazzjoni reġjonali, u tipparteċipa fil-koordinazzjoni u tappoġġaha ma’ donaturi oħra. Dan l-appoġġ jinkludi l-ġbir u l-qerda ta’ SALW u munizzjon żejda, sigurtà fiżika u ġestjoni tal-ħażna ta’ SALW u munizzjoni, żvilupp tal-kapaċità għall-immarkar, żamma ta’ rekords u rintraċċar, żvilupp tal-kapaċità għall-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi, żvilupp tal-kapaċità għall-infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu, appoġġ għal monitoraġġ ta’ embargoes u rintraċċar ta’ armi ddevjati.

    Il-passi li jmiss:

    ·Taħt in-NU PoA, proġetti ġodda se jqisu analiżi u evalwazzjoni komprensiva, mir-Rappreżentant Għoli, tal-impatt u l-effettività ta’ proġetti ta’ kontroll ta’ SALW taħt l-istrateġija ta’ SALW tal-2005 bejn l-2005 u l-2017.

    2.1.2    Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi

    It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (TKA) 17 jistabbilixxi l-ogħla standards internazzjonali possibbli għar-regolamentazzjoni jew għat-titjib tar-regolamentazzjoni tal-kummerċ internazzjonali fl-armi konvenzjonali (inklużi SALW) u għandu l-għan li jipprevjeni u jeradika l-kummerċ illeċitu tal-armi konvenzjonali u li jipprevjeni d-devjazzjoni tagħhom.

    Azzjoni:

    ·Il-Kunsill huwa mistieden ikompli jappoġġja l-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tat-TKA.

    2.1.3    Il-Protokoll tal-Armi tan-Nar tan-NU

    L-għan tal-Protokoll tal-Armi tan-Nar tan-NU 18 huwa li jiffaċilita u jsaħħaħ il-kooperazzjoni sabiex tipprevjeni, tiġġieled kontra u teqred il-manifattura illeċita u t-traffikar tal-armi tan-nar. Il-Kummissjoni nnegozjat u ffirmat il-protokoll f’isem l-UE fl-2002. Wara li adottat regoli aktar b’saħħithom dwar it-trasferimenti ta’ armi tan-nar ċivili kemm fl-Unjoni kif ukoll f’postijiet oħra, l-UE setgħet tirratifikah fl-2014 19 .

    Azzjoni:

    ·L-UE se tkompli tappoġġja l-implimentazzjoni tal-protokoll tan-NU dwar l-armi tan-nar u l-mekkaniżmu ta’ valutazzjoni tiegħu, u ssaħħaħ il-kapaċità ta’ pajjiżi msieħba u tas-subreġjuni biex jimplimentaw kontrolli effettivi tal-armi tan-nar skont il-protokoll. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ssejjaħ lil-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ ir-Rakkomandazzjoni tagħha tas-17 ta’ April 2018 dwar passi immedjati biex titjieb is-sigurtà tal-miżuri ta’ esportazzjoni, importazzjoni u tranżitu tal-armi tan-nar għall-użu ċivili, il-partijiet u l-komponenti essenzjali tagħhom u l-munizzjon 20 .

    2.1.4    Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU

    Il-firxa illeċita u mhux ikkontrollata ta’ SALW thedded li tistimula u ttawwal il-kunflitti armati u l-vjolenza armata, b’effetti avversi fuq il-governanza tajba, il-liġi u l-ordni, l-aċċess għall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, il-ġustizzja u drittijiet ċivili oħra. Ir-rabtiet bejn il-vjolenza armata, il-kunflitt, u l-iżvilupp ħażin huma stabbiliti sew. Bil-mira 16.4 tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU (SDGs - Sustainable Development Goals)  21 l-istati kkommettew ruħhom li, sal-2030, inaqqsu b’mod sinifikanti l-flussi illeċiti ta’ finanzi u armi, isaħħu l-irkupru u r-ritorn ta’ assi misruqa u jiġġieldu kontra kull forma ta’ kriminalità organizzata. Għalhekk, l-istrateġija għandha timmira li ttaffi u tipprevjeni effetti negattivi fuq l-iżvilupp sostenibbli mill-kummerċ illeċitu f’SALW u l-munizzjon tagħhom.

    Azzjoni:

    ·L-UE se tikkontribwixxi għall-isforz biex jinkisbu l-SDGs tan-NU, inkluż SDG 16.4 (tnaqqis sinifikanti fi flussi ta’ armi illeċiti sal-2030), billi tgħin lill-istati u r-reġjuni jifformulaw u jimplimentaw indikaturi nazzjonali u reġjonali.

    2.1.5    Normi aktar b’saħħithom tal-UE

    Minbarra n-normi eżistenti tal-UE, il-Kunsill huwa mistieden jikkunsidra deċiżjoni ġdida, inkluż it-titjib tat-traċċabilità ta’ SALW, biex itejjeb id-dokumentazzjoni tal-użu aħħari fil-kontroll tal-esportazzjoni ta’ SALW u biex jiskambja informazzjoni dwar id-devjazzjoni. L-UE se tkompli wkoll tipproponi klawsola standard dwar il-kontroll ta’ SALW fil-ftehimiet ta’ sħubija u kummerċ tagħha ma’ pajjiżi oħra. Il-klawsola tista’ tiġi aġġornata skont l-istrateġija l-ġdida.

    Azzjoni:

    ·L-UE se tkompli tintroduċi klawsola standard dwar ilkontroll ta’ SALW fi ftehimiet ta’ sħubija u ta’ kummerċ ma’ pajjiżi oħra.

    Il-passi li jmiss:

    ·Il-Kunsill huwa mistieden jikkunsidra deċiżjoni dwar l-immarkar tas-SALW kollha biex itejjeb it-traċċabilità; u

    ·Il-Kummissjoni, kif meħtieġ mid-Direttiva 91/477/KEE 22 , se tadotta Att Delegat dwar l-iskambju, permezz ta’ mezzi elettroniċi, ta’ informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet għat-trasferiment ta’ armi tan-nar ċivili għal Stat Membru ieħor, u se tistabbilixxi sistema elettronika li fiha l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu skambju ta’ tali informazzjoni.

    2.2    Implimentazzjoni ta’ normi fil-fażijiet differenti taċ-ċiklu talħajja ta’ armi tan-nar/SALW

    2.2.1    Kontroll fuq il-manifattura ta’ armi tan-nar u SALW

    Fl-UE, il-manifattura ta’ armi tan-nar u SALW, tal-partijiet, tal-aċċessorji u tal-munizzjon tagħhom hija ferm irregolata u r-regoli li jirregolaw il-ħażna ta’ SALW u tal-munizzjon tagħhom huma maħsuba biex jimminimizzaw ir-riskji ta’ devjazzjoni.

    Żviluppi fid-diżinn ta’ armi tan-nar u SALW, bħaż-żieda fl-użu ta’ strutturi magħmulin mill-polimers u r-riskju ta’ diżinn modulari li jdgħajjef l-Istrument Internazzjonali ta’ Rintraċċar (ITI - International Tracing Instrument) li huwa l-istandard globali dwar l-immarkar ta’ SALW. Jenħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġi aġġornat l-ITI fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi.

    L-UE tħeġġeġ u tappoġġja r-riċerka u l-iżvilupp dwar it-teknoloġija u l-karatteristiċi ta’ diżinn li għandhom l-għan li jtaffu r-riskju ta’ devjazzjoni, traffikar u użu mhux awtorizzat ta’ armi tan-nar u SALW u munizzjon. Hija tippromwovi l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda għal ġestjoni tal-ħażna, kontroll tal-użu, immarkar, itteggjar, żamma tarrekords u rintraċċar aktar effettivi ta’ SALW.

    Azzjonijiet:

    ·L-UE se tkompli tindirizza l-manifattura illeċita ta’ armi tan-nar u munizzjon. Il-metodi tal-manifattura illeċita qegħdin jevolvu b’mod permanenti u jistgħu jiġu ffaċilitati permezz tal-użu ta’ partijiet li huma stampati 3D. Dawn jinkludu l-attivazzjoni mill-ġdid illeċita ta’ armi tan-nar iddiżattivati, produzzjoni artiġjanali u l-konverżjoni illeċita ta’ pistoli li jintużaw għall-allarm jew biex jagħtu sinjal ddiżinjati għal munizzjon inbjank jew pistoli flobert, il-konverżjoni illeċita ta’ munizzjon u l-użu illeċitu ta’ għodod ta’ kkargar mill-ġdid. Il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-Att ta’ Implimentazzjoni futur tagħha li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għal armi ta’ sinjal ta’ allarm għall-applikazzjoni tad-Direttiva 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess tal-armi 23 ; u

    ·Peress li l-immarkar u ż-żamma tar-rekords kompleti huma essenzjali għar-rintraċċar b’suċċess, l-UE se tkompli tappoġġja l-implimentazzjoni sħiħa tal-Istrument Internazzjonali ta’ rintraċċar (ITI).

    Il-passi li jmiss:

    ·Fil-livell globali, biex tiġi ppreservata u miżjuda l-effettività tal-ITI, l-UE u l-Istati Membri tagħha se jieħdu azzjoni billi jipproponu li jikkunsidraw anness għall-ITI fid-dawl tal-iżviluppi fid-diżinn ta’ SALW, bħal arkitettura modulari u strutturi magħmula mill-polimers; u

    ·L-UE se tagħmel użu mill-istrumenti rilevanti biex tappoġġja r-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tat-teknoloġija affidabbli u kosteffikaċi biex is-SALW u lmunizzjon tagħhom jinżammu taħt sigurtà.u jittaffa r-riskju ta’ devjazzjoni.

    2.2.2    Kontrolli fuq l-esportazzjoni ta’ SALW u tal-munizzjon tagħhom

    L-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġjaw l-implimentazzjoni u l-universalizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi. Filwaqt li tibni fuq l-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, l-UE tiġġieled kontra d-devjazzjoni billi tappoġġja l-kapaċitajiet għall-identifikazzjoni ta’ punti ta’ devjazzjoni permezz ta’ rintraċċar, użu aħjar ta’ sistemi ta’ skambju tal-informazzjoni u billi jittaffa r-riskju ta’ aktar devjazzjoni billi titwaqqaf il-provvista lil devjaturi identifikati fil-qafas tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi.

    Is-senserija mhux irregolata tibqa’ sors ta’ devjazzjoni ta’ SALW. In-natura transnazzjonali ta’ attivitajiet ta’ senserija teħtieġ kooperazzjoni internazzjonali.

    Azzjonijiet:

    ·L-UE se tkompli tippromwovi kontroll tal-esportazzjoni tal-armi responsabbli u effettiv fil-viċinat tal-UE, skont ilPożizzjoni Komuni 2008/944/PESK għal armi ta’ grad militari u r-Regolament (UE) Nru 258/2012 għal armi tan-nar ċivili; u

    ·Ir-Rappreżentant Għoli u l-Istati Membri se jiżguraw l-implimentazzjoni tajba u sħiħa tal-Pożiżżjoni Komuni 2003/468/PESK dwar is-senserija fil-bejgħ tal-armi

    Il-passi li jmiss:

    ·Il-Kummissjoni tkompli timmonitorja s-sistema tal-UE u l-ħtieġa għal titjibiet possibbli għall-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni u l-miżuri ta’ importazzjoni u ta’ tranżitu għal armi tan-nar ċivili, il-partijiet, il-komponenti u l-munizzjon tagħhom, kif indikat fir-rapport adottat mill-Kummissjoni fit-12 ta’ Diċembru 2017 24 ;

    ·Il-Kunsill huwa mistieden jikkunsidra deċiżjoni dwar ċertifikati ta’ utenti aħħarin għal esportazzjonijiet ta’ SALW, li tqis il-ħidma tal-OSKE f’dan ir-rigward;

    ·Bi ftehim mal-Istati Membri, is-SEAE se jżid il-kapaċità tas-sistema onlajn COARM 25 għall-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti għal finijiet ta’ valutazzjoni tar-riskju tad-devjazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-Istati Membri fil-kuntest tal-liċenzjar għall-esportazzjoni, waqt li jqis il-livell ta’ sigurtà tas-sistema u tal-informazzjoni;

    ·Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni limitat tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ April 2018 26 , fil-valutazzjoni tar-riskju qabel ma tingħata liċenzja għall-esportazzjoni ta’ SALW u munizzjon, l-Istati Membri se jqisu r-rekord ta’ devjazzjoni tar-riċevituri u l-intermedjarji intenzjonati; u

    ·Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni limitat tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ April 2018, l-Istati Membri huma mistiedna jużaw is-sistema Ewropea ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali (ECRIS) u s-sistema futura ECRIS-TCN (ċittadini ta’ pajjiżi terzi) biex jiżguraw li informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar entitajiet/persuni kkundannati għal traffikar ta’ armi tkun disponibbli għal awtoritajiet tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi għall-użu fil-valutazzjoni tar-riskju tagħhom għall-applikazzjoni għal liċenzja għal teknoloġija u tagħmir militari.

    2.2.3    Ġestjoni sigura tal-ħażna ta’ SALW u l-munizzjon

    Il-ġestjoni sigura ta’ ħażniet nazzjonali ta’ armi żgħar u l-munizzjon hija strumentali fit-trażżin tal-proliferazzjoni illeċita. Sigurtà batuta tal-ħażna hija fattur ewlieni li jippermetti d-devjazzjoni ta’ armi u munizzjon minn swieq leċiti għal swieq illeċiti. Is-sigurtà tal-ħażna hija speċjalment prekarja fi stati affettwati minn kunflitt vjolenti jew governanza dgħajfa.

    Azzjonijiet:

    ·L-UE u l-Istati Membri tagħha se jkomplu jgħinu lil pajjiżi oħra jtejbu l-ġestjoni u s-sigurtà tal-ħażniet tal-istat billi jsaħħu l-oqfsa leġiżlattivi u amministrattivi nazzjonali u l-istituzzjonijiet li jirregolaw il-provvista leġittima u l-ġestjoni tal-ħażna ta’ SALW u munizzjon għall-forzi tad-difiża u tas-sigurtà, b’attenzjoni partikolari fuq l-immarkar u ż-żamma tar-rekords; u

    ·L-UE se tippromwovi u timplimenta standards u prattiki tajbin għall-ġestjoni ta’ armi żgħar (standards internazzjonali ta’ kontroll ta’ armi żgħar (ISACSs)) u munizzjon (linji gwidi internazzjonali tekniċi tal-munizzjon (IATGs)).

    2.2.4    Rimi responsabbli ta’ SALW u l-munizzjon tagħhom

    Ammonti żejda ta’ SALW u munizzjon jirriżultaw meta l-ħażniet jaqbżu l-ħtiġijiet immedjati u dawk imbassra. Barra minn hekk, l-armi illeċiti li jkunu sekwestrati jew jinġabru fil-kuntest ta' kampanji tal-ġbir jew diżarm volontarji, kampanji ta’ demobilizzazzjoni u integrazzjoni mill-ġdid ħafna drabi jispiċċaw f’ħażniet. L-unika mod kif jiġi eliminat ir-riskju li dawn l-ammonti żejda jiġu ddevjati huwa li jintremew b’mod responsabbli, preferibbilment billi jinqerdu għaliex id-diżattivazzjoni tista’ tkun riversibbli jekk ma titwettaqx skont standards xierqa. Qabel jinqerdu armi tan-nar sekwestrati u miġbura, l-immarkar tagħhom għandu jiġi rrekordjat sabiex ikun jista’ jsir rintraċċar jew investigazzjonijiet oħra rigward l-oriġini tagħhom. Il-Kummissjoni adottat linji gwida komuni dwar standards u tekniċi ta’ diżattivazzjoni 27 li jistgħu jservu b’mod utli bħala mudell globali għad-diżattivazzjoni sigura u irriversibbli tal-armi tan-nar.

    Azzjonijiet:

    ·L-UE u l-Istati Membri tagħha se jippromwovu u jassistu r-rimi responsabbli ta’ ammonti żejda ta’ SALW u munizzjon maħtufa jew akkwistati b’mod ieħor, preferibbilment billi jeqirduhom; u

    ·Biex jiġi żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu irriversibbilment inoperabbli, il-Kummissjoni, flimkien mar-Rappreżentant Għoli u l-Istati Membri, se tippromwovi l-istandards tal-UE tad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar f’pajjiżi oħra, inkluż permezz tal-kooperazzjoni tagħha ma’ pajjiżi terzi.

    2.2.5    Kwistjonijiet trasversali

    L-UE u l-Istati Membri tagħha huma impenjati li jtejbu l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet u l-inizjattivi tagħhom fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi tan-nar, sabiex jisfruttaw sinerġiji, isaħħu l-interoperabbiltà bejn il-bażijiet tad-data rilevanti u sistemi ta’ informazzjoni oħra, u jipprevjenu d-duplikazzjoni tal-isforzi.

    Kondiviżjoni ta’ informazzjoni, riċerka, ġbir ta’ data u analiżi dwar id-diversi aspetti tat-traffikar tal-armi tan-nar u r-reati bl-armi tan-nar mtejba huma essenzjali biex tiġi ffurmata stampa tajba tal-intelligence u biex nibqgħu aġġornati mal-ħtiġijiet tas-sigurtà li qed jevolvu. Hemm bżonn li jitjieb l-użu ta’ għodod eżistenti u jiġu vvalutati sinerġiji possibbli u l-interoperabbiltà bejn bażijiet tad-data eżistenti tal-UE u tal-infurzar tal-liġi internazzjonali sabiex jiġi mmonitorjat it-traffikar ta’ SALW, fost l-oħrajn billi tinġabar, tiġi analizzata u kondiviża informazzjoni rilevanti. Il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (EBCGA - European Border and Coast Guard Agency) jista’ jkollha rwol f’dan il-qasam u għandu jiġi mħeġġeġ ukoll aktar użu tas-sistema iARMS.

    Azzjonijiet:

    ·L-UE se tħeġġeġ aktar użu tas-sistema iARMS;

    ·Il-Kummissjoni se tfittex kooperazzjoni mal-Europol, mal-INTERPOL u mal-Istati Membri biex issaħħaħ is-sinerġiji u l-interazzjonijiet bejn is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) 28 u s-sistema ta' ġestjoni tar-reġistrar u r-rintraċċar ta' armi illeċiti tal-Interpol (iARMS) 29 biex issegwi azzjoni prevista mill-Pjan ta' azzjoni tal-UE kontra t-traffikar u l-użu illeċitu tal-armi tan-nar u l-isplussivi 30  

    ·Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa u tippromwovi riċerka u azzjonijiet kontra t-traffikar tal-armi tan-nar u l-kriminalità relatata permezz tal-istrumenti ta’ finanzjament disponibbli 31 .

    2.3    Konformità permezz ta’ monitoraġġ u infurzar

    L-UE qiegħda f’pożizzjoni unika biex tgħin tisfratta swieq kriminali permezz tal-ħidma leġiżlattiva u operazzjonali tagħha, inklużi l-kooperazzjoni tal-pulizija u l-awtoritajiet doganali u l-flussi ta’ finanzjament, u permezz ta’ kooperazzjoni u ingaġġ ma’ pajjiżi oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-infurzar tal-liġi 32 . Il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (EBCGA) jistgħu jkollhom rwol f’dan il-qasam.

    Il-kooperazzjoni operazzjonali hija waħda mill-pilastri tal-azzjoni tal-UE taħt l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà. Iċ-ċiklu tal-politika pluriennali tal-Europol għal kriminalità organizzata u internazzjonali serja jinkludi, miċ-ċiklu tal-2014-2017, il-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi tan-nar fost l-oqsma tal-kriminalità ta’ prijorità li fihom trid tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-infurzar talliġi 33 . Iċ-ċiklu tal-politika l-ġdid (2018-2021) għal kriminalità organizzata u internazzjonali serja żamm din il-prijorità 34 . Fl-2017, il-proġett tal-analiżi tal-armi u l-isplussivi tal-Europol irċieva sostanzjalment aktar kontribuzzjonijiet milli fl-2016, biex b’hekk appoġġja b’mod proattiv azzjoni investigattiva.

    L-intelligence dwar it-traffikar tal-armi tan-nar/SALW ukoll hija kondiviża permezz ta’ rapporti miċ-Ċentru tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet tal-UE (INTCEN tal-UE).

    Azzjonijiet:

    ·Iċ-Ċentru tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet tal-UE (INTCEN tal-UE) huwa mitlub, fejn neċessarju, li jħejji rapporti flimkien mal-Kummissjoni, il-Europol u l-EBCGA dwar it-traffikar ta’ SALW u munizzjon;

    ·Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għandha tkompli torganizza taħriġ għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi dwar it-traffikar tal-armi tan-nar/SALW;

    ·L-UE se ttejjeb il-kooperazzjoni transfruntiera bejn awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi, tħeġġeġ lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, inklużi awtoritajiet doganali, jistabbilixxu punti ċentrali nazzjonali fuq l-armi tan-nar, tipproduċi analiżi aħjar tal-informazzjoni kollha disponibbli fil-qasam tal-armi tan-nar illeċiti u tiżgura parteċipazzjoni sħiħa fl-iskambju tal-informazzjoni mal-Europol fil-qasam tat-traffikar tal-armi tan-nar; u

    ·L-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw kooperazzjoni fil-qafas taċ-ċiklu tal-politika tal-UE għall-kriminalità organizzata u internazzjonali serja. Dan għandu japplika wkoll għal tali informazzjoni miġbura u trażmessa lill-EBCGA fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ikkoordinati mill-Aġenzija.

    2.4    Kooperazzjoni u assistenza internazzjonali

    2.4.1    Fil-livell internazzjonali

    Fil-livell internazzjonali, l-UE tappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera effettiva bejn aġenziji ġudizzjarji u dawk tal-infurzar talliġi sabiex tiżgura l-parteċipazzjoni sħiħa tal-awtoritajiet fl-iskambju tal-informazzjoni mal-Europol fil-qasam tat-traffikar tal-armi tan-nar. Hija għandha l-għan li tevita d-duplikazzjoni tal-isforzi, tiżgura l-koordinazzjoni ma’ inizjattivi bilaterali, reġjonali u multilaterali oħra, u ttejjeb il-kooperazzjoni f’investigazzjonijiet ta’ kriminalità transfruntiera. L-UE hija d-donatur ewlieni għall-kooperazzjoni u l-assistenza fil-kontroll ta’ SALW lil pajjiżi u organizzazzjonijiet reġjonali oħra permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill u l-appoġġ iddedikat tagħha permezz tal-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP) 35 u strumenti oħra. L-UE tappoġġja l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU kontra SALW illeċiti, it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi u l-Protokoll tal-Armi tan-Nar. Għalkemm vjolenza sessita blarmi tan-nar u SALW fi kwalunkwe każ tikkostitwixxi ksur tal-liġi tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi umanitarja internazzjonali, it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi jinkludi dispożizzjonijiet espliċiti biex jindirizzaw ir-riskji li armi tan-nar jintużaw f’dak il-kuntest. Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 36 speċifikament isejħu għall-għoti tas-setgħa lin-nisa fi sforzi li jipprevjenu, jiġġieldu kontra u jeqirdu t-trasferiment illeċitu, l-akkumulazzjoni distabbilizzanti u l-użu ħażin ta’ SALW.

    Azzjonijiet:

    ·L-UE se tieħu sehem b’mod proattiv fil-programm tal-armi tan-nar globali tal-Uffiċċju tan-NU kontra d-Drogi u l-Kriminalità (UNODC) dwar ġbir u analiżi globali tad-data dwar it-traffikar tal-armi tan-nar, u se ssaħħaħ il-kapaċità ta’ pajjiżi msieħba u subreġjuni biex timplimenta kontroll effettiv tal-armi tan-nar skont il-protokoll tal-armi tan-nar;

    ·L-UE se tkompli tappoġġa s-Sistema ta’ Ġestjoni tar-Reġistrar u r-Rintraċċar ta’ Armi Illeċiti tal-Interpol (iARMS);

    ·L-UE se trawwem il-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni talinformazzjoni, b’mod partikolari fost pajjiżi li jinsabu matul rotot maġġuri ta’ traffikar lejn/mill-UE;

    ·L-UE se tikkoopera mal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO) biex timplimenta l-istrateġija ta’ SALW tagħha;

    ·Ir-Rappreżentant Għoli se jevalwa u janalizza l-impatt u l-effettività ta’ proġetti ta’ kontroll ta’ SALW appoġġati mill-UE f’pajjiżi li mhumiex fl-UE bejn l-2005 u l-2018 bħala parti mill-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ SALW tal-2005;

    ·L-UE se tintegra b’mod sistematiku konsiderazzjonijiet dwar il-ġeneru fit-tfassil ta’ proġetti ġodda li jirrelataw mal-ġlieda kontra l-vjolenza bl-armi tan-nar u l-kontroll ta’ SALW b’mod ġenerali, u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin f’dan ir-rigward;

    ·L-UE se tippromwovi u timplimenta standards u prattiki tajbin għall-ġestjoni ta’ armi żgħar (ISACSs); u

    ·L-Istati Membri se jtejbu l-kooperazzjoni tagħhom mal-Europol dwar traffikar ta’ armi tan-nar illeċiti u l-użu ta’ armi tan-nar f’pajjiżi li mhumiex fl-UE, u se jrawwmu aktar involviment tal-awtoritajiet fil-kooperazzjoni operazzjonali, fl-iskambju tal-informazzjoni u fl-azzjonijiet konġunti ta’ infurzar tal-liġi.

    L-UE diġà tappoġġa l-monitoraġġ ta’ flussi ta’ SALW illeċiti f’żoni affettwati millkunflitti, sabiex jiġu identifikati l-aktar modi effettivi biex tinqata’ l-provvista. Data miksuba permezz tal-identifikazzjoni u r-rintraċċar ta’ SALW illeċiti u munizzjon tgħin ittejjeb il-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi, fost oħrajn permezz ta’ valutazzjoni tar-riskju mtejba, ċertifikazzjoni tal-utent aħħari u monitoraġġ tal-użu aħħari.

    Azzjonijiet:

    ·Il-Kunsill huwa mistieden jesplora modalitajiet għat-titjib tal-monitoraġġ u l-infurzar ta’ embargoes tal-UE fuq l-armi;

    ·L-UE se tappoġġja l-ħidma tal-panels tal-UE li jimmonitorjaw l-embargoes tal-armi, u se tikkunsidra modi kif ittejjeb l-aċċess għas-sejbiet tagħhom dwar id-devjazzjoni u armi tan-nar u SALW illeċiti għal finijiet ta’ kontroll tal-esportazzjoni tal-armi;

    ·Fejn rilevanti u fejn jaqa’ taħt il-mandat tagħhom u filwaqt li jitqiesu l-parteċipazzjoni lokali u tar-riżorsi disponibbli, il-Kunsill huwa mistieden jagħti lill-missjonijiet u lill-operazzjonijiet tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) rwol fl-appoġġ għall-għarfien dwar SALW u fl-organizzazzjoni ta’ taħriġ relatat mal-kontroll ta’ SALW, appoġġ għall-ġestjoni kif suppost tal-ħażniet, monitoraġġ tal-movimenti ta’ SALW illeċiti u munizzjon (inkluż traffikar transfruntier), kif xieraq. Fejn applikabbli u fuq direzzjoni mill-Istati Membri, missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK jistgħu jappoġġaw ukoll il-faċilitazzjoni tar-reġistrazzjoni, rintraċċar u rimi ta’ SALW illeċiti maħtufa. Il-Kunsill jista’ jutilizza t-tagħlimiet meħuda minn dawk l-ingaġġi tal-PSDK fejn il-mandati jinkludu kompiti SALW (eż. EUFOR Althea fil-Bożnija-Ħerzegovina);

    ·L-UE se tkompli tiffinanzja sforzi ta’ riċerka mmirati fuq l-oriġini ta’ SALW illeċiti f’żoni ta’ kunflitt, bħall-proġett iTrace ta’ Conflict Armament Research. Hi se tħeġġeġ aktar riċerka, analiżi u studji dwar il-kwistjoni, billi tiddependi fuq kapaċitajiet eżistenti bħall-Konsorzju għanNonproliferazzjoni u d-Diżarmament tal-UE; u

    ·L-UE se tappoġġa kapaċitajiet nazzjonali f’żoni affettwati mill-kunflitti għat-traċċar u rintraċċar tal-oriġini ta’ SALW illeċiti u munizzjon f’żoni ta’ kunflitt, filwaqt li tibni wkoll fuq l-esperjenza tal-proġett iTrace.

    2.4.2     Fuq livell reġjonali

    Fuq livell reġjonali, l-UE u l-Istati Membri tagħha se jsaħħu l-kapaċitajiet tal-infurzar talliġi sabiex jiġu identifikati, sfrattati u impeduti netwerks tat-traffikar u armi tan-nar jiġu pprevenuti milli jilħqu terroristi u kriminali permezz tas-suq illeċitu, fost l-oħrajn billi jiġu imblukkati l-finanzjament u t-trasport illeċiti ta’ armi u billi jissaħħaħ r-rwol tal-pulizija tal-fruntieri u tal-awtoritajiet doganali u tal-portijiet fl-indirizzar ta’ flussi ta’ armi illeċiti permezz ta’ trasport marittimu. Minħabba n-natura transfruntiera tat-traffikar tal-armi, huwa partikolarment importanti li jiġu involuti pajjiżi qraba, anki jekk mhumiex affettwati b’mod dirett.

    L-UE se tħeġġeġ rabtiet bejn atturi tal-infurzar talliġi li jindirizzaw it-traffikar tal-armi u l-kummerċ tal-armi u awtoritajiet tal-kontroll tal-esportazzjoni, sabiex jiġi żgurat li tiġi kondiviża informazzjoni dwar ir-rotot maġġuri ta’ flussi illeċiti għal ġol-Ewropa, sabiex tistimula azzjoni preventiva jew rimedjali. L-azzjoni se tinkludi t-trawwim tal-iskambju tal-informazzjoni, il-komunikazzjoni diretta bejn korpi investigattivi, investigazzjonijiet ippjanati b’mod konġunt u implimentazzjoni rapida ta’ talbiet għal kooperazzjoni, kollha fi ħdan il-qafas legali stabbilit. Se jkun hemm attenzjoni partikolari fuq kooperazzjoni transfruntiera malviċinat tan-Nofsinhar u tal-Lvant.

    Il-Europol se jagħti attenzjoni speċjali lill-appoġġ għal sforzi mill-pulizija u mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, u l-korpi tal-Unjoni, il-pajjiżi li mhumiex fl-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali biex jipprevjenu u jiġġieldu kontra l-forom tal-kriminalità fi ħdan il-mandat tiegħu assoċjati mal-attivitajiet illeċiti ta’ organizzazzjonijiet u individwi kriminali involuti fil-pussess illegali u fit-traffikar ta’ SALW, inklużi munizzjon, partijiet u komponenti.

    L-UE se ssaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni tagħha ma’ organizzazzjonijiet reġjonali li jaħdmu fuq kontroll ta’ SALW, billi tallinja l-attivitajiet tagħha ma’ strateġiji reġjonali u pjanijiet ta’ azzjoni.

    Il-Balkani tal-Punent

    F’konformità mal-għanijiet strateġiċi stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ‘Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar mal-Balkani tal-Punent’ (Inizjattivi emblematika 2; sigurtà u migrazzjoni), 37 l-UE se tkompli tappoġġa ċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir (SEESAC) tal-UNDP, iżżomm il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti fil-qasam tal-kontroll ta’ SALW u tqis inizjattivi reġjonali bħall-Pjan Direzzjonali li jindirizza SALW illeċiti fil-Balkani tal-Punent. B’mod aktar wiesa’, se tkompli tinvesti fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti reġjonali permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ strumenti u politiki. Din l-istrateġija tiffoka fuq kontroll tal-armi konvenzjonali, li huwa komponent essenzjali ta’ politiki aktar wiesgħa ta’ prevenzjoni u ta' kontra t-terroriżmu.

    Minkejja li fi snin riċenti sar progress sinifikanti, speċjalment fl-Ewropa tax-Xlokk, l-iskala tal-akkumulazzjoni ta’ SALW u munizzjon, il-kundizzjonijiet ta’ ħażna inadegwati, il-pussess illeċitu mifrux u n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni jkomplu jillimitaw l-effettività ta’ sforzi ta’ kontroll ta’ armi tan-nar/SALW f’partijiet tal-Balkani tal-Punent. Sabiex jiġu indirizzati b’mod aktar effettiv il-provvista ta’ armi tan-nar illeċiti u l-ħażna kbira ta’ armi, se tingħata prijorità lill-qerda ta’ ammonti żejda, id-dokumentazzjoni u r-rintraċċar ta’ SALW illeċiti, l-iskambju tal-informazzjoni permezz tal-użu ta’ kanali ta’ skambju tal-informazzjoni Ewropej, reġjonali u globali (eż. Europol, Interpol), u l-istabbiliment u t-twettiq ta’ operazzjonijiet konġunti.

    Azzjonijiet:

    ·L-UE se tappoġġa sforzi għat-tnaqqis ta’ ħażniet żejda ta’ SALW u munizzjoni, għat-tnaqqis tal-pussess illeċitu, għall-ġlieda kontra d-devjazzjoni u t-traffikar tal-armi, għat-titjib tal-kontrolli fil-fruntieri, għat-tisħiħ tal-immarkar, iż-żamma tar-rekords u r-rintraċċar ta’ SALW kif ukoll kapaċitajiet ta’ rimi, għaż-żieda tal-għarfien, u għall-appoġġ ta’ kapaċitajiet ta’ infurzar tal-liġi,; waqt li tqis l-appoġġ tal-UE li ilu fis-seħħ għaċ-Ċentru taxXlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir (SEESAC) tal-UNDP, u żżomm l-appoġġ għal sistemi ta’ kontroll nazzjonali u tqis inizjattivi reġjonali rilevanti għall-ġlieda kontra SALW illeċiti u l-munizzjon tagħhom bħall-inizjattiva tal-Pjan Direzzjonali;

    ·L-UE u l-Istati Membri tagħha se jiżguraw li jkun hemm kooperazzjoni koerenti bejn l-Unjoni u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent billi jimplimentaw inizjattivi biex jiġġieldu kontra t-traffikar tal-armi tan-nar, kif stabbiliti fiċ-Ċiklu tal-Politika tal-2018-2021 għall-kriminalità organizzata u internazzjonali serja li jinkludi azzjonijiet operazzjonali speċifiċi (EMPACT Armi tan-Nar) 38 u l-pjan ta’ azzjoni UE-Balkani tal-Punent taħt governanza integrattiva tas-sigurtà interna (IISG) fil-Balkani tal-Punent;

    ·L-UE u l-Istati Membri tagħha se jikkoordinaw l-isforzi tal-UE ma’ inizjattivi bilaterali, reġjonali jew multilaterali oħra sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ trikkib u tittejjeb l-effiċjenza tal-kooperazzjoni f’investigazzjonijiet ta’ reati transfruntieri, skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2016; 39 u

    ·L-UE u l-Istati Membri tagħha se jagħmlu użu sħiħ minn sinerġiji u joħolquhom bejn l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Europol li se jiġu skjerati fil-Balkani tal-Punent, is-SEESAC 40 u l-programmazzjoni reġjonali taħt l-istrument għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni (IPA) dwar il-‘ġlieda kontra kriminalità serja fil-Balkani tal-Punent’ 41 u l-‘kejl u l-valutazzjoni tal-kriminalità organizzata fil-Balkani tal-Punent: nappoġġaw it-tfassil ta’ politika bbażata fuq levidenza’. 42  

    Il-passi li jmiss:

    ·Il-Pjan ta’ Azzjoni 2015-2019 dwar it-traffikar illeċitu fl-armi tan-nar se jiġi evalwat biex tiġi vvalutata l-effettività tiegħu fl-indirizzar tal-provvista ta’ armi tan-nar illeċiti u l-ħażna l-kbira tal-armi; u

    ·Iċ-Ċiklu tal-Politika tal-UE dwar il-kriminalità organizzata se jitkabbar sa fejn hu possibbli biex jinkludi l-Balkani tal-Punent fl-attivitajiet operazzjonali tiegħu. Il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent se jiġu mistiedna jieħdu sehem fi proġetti speċifiċi tal-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali u f’laqgħat tal-Kumitat Permanenti għall-Kooperazzjoni Operazzjonali dwar is-Sigurtà Interna, inkluż dawk li jsiru b’mod konġunt mal-Kumitat Politiku ta’ Sigurtà fuq bażi ad hoc meta jiġu diskussi l-proġetti.

    Viċinat tal-Lvant

    L-instabbiltà attwali fl-Ewropa tal-Lvant żiedet il-livell ta’ traffikar illeċitu ta’ armi tan-nar f’diversi pajjiżi fir-reġjun, bħall-Ukrajna. Dan jippreżenta theddida sinifikanti għassigurtà fuq perjodu twil kemm għall-Ukrajna u kemm għall-UE. Il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna fuq din il-kwistjoni għalhekk hija ta’ interess reċiproku. L-UE qiegħda ssegwi l-ingaġġ bilaterali tagħha mal-Ukrajna u pajjiżi oħra fir-reġjun u b’mod sistematiku tintegra l-ġlieda kontra SALW illeċiti fi kwalunkwe djalogu dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà ma’ pajjiżi msieħba fil-viċinat.

    Azzjonijiet:

    ·L-UE u l-Istati Membri tagħha se jintegraw il-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi tan-nar/SALW fil-kuntest tad-djalogu dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà ma’ pajjiżi msieħba fil-viċinat, bħall-Ukrajna;

    ·L-UE u l-Istati Membri tagħha se jistabbilixxu kanali ta’ komunikazzjoni bejn esperti tal-UE u Ukreni, jidentifikaw punt ta’ kuntatt sabiex jiżguraw kooperazzjoni bla xkiel, iżidu l-għarfien, jaqsmu l-aħjar prattiki u l-għarfien espert, u jidentifikaw ħtiġijiet ta’ taħriġ u miżuri ta’ appoġġ oħra biex isaħħu l-kapaċitajiet tal-Ukrajna fil-qasam; u

    ·L-UE u l-Istati Membri tagħha se jkomplu jaħdmu fuq diskussjoni permanenti teknika madwar mejda mal-Ukrajna biex jindirizzaw il-problema urġenti tat-traffikar illeċitu ta’ armi tan-nar u r-riskji assoċjati mal-possibbiltà li tali armi jiġu f’idejn terroristi u gruppi ta’ kriminalità organizzata.

    Il-Viċinat tan-Nofsinhar

    Il-kunflitti armati mtawla b’riperkussjonijiet reġjonali wiesgħa fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta’ Fuq (MENA) jkomplu jiġu stimulati mid-devjazzjoni u t-traffikar ta’ SALW. SALW illeċiti f’dan ir-reġjun għandhom ħafna sorsi, inklużi ħażniet b’sigurtà batuta u SALW li joriġinaw mill-produzzjoni leċita u l-esportazzjoni awtorizzata tal-Istati Membri tal-UE u sussegwentement jiġu ddevjati għal utenti aħħarin mhux awtorizzati.

    Iċ-ċiklu tal-politika tal-2018-2021 tal-UE għal kriminalità internazzjonali organizzata u serja jinkludi azzjonijiet operazzjonali speċifiċi f’dawk ir-reġjuni biex titjib il-kooperazzjoni dwar it-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar. Kooperazzjoni bilaterali aktar profonda hija essenzjali sabiex tiġi miġġielda b’mod aktar effettiv id-dimensjoni transnazzjonali tat-traffikar illegali ta’ armi tan-nar fir-reġjun kollu. Għalhekk għandha tiġi mħeġġa l-kooperazzjoni UE-MENA f’dan il-qasam, b’kont meħud tal-ħtieġa li jiġu evitati sforzi doppji u jkunu żgurati l-koerenza u l-koordinazzjoni ma' inizjattivi eżistenti appoġġati jew iffinanzjati mill-UE.

    Azzjonijiet fil-MENA:

    ·L-UE se tfittex li ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Alġerija, permezz tad-djalogu dwar is-sigurtà, rigward il-kontroll tat-trasferimenti ta’ armi tan-nar u l-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta’ armi ta’ kalibru żgħir;

    ·L-UE se tkompli tappoġġa lit-Tuneżija rigward riformi fis-settur tassigurtà u tal-ġestjoni tal-fruntieri, prinċiparjament permezz ta’ programm ta’ finanzjament speċifiku, li se jkollu impatt dirett fuq il-kontroll tat-traffikar illeċitu ta’ armi tan-nar;

    ·L-UE se tippromwovi l-implimentazzjoni tal-inizjattivi kollha li jkabbru l-kooperazzjoni mal-Marokk rigward il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ armi tan-nar u ta’ oġġetti b’użu doppju kif previsti fil-pjan ta’ azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-istatus avvanzat; 43

    ·L-UE se tkompli tipprovdi appoġġ lil-Libanu u lill-Ġordan biex jindirizzaw il-kriminalità organizzata (inkluż permezz ta’ għajnuna għar-riforma tas-settur tas-sigurtà u appoġġ għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri), u biex jikkontrollaw it-traffikar illeċitu ta’ armi tan-nar; 

    ·L-UE se tkompli ssaħħaħ il-kooperazzjoni UE-MENA fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi tan-nar, inkluż permezz tal-Euromed Pulizija IV 44 . Dan il-programm reġjonali għandu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni operazzjonali u strateġika tal-pulizija fir-reġjun MENA bejn awtoritajiet nazzjonali fil-Pajjiżi Msieħba fin-Nofsinhar, kif ukoll mal-Istati Membri tal-UE (u l-aġenziji tal-UE);

    · L-UE se tkompli tappoġġa l-monitoraġġ tad-devjazzjoni lejn atturi mhux awtorizzati fir-reġjun u valutazzjoni tar-riskju mmexxija mill-intelliġenza u miżuri kontra d-devjazzjoni, u f'dan se tqis ir-riżultati pożittivi tal-proġett iTrace 45 ; u

    ·L-UE se tkompli tappoġġa l-bini talkapaċità għall-forzi lokali tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà fir-rigward ta’ sigurtà fiżika u ġestjoni tal-ħażniet (PSSM), qerda ta’ ammonti żejda u d-dokumentazzjoni u r-rintraċċar ta’ SALW illeċiti. 



    Azzjonijiet fl-Afrika (reġjun tas-Saħel):

    ·L-UE se tappoġġa t-traċċar ta’ netwerks tat-traffikar ibbażati fuq l-intelligence, inkluż dawk lil hinn mis-Saħel, biex tiġġieled b’mod aktar effettiv ir-riskju li l-fluss ’il barra fuq skala kbira ta’ ħażniet tal-istat waqt kriżijiet politiċi fil-Mali u fil-Libja jkompli jitfgħu fuq l-istabbiltà reġjonali;

    ·L-UE se tappoġġa l-ġestjoni, iż-żamma tar-rekords u l-bini tal-kapaċità fil-Mali u fil-Libja sabiex jitjiebu s-sistemi ta’ assigurazzjoni u ġestjoni ta’ SALW, inklużi sistemi għall-ġestjoni tal-ħażna, għall-qerda ta’ ammonti żejda u għaż-żamma tar-rekords komprensivi u għall-kontabbiltà tal-armi;

    ·L-UE se tappoġġa kapaċitajiet għar-rintraċċar u għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni reġjonali, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi reġjonali, bħad-dispożizzjonijiet tal-kamra tal-ikklirjar tal-Konvenzjoni tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) dwar is-SALW, il-G5 tas-Saħel 46 , l-Unjoni Afrikana u kanali globali bħall-bażi tad-data tal-iARMS;

    ·L-UE se tkompli tħeġġeġ aktar kooperazzjoni ġudizzjarja u inizjattivi konġunti tas-sigurtà fil-fruntieri;

    ·L-UE se tappoġġa l-kapaċità ta’ atturi rilevanti li jrrintraċċaw, jirrappurtaw dwar, jiġġieldu kontra u jarmu SALW illeċiti u se tagħti lill-missjonijiet tal-PSDK fir-reġjun rwol akbar fil-monitoraġġ ta’ SALW illeċiti, fl-organizzazzjoni ta’ taħriġ relatat malkontroll tas-SALW, fl-appoġġ għall-PSSM u r-rimi ta’ ammonti żejda, u fil-faċilitazzjoni tar-rintraċċar u tal-kontroll fil-fruntieri;

    ·L-UE se tfittex sinerġija mal-inizjattiva ‘insikktu l-armi tan-nar’ tal-Unjoni Afrikana 47 , id-Dikjarazzjoni ta’ Bamako dwar SALW illeċiti adottata mill-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Afrikana fl-2000 48 u l-Istrateġija tal-Unjoni Afrikana kontra SALW illeċiti adottata f’Lomé fl-2011 49 ; u

    ·L-UE se ttejjeb il-kapaċità tagħha għall-koordinazzjoni ma’ donaturi oħra dwar kontroll ta’ SALW fir-reġjun.

    Kontinent Amerikan

    Azzjoni fil-Kontinent Amerikan:

    ·L-UE se tfittex sinerġija mal-istati Amerikani u l-organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti biex titnaqqas il-proliferazzjoni u t-traffikar illeċitu ta’ SALW, bl-għan li titnaqqas il-vjolenza armata u l-attività kriminali. 50

    3.Segwitu u Konklużjoni

    Din il-Komunikazzjoni Konġunta tippreżenta elementi għal ftehim u triq ’il quddiem komuni għall-UE dwar kif għandha tiġi indirizzata t-theddida ta’ armi tan-nar u SALW illeċiti u l-munizzjon tagħhom, sett ta’ azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-UE u mill-Istati Membri tagħha fi ħdan il-fruntieri tal-UE, u proposti għal kooperazzjoni u għajnuna għall-kontroll ta’ SALW fil-viċinat tal-UE u fil-bqija tad-dinja.

    Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jistiednu lill-Kunsill jadotta Strateġija tal-UE kontra armi tan-nar u armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti (SALW) u l-munizzjon tagħhom, li tkopri kemm armi tan-nar ċivili u kemm ta’ grad militari biex tindirizza t-theddida b’mod komprensiv, abbażi ta’ elementi ppreżentati f’din il-Komunikazzjoni Konġunta.

    Is-SEAE u l-Kummissjoni se jipproduċu rapporti tal-progress annwali dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija.

    ___________________________________

    (1)

          https://s3.amazonaws.com/unoda-web/wp-content/uploads/2016/10/english.pdf

    (2)

          https://www.europol.europa.eu/socta/2017/  

    (3)

         Kunsill 5319/06 http://register.consilium.europa.eu/doc/srv?l=MT&f=ST%205319%202006%20INIT

    (4)

         A/CONF.192/15.

    (5)

         L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015) 185 finali, 28.4.2015).

    (6)

         L-Implimentazzjoni tal-AġendaEwropea dwar is-Sigurtà: Il-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra t-traffikar u l-użu illeċitu tal-armi tan-nar u l-isplussivi, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015) 624 finali, 2.12.2015).

    (7)

          Id-Direttiva 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi (ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51) u r-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabbrikar illeċitu ta' u t-traffikar fl-armi tan-nar, il-partijiet, komponenti u ammunizzjon tagħhom, li tissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-krminalità organizzata tranżnazzjonali (il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar) u li jistabilixxi awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni, u miżuri rigward l-importazzjoni u t-tranżitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-ammunizzjon (ĠU L 94, 30.3.2012 p. 1).

    (8)

          https://europa.eu/globalstrategy/en/global-strategy-foreign-and-security-policy-european-union  

    (9)

         http://treaties.un.org/doc/Treaties/2013/04/20130410%2012-01%20PM/Ch_XXVI_08.pdf#page=21 

    (10)

         Ara n-nota 7f’qieħ il-paġna

    (11)

    Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet

    ta’ teknoloġija u tagħmir militari. It-trasferiment fl-UE stess ta’ teknoloġija u tagħmir militari huwa suġġett

    għad-Direttiva 2009/43/KE

    (12)

    Armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom huma armi ta’ grad militari; dawn jinkludu:

    (a)    armi żgħar: azzarini tal-assalt; azzarini u karabini semiawtomatiċi ta’ grad militari; rivolvers u pistoli li jikkargaw waħedhom ta’ grad militaril mitraljatriċi ħfief; submitraljatriċi, inklużi pistoli mitraljatriċi;

    (b)    armi ħfief: mitraljatriċi tqal; kanuni, howitzers u kanuni tat-tip mortar ta’ kalibru inqas minn 100 mm; apparat li jispara l-granati; azzarini mingħajr imbuttatura wara l-isparatura; rokits li jiġu sparati minn fuq l-ispallejn u sistemi oħra kontra t-tankijiet u ta’ difiża tal-ajru li jisparaw il-projettili inkluż MANPADS, kollha fuq kundizzjoni li jistgħu jinġarru individwalment jew kollettivament;

    (c)    Partijiet ta’ SALW;

    (d)    Aċċessorji ta’ SALW (bħal skopji tal-lejl, silenzjaturi, eċċ.); u

    (e)    munizzjonijiet ta’ SALW.

    Din id-definizzjoni ma tippreġudikax kwalunkwe definizzjoni futura maqbula b’mod internazzjonali ta’ SALW.

    (13)

         It-terminu armi tan-nar’ għandu kamp ta’ applikazzjoni aktar wiesa’ li jkopri kemm armi tan-nar ċivili u wkoll armi tan-nar ta’ grad militari. Il-protokoll tal-armi tan-nar tan-NU jiddefinixxi arma tan-nar bħala kwalunkwe arma b’kanna portabbli li tispara, hija ddiżinjata biex tispara jew tista’ tinbidel biex tispara sparatura, balla jew projettili permezz ta’ azzjoni ta’ splussiv, minbarra armi tan-nar meqjusa antikitajiet jew repliki tagħhom. Għandu jkun innotat li xi armi ħfief, bħal lanċaturi tar-rokits, mhumiex armi tan-nar. Għalhekk it-terminu ‘armi tan-nar’ ma jkoprix kull SALW.

    (14)

          https://europa.eu/globalstrategy/sites/globalstrategy/files/pages/files/eugs_review_web_13.pdf

    (15)

          http://www.un.org/events/smallarms2006/pdf/192.15%20(E).pdf  

    (16)

          http://www.poa-iss.org/InternationalTracing/InternationalTracing.aspx

    (17)

      https://www.un.org/disarmament/att/

    (18)

         Protokoll kontra l-Iffabbrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali    
    http://www.unodc.org/unodc/en/firearms-protocol/the-firearms-protocol.html  

    (19)

         ĠU L 89, 25.3.2014, p. 7.

    (20)

         COM(2018) 2197 finali.

    (21)

          https://www.un.org/sustainabledevelopment/sustainable-development-goals/  

    (22)

         L-Artikolu13.5 tad-Direttiva 91/477 jeħtieġ l-adozzjoni ta’ dan l-att ta’ implimentazzjoni sal-14 ta’ Settembru 2018.

    (23)

         L-Artikolu 10.4 li għandu jiġi adottat sal-14 ta’ Settembru 2018 tad-Direttiva (UE) 2017/853 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi (ĠU L 137, 24.5.2017, p. 22).

    (24)

       COM(2017) 737 final tat-12.12.2017.

    (25)

         Pjattaforma onlajn għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Kontroll tal-Esportazzjoni tal-Istati Membri stabbilita taħt il-Kunsill tal-Grupp ta’ Ħidma COARM dwar l-Esportazzjoni tal-Armi. Il-Grupp ta' Ħidma dwar l-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali jieħu ħsieb il-ħidma dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni ta' armi konvenzjonali. Dan jaħdem ukoll bħala forum, fejn l-istati membri jikkomunikaw u jikkondividu l-informazzjoni dwar il-politiki tal-esportazzjoni tagħhom għal pajjiżi terzi, u dwar ċaħdiet nazzjonali ta' applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal pajjiżi terzi.

    (26)

      C(2018) 2197 final tal-17.4.2018

    (27)

         Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/337 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 62).

    (28)

       Sistemi ta’ Informazzjoni aktar b’saħħithom u intelliġenti għal fruntieri u Sigurtà, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016) 205 finali, 6.4.2016).

    (29)

          https://www.interpol.int/Crime-areas/Firearms-trafficking/INTERPOL-Illicit-Arms-Records-and-tracing-Management-System-iARMS  

    (30)

    Pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra t-traffikar u l-użu illeċitu tal-armi tan-nar u l-isplussivi, 2 ta’ Diċembru 2015,

    COM(2015), 624 finali

    (31)

         https://ec.europa.eu/home-affairs/financing/fundings/security-and-safeguarding-liberties/internal-security-fund-police_en

    (32)

         Għall-fini ta’ din l-istrateġija, it-terminu ‘infurzar tal-liġi’ jirreferi għall-attività tal-pulizija, tal-gwardjani tal-fruntieri u tal-kosta, u tal-awtoritajiet doganali.

    (33)

         Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' ċiklu ta' politika tal-UE għall-kriminalità internazzjonali organizzata u serja (dok. 15358/10 COSI 69 ENFOPOL 298 CRIMORG 185 ENFOCUSTOM 94, 10.6.2011).

    (34)

         Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' ċiklu ta' politika tal-UE għall-kriminalità internazzjonali organizzata u serja (2014-2017) (dok.12095/13, 7.6.2013).

    (35)

         Ir-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014

    (36)

         Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1325 (2000) u riżoluzzjonijiet sussegwenti dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, eż. UNSCR 2242 (2015).

    (37)

         COM(2018) 65 final tas-6.2.2018 u l-anness

    (38)

         EMPACT Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali.

    (39)

       Il-konklużjonijiet irreferew għall-‘bżonn għal kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali effettiva u intensa, inkluż mal-Europolu l-Eurojust, mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-istatus’.

    (40)

       Programm iffinanzjat mill-PESK, 2017-2019, EUR 6 508 136.

    (41)

         IPA 2017-2019, EUR 13-il miljunAġenzija Ġermaniża għall-Kooperazzjoni Internazzjonali (GIZ).

    (42)

         IPA 2015-2019, EUR 2 miljun: UNODC.

    (43)

         Proposta Konġunta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-istatus avvanzat (2013-2017)(/* JOIN/2013/06 finali - 2013/0107 (NLE)).

    (44)

         https://www.euromed-police.eu/

    (45)

         https://www.conflictarm.com/itrace

    (46)

         http://www.g5sahel.org/

    (47)

         https://issafrica.org/pscreport/uploads/AU%20Roadmap%20Silencing%20Guns%202020%20pdf%20en.pdf

    (48)

         http://www.un.org/en/africa/osaa/pdf/au/cap_smallarms_2000.pdf

    (49)

         https://www.unrec.org/docs/Strategy%20Final.pdf

    (50)

         Skont studju ta’ UNODC li sar fl-2013, l-omiċidju intenzjonat ikkawża l-imwiet ta’ kważi nofs miljun persuna (437 000) madwar id-dinja fl-2012. Aktar minn terz tagħhom (36 %) seħħew fil-kontinent Amerikan. Kważi nofs il-vittmi kollha ta’ omiċidju għandhom bejn 15-29 sena u l-użu ta’ armi tan-nar huwa partikolarment prevalenti fir-reġjun, fejn żewġ terzi (66 %) tal-omiċidji jitwettqu permezz tal-pistoli.

    Top