Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0353

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (riformulazzjoni)

    COM/2017/0353 final - 2017/0146 (COD)

    Brussell, 30.6.2017

    COM(2017) 353 final

    2017/0146(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (riformulazzjoni)


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lissimplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini biex b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.

    Dak l-għan ma jistax jintlaħaq sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol konsiderevoli ta’ riċerka li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati rregoli attwalment fis-seħħ.

    Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.

    2.Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet 1 li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw ittesti li huma responsabbli għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw li ddispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.

    3.Dan ġie kkonfermat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) 2 , filwaqt li saħqu fuq l-importanza talkodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal suġġett partikolari f’mument partikolari.

    Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għalladozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.

    4.L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tarRegolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar listatistika tat-trasport bil-ferrovija 3 . IrRegolament ilġdid jissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fih 4 , billi jżomm ilkontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati. Flistess waqt, huwa xieraq li jiġu introdotti ċerti emendi żgħar sostantivi flArtikolu 4(5) ta' dak irRegolament. Għalhekk, il-proposta qiegħda tiġi ppreżentata fil-forma ta' riformulazzjoni.

    5.Il-proposta ta’ riformulazzjoni tħejjiet fuq il-bażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fl24 lingwa uffiċjali tar-Regolament (KE) Nru 91/2003 u tal-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn l-Artikoli ġew innumerati millġdid, ilkorrelazzjoni bejn in-numri qodma u ġodda tidher fit-tabella li tinsab flAnness X tar-Regolament irriformulat.

    ê 91/2003 (adattat)

    2017/0146 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (riformulazzjoni)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat Ö dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ, u b'mod partikolari l-Artikolu Ö 338(1) Õ tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 5 ,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    ò ġdid

    (1)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2003 6 ġie emendat diversi drabi b'mod sostanzjali 7 . Peress li jeħtieġ li jsiru iktar emendi, dak ir-Regolament għandu jiġi riformulat għal iktar ċarezza.

    ê 91/2003 premessa 1 (adattat)

    (2)Il-ferroviji huma parti importanti fin-networks tat-trasport Ö tal-Unjoni Õ.

    ê 91/2003 premessa 2

    (3)L-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bil-ferrovija hija neċessarja sabiex il-Kummissjoni tkun tista' timmonitorja u tiżviluppa l-politika ta' trasport komuni, kif ukoll l-elementi ta' trasport ta' dawk il-politiki li jirrigwardaw irreġjuni u n-netwerks transEwropej.

    ê 91/2003 premessa 3

    (4)L-istatistika dwar is-sikurezza ferrovjarja hija neċessarja wkoll sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tħejji u timmonitorja l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza tattrasport. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji tiġbor data dwar linċidenti li jaqgħu taħt l-Anness I tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 fir-rigward tal-indikaturi komuni tas-sigurtà u l-metodi komuni għallkalkolu tal-ispejjeż tal-inċidenti.

    ê 91/2003 premessa 4 (adattat)

    (5)L-istatistika at Ö fil-livell tal-Unjoni Õ dwar it-trasport bil-ferrovija hija meħtieġa ukoll sabiex twettaq il-kompiti tal-monitoraġġ stipulati fl-Artikolu 15 tadDirettiva 2012/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 .

    ê 91/2003 premessa 5 (adattat)

    (6)L-istatistika Ö fil-livell tal-Unjoni Õ dwar il-mezzi kollha tat-trasport għandha tinġabar skond kunċetti u standards komuni, bl-għan li jkun hemm paragunabbiltà prattika sħiħa kemm jista' jkun bejn il-mezzi tat-trasport.

    ê 2016/2032 premessa 4

    (7)Hu importanti li jiġi evitat ix-xogħol doppju u li jsir l-aħjar użu tal-informazzjoni eżistenti li tkun tista' tintuża għall-finijiet ta' statistika. Għal dak il-għan, u bil-ħsieb li tkun provduta informazzjoni faċilment aċċessibbli u utli għaċ-ċittadini tal-Unjoni u partijiet ikkonċernati oħra dwar is-sikurezza tat-trasport ferrovjarju u l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja, inklużi l-infrastruttura ferrovjarja, jenħtieġ li jiġu stabbiliti, bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-entitajiet rilevanti, inkluż fil-livell internazzjonali, ftehimiet ta' kooperazzjoni adatti dwar l-attivitajiet ta' statistika.

    ê 2016/2032 premessa 6

    (8)Għandu jintlaħaq bilanċ bejn il-bżonnijiet tal-utenti u l-piż fuq ir-rispondenti meta tiġi prodotta statistika Ewropea.

    ê 2016/2032 premessa 8

    (9)Fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza tagħha miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, il-Kummissjoni semmiet il-fatt li l-iżviluppi fuq terminu twil probabbilment iwasslu għas-soppressjoni jew issimplifikazzjoni tad-data diġà miġbura skont dak ir-Regolament, u li l-għan huwa li jitnaqqas il-perijodu ta' trażmissjoni tad-data għad-data annwali dwar il-passiġġieri bilferrovija. Il-Kummissjoni għandha tkompli tipprovdi rapporti f'intervalli regolari dwar l-implimentazzjoni ta'.dan ir-Regolament.

    ê 91/2003 premessa 7

    (10)Il-koeżistenza ta' impriżi ferrovjarji pubbliċi u privati li joperaw fis-suq tat-trasport kummerċjali bil-ferrovija jeħtieġ speċifikazzjoni espliċita dwar it-tagħrif statistiku li jenħtieġ li jkun ipprovdut mill-impriżi kollha tal-ferroviji u mxerred mill-Eurostat.

    ê 91/2003 premessa 8 (adattat)

    (11)Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat Ö dwar l-Unjoni Ewropea Õ, il-ħolqien ta' standards statistiċi komuni li jippermettu li jkun hemm data armonizzata huwa possibbli li jsir biss fil-livell Ö tal-Unjoni Õ. Dawk listandards għandhom jiġu implimentati minn kull Stat Membru taħt l-awtorità talkorpi u listituzzjionijiet li huma responsabbli mill-istatistika uffiċjali.

    ê 91/2003 premessa 9

    (12)Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 , jipprovdi qafas ta' riferiment għad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

    ê 2016/2032 premessa 10 (adattat)

    (13)Sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi l-ġodda fl-Istati Membri filwaqt li, fl-istess ħin, jinżamm il-ġbir armonizzat tad-data dwar it-trasport ferrovjarju fl-Unjoni kollha, u bilħsieb li tinżamm il-kwalità tajba tad-data mibgħuta mill-Istati Membri, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat Ö dwar il-Funzjonament talUnjoni Ewropea Õ jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward talemendar ta' dan ir-Regolament biex jiġu adattati d-definizzjonijiet tekniċi u biex jiġu stabbiliti definizzjonijiet tekniċi addizzjonali. Hu ta' importanza partikolari li lKummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità malprinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 11 . B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fittħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw ittħejjija ta' atti delegati.

    ê 2016/2032 premessa 11

    (14)Jentħieġ li l-Kummissjoni tiżgura li dawk l-atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti.

    ê 2016/2032 premessa 12

    (15)Sabiex ikun żgurat li jkun hemm kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-informazzjoni li għandha tingħata għar-rapporti dwar il-kwalità u l-komparabbiltà tar-riżultati, u l-arranġamenti għat-tixrid ta' dawk irriżultati mill-Kummissjoni (Eurostat). Dawk is-setgħat jenħtieġ li jkunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u talKunsill 12 .

    ê 2016/2032/ premessa 13

    (16)Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ġie kkonsultat,

    ê 91/2003 (adattat)

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-għan

    L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi regoli komuni għat-tħejjija tal-istatistika tat-trasport bil-ferrovija Ö fil-livell tal-Unjoni Õ.

    Artikolu 2

    Kamp ta' applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jkopri l-ferroviji kollha fil- Ö fl-Unjoni Õ. Kull Stat Membru għandu jirrapporta l-istatistika li għandha x'taqsam mat-trasport bil-ferrovija fit-territorju nazzjonali tiegħu. Meta impriża tal-ferroviji topera f'iktar minn Stat Membru wieħed, lawtoritajiet nazzjonali interessati għandhom jeħtieġu li l-impriża tipprovdi d-data b'mod separat għal kull pajjiż li topera fih sabiex tkun tista' tinġbar l-istatistika nazzjonali.

    L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-iskop ta' dan ir-Regolament:

    (a)l-impriżi tal-ferroviji li joperaw fl-intier tagħhom jew fil-biċċa l-kbira ġewwa installazzjonijiet industrijali u f'oħrajn bħalhom, inklużi l-portijiet;

    (b)l-impriżi tal-ferroviji li jipprovdu prinċipalment servizzi turistiċi lokali, bħalma huma l-ferroviji storiċi tal-istim miżmuma tajjeb.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    ê 1192/2003 Art. 1.1. (adattat)

    1. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)“pajjiż li jirrapporta” ifisser l-Istat Membru li jittrasmetti data lill-Eurostat;

    (2)“awtoritajiet nazzjonali” ifissru istituti nazzjonali tal-istatistika u korpi oħra responsabbli f'kull Stat Membru biex jipproduċu statistiċi tal- Ö Ewropej Õ;

    (3)“ferrovija” tfisser linja ta' komunikazzjoni magħmula minn binarji esklussivament għall-użu ta' vetturi tal-ferrovija;

    (4)“vettura tal-ferrovija” tfisser tagħmir mobbli li jopera esklussivament fuq il-binarji, li jimxi bis-saħħa tiegħu stess (vetturi tractive) jew li jinġibed minn vettura oħra (karozzi tal-linja privati, karrijiet tar-railcar, vannijiet u vaguni);

    (5)“impriża ferrovjarja” tfisser kwalunkwe impriża pubblika jew privata li tipprovdi servizzi għat-trasport ta' merkanzija u/jew passiġġieri fuq il-binarji. Impriżi li nnegozju tagħhom huwa biss li jipprovdu servizzi għat-trasport ta' passiġġieri bilmetro, tram u/jew light rail huma esklużi;

    (6)“trasport ta merkanzija bil-ferrovija” ifisser il-moviment ta' merkanzija permezz ta' vetturi tal-ferrovija bejn il-post ta' tagħbija u l-post tal-ħatt;

    (7)“trasport ta' passiġġieri bil-ferrovija” ifisser il-moviment ta' passiġġieri permezz ta' vetturi tal-ferrovija bejn il-post tal-imbark u l-post tal-iżbark. It-trasport ta' passiġġieri bil-metro, tram u/jew light rail huwa eskluż;

    (8)"metro" (magħruf ukoll bħala “subway”, “linja tal-ferrovija metropolitana” jew “sotterran”) tfisser linja tal-ferrovija tal-elettriku għat-trasport ta' passiġġieri b'kapaċita ta' volum kbir ta' traffiku u karatterizzata permezz ta' drittijiet ta' mogħdija esklussivi, ferroviji b'ħafna vaguni, aċċellerazzjoni b'veloċita għolja u rapida, sinjalar sofistikat kif ukoll l-assenza ta' qsim tal-linja fuq livell wieħed biex tiġi permessa frekwenza għolja ta' ferroviji u tagħbija kbira ta' pjattaforma. Il-metros huma karatterizzati wkoll minn stazzjonijiet viċin xulxin, li normalment ifisser distanza ta' 700 sa 1 200 m bejn l-istazzjonijiet. “Veloċita għolja” tirreferi għall-paragun ma' trammijiet u light rail, u tfisser hawnhekk approssimament 30 sa 40 km/h fuq distanzi iqsar, 40 sa 70 km/h fuq distanzi itwal;

    (9)“tram (streetcar)” tfisser vettura tat-triq tal-passiġġieri disinjata biex joqogħdu aktar minn disa' persuni (inkluż is-sewwieq), li hija konnessa ma' kondutturi tal-elettriku jew taħdem permezz ta' magna tad-diesel u li timxi fuq il-binarji;

    (10)light rail” tfisser ferrovija għat-trasport ta' passiġġieri li ħafna drabi tuża karozzi li jimxu fuq il-binarji li jaħdmu bl-elettriku li joperaw weħidhom jew f'ferroviji qosra fuq linji b'żewġ binarji fissi. Ġeneralment ikun hemm distanza ta' inqas minn 1 200 m bejn l-istazzjonijiet/waqfiet. Meta mqabbel ma' metros, il-light rail huwa mibni b'mod aktar ħafif, huwa disinjat għal volumi ta' traffiku iżgħar u normalment jivvjaġġa b'inqas veloċità. Huwa xi kultant diffiċli li ssir distinzjoni preċiża bejn light rail u trammijiet; it-trammijiet ġeneralment mhumiex mifruda mit-traffiku tat-triq, filwaqt li light rail jista' jiġi mifrud minn sistemi oħra;

    (11)“trasport nazzjonali” tfisser trasport bil-ferrovija bejn żewġ postijiet (post ta' tagħbija u imbark u post ta' ħatt/żbark) lokalizzat fil-pajjiż li jirrapporta. Jista' jinvolvi transitu f'pajjiż ieħor;

    (12)“trasport internazzjonali” tfisser trasport bil-ferrovija bejn post (ta' tagħbija/imbark jew ta' ħatt/żbark) fil-pajjiż li qed jirrapporta u post (ta' tagħbija/imbark jew ta' ħatt/żbark) f'pajjiż ieħor;

    (13)“transitu” ifisser trasport bil-ferrovija li jgħaddi mill-pajjiż li qed jirrapporta bejn żewġ postijiet (post ta' tagħbija u imbark u post ta' ħatt/żbark) li jinstabu barra millpajjiż li jirrapporta. Operazzjonijiet ta' trasport li jinvolvu tagħbija/imbark jew ħatt/żbark ta' merkanzija/passiġġieri fil-fruntiera tal-pajjiż li qed jirrapporta minn/fuq mod ieħor ta' trasport mhumiex meqjusa bħala transitu;

    (14)“passiġġier tal-ferrovija” tfisser kull persuna, minbarra membri ta'l-ekwipaġġ talferrovija, li jagħmel vjaġġ bil-ferrovija. Għal statistika ta' inċidenti, passiġġieri li jipprovaw jimbarkaw/jiżbarkaw fuq/minn fuq ferrovija li qed timxi huma inklużi;

    (15)“numru ta' passiġġieri” tfisser l-għadd ta' vjaġġi minn passiġġieri tal-ferrovija, fejn kull vjaġġ huwa definit bħala l-moviment minn post ta' imbark sal-post tal-iżbark, bi trasferimenti jew mingħajr trasferimenti minn vettura waħda tal-ferrovija għal fuq oħra. Jekk passiġġieri jużaw is-servizzi ta' aktar minn impriża waħda tal-ferrovija, fejn ikun possibbli ma jiġux magħduda aktar minn darba;

    (16)“passiġġier-kilometru” tfisser l-unità ta' miżuri li tirrappreżenta t-trasport ta' passiġġier wieħed permezz tal-ferrovija fuq distanza ta' kilometru wieħed. Għandha titqies biss id-distanza fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż li qed jirrapporta;

    (17)“piż" tfisser il-kwantità ta' merkanzija espressa f'tunnellati (1 000 kilogramma). Il-piż li jrid jitqies jinkludi, b'żieda mal-piż tal-merkanzija trasportata, il-piż tal-materjal użat għall-ipakkjar u t-toqol tare ta” kontenituri, swap bodies, sodod ċatti tal-injam (pallets) kif ukoll vetturi tat-triq trasportati bil-ferrovija matul il-kors ta' operati ta' trasport kombinati. Jekk il-merkanzija hija trasportata permezz tas-servizzi ta' aktar minn impriża waħda tal-ferrovija, meta jkun possibbli t-toqol ta' merkanzija ma tiġix magħduda aktar minn darba;

    (18)“tunnellata mettrika-kilometru” tfisser l-unità ta' miżura ta' trasport ta' merkanzija li tirrappreżenta t-trasport ta' tunnellata mettrika waħda (1 000 kilogramma) ta' merkanzija permezz tal-ferrovija fuq distanza ta' kilometru wieħed. Għandha titqies biss id-distanza fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż li qed jirrapporta;

    (19)“tren” tfisser vettura waħda jew aktar tal-ferrovija li jinġibdu minn lokomottiva jew railcar waħda jew aktar li tivvjaġġa waħedha, li topera skond numru prestabbilit jew indikat speċifikament minn punt inizjali fiss sa punt terminali fiss. Lokomottiva żgħira, jiġifieri lokomottiva li tivvjaġġa waħedha, mhijiex meqjusa tren;

    (20)“tren-kilometru” tfisser l-unità ta' miżura li tirrappreżenta l-moviment ta' tren fuq kilometru wieħed. Id-distanza wżata hija d-distanza li tkun attwalment imxiet, jekk disponibbli, inkella d-distanza tan-network stabbilita bejn l-oriġini u d-destinazzjoni għandha tintuża. Għandha titqies biss id-distanza fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż li qed jirrapporta;

    (21)“tagħbija sħiħa tal-ferrovija” tfisser kull kunsinja li tikkomprendi tagħbija ta' vagun waħda jew aktar trasportati fl-istess ħin minn l-istess mittent (sender) fl-istess stazzjon u tintbagħat mingħajr l-ebda bidla fil-komposizzjoni tat-tren lill-indirizz talistess destinatarju fl-istess stazzjon tad-destinazzjoni;

    (22)“tagħbija sħiħa tal-vagun” tfisser kull kunsinja ta' merkanzija għal liema l-użu esklussiv ta' vagun huwa meħtieġ, kemm jekk il-kapaċita totali ta' tagħgija hija utilizzata jew le;

    (23)“UEG (Unità Ekwivalenti ta' Għoxrin-pied)” tfisser unità standard ibbażata fuq kontenitur ISO twil 20 pied (6.10 m), użata bħala miżura tal-istatistika tal-fluss tattraffiku jew kapaċitajiet. Kontenitur wieħed standard 40' ISO Serje 1 huwa ugwali għal żewġ UEG. Swap bodies ta' inqas minn 20 pied huma ekwivalenti għal 0,75 UEG, bejn 20 pied u 40 pied għal 1,5 UEG u aktar minn 40 pied għal 2,25 UEG.

    ê 2032/2016 Art. 1.1.(b)

    2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità malArtikolu 10 rigward l-emendar ta' dan l-Artikolu sabiex tadatta d-definizzjonijiet tekniċi li jinsabu filpunti 8, 9 10, 21, 22 u 23 tal-paragrafu 1, u tipprevedi definizzjonijiet tekniċi addizzjonali meta jkun meħtieġ biex jitqiesu żviluppi ġodda li jirrikjedu d-definizzjoni ta' ċertu livell ta' dettall tekniku sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni tal-istatistika.

    Meta teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika debitament l-azzjonijiet statistiċi previsti f'dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn adatt, ta' analiżi tal-kosteffettività, inkluż valutazzjoni talpiż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 14(3)(c) tarRegolament (KE) Nru 223/2009.

    ê 91/2003

    Artikolu 4

    Il-ġbir ta' data

    1. L-istatistiċi li jridu jinġabru huma stabbiliti fl-Annessi ma' dan ir-Regolament. Għandhom ikopru t-tipi ta' data li ġejjin:

    (a)l-istatistiċi annwali dwar it-trasport tal-merkanzija – rappurtaġġ iddettaljat (lAnness I);

    ê 91/2003

    (b)l-istatistiċi annwali dwar it-trasport tal-passiġġieri – rappurtaġġ iddettaljat (lAnness II);

    ê 91/2003

    (ċ)l-istatistiċi ta' kull tliet xhur dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri (lAnness III);

    (d)l-istatistiċi reġjonali dwar it-trasport tal-merkanzija u l-passiġġieri (l-Anness IV);

    (e)l-istatistiċi dwar il-fluss tat-traffiku fuq in-network tal-ferroviji (l-Anness V).

    ê 2032/2016 Art. 1.2(b)

    2. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw skont l-Annessi I u II d-data dwar impriżi li għandhom:

    (a)volum totali ta' trasport ta' merkanzija ta' mill-anqas 200 000 000 tunnellata mettrika-kilometrujew mill-anqas 500 000 tunnellata;

    (b)volum totali ta' trasport ta' passiġġieri ta' mill-anqas 100 000 000 passiġġier-km.

    Ir-rapportar taħt l-Annessi I u II għandu jkun fakultattiv fir-rigward ta' impriżi li jaqgħu taħt il-livelli limitu msemmija fil-punti (a) u (b).

    ê 2032/2016 Art. 1.2(c)

    3. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw skont l-Anness VIII id-data kollha għall-impriżi li jaqgħu taħt il-limit msemmija fil-paragrafu 2 jekk dik id-data ma tiġix irrapportata skont lAnnessi I u II, kif speċifikat fl-Anness VIII.

    ê 91/2003

    4. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-merkanzija għandha tiġi kklassifikata skond lAnness VI. Il-merkanzija perikoluża għandha tiġi kklassifikata wkoll skond l-Anness VII.

    ê 219/2009Art. 1 u Anness 4(4)

    5.    Il-kontenut tal-Annessi jista' jiġi adattat mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

    ê 91/2003

    Artikolu 5

    L-għejun tad-data

    1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw organizzazzjoni pubblika jew privata sabiex tieħu sehem fil-ġbir tad-data meħtieġa skont dan ir-Regolament.

    2. Id-data meħtieġa tista' tinkiseb bl-użu ta' kwalunkwe kumbinazzjoni tal-għejun li ġejjin:

    (a)l-istħarriġiet obbigatorji;

    ê 2016/2032 Art. 1.3

    (b)data amministrattiva, li tinkludi d-data miġbura mill-awtoritajiet regolatorji, b'mod partikolari l-polza tat-tagħbija tal-merkanzija ferrovjarja jekk tkun disponibbli;

    ê 91/2003 (adattat)

    (c)il-proċeduri ta' stimi msejsa fuq statistika;

    (d)id-data pprovduta mill-organizzazzjonijiet professjonali fl-industrija tal-ferroviji;

    (e)studji ad hoc.

    3. L-awtoritajiet Ö nazzjonali Õ għandhom jieħdu miżuri sabiex jikkoordinaw lgħejun taddata użati u sabiex jiżguraw il-kwalità tal-istatistika mibgħuta lill-Eurostat.

    Artikolu 6

    It-trasmissjoni tal-istatistika lill-Eurostat

    1. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Eurostat l-istatistika msemmija fl-Artikolu 4.

    2. L-arranġamenti biex titbagħat l-istatistika msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura Ö ta' eżami Õ msemmija fl-Artikolu 11(2).

    ê 2016/2032 Art. 1.4

    Artikolu 7

    Tixrid

    L-istatistika bbażata fuq id-data speċifikata fl-Annessi I sa V, u VIII għandha tiġi mxerrda mill-Kummissjoni (Eurostat).

    Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti għattixrid tar-riżultati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità malproċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

    ê 91/2003 (adattat)

    Artikolu 8

    Il-kwalità tal-istatistika

    1. Sabiex jgħin lill-Istati Membri jżommu l-livell ta' kwalità fl-istatistika fl-isfera tal-kontroll tat-trasport bil-ferrovija, l-Eurostat għandha tiżviluppa u tippubblika rakkommandazzjonijiet metodoloġiċi. Dawk ir-rakkommandazzjonijiet għandhom iqisu laħjar Ö prattiki Õ talawtoritajiet nazzjonali, tal-impriżi tal-ferroviji u talorganizzazzjonijiet professjonali tal-industrija tal-ferroviji.

    ê 2016/2032 Art. 1.5(a)

    2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità taddata mibgħuta.

    ê 91/2003 (adattat)

    3. Il-kwalità tad data statistika għandha tiġi vvalutata mill-Eurostat. Għal dak il-għan, fuq talba mill-Eurostat, l-Istati Membri għandhom Ö jipprovdu Õ tagħrif dwar il-metodi użati fit-tħejjija tal-istatistika.

    ê 2016/2032 Art. 1.5(b)

    4. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-kriterji ta' kwalità li għandhom jiġu applikati għaddata li għandha tintbagħat huma dawk imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

    5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw larranġamenti dettaljati, l-istruttura, il-perjodiċità u l-elementi ta' komparabbiltà għar-rapporti ta' kwalità standard. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

    ê 2016/2032 Art. 1.6

    Artikolu 9

    Rapporti dwar l-implimentazzjoni

    Sal-31 ta' Diċembru 2020 u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar żviluppi futuri.

    F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni rilevanti provduta mill-Istati Membri li tirrigwarda l-kwalità tad-data mibgħuta, il-metodi li jintużaw għall-ġbir tad-data u informazzjoni dwar il-potenzjal għal titjib u dwar il-ħtiġijiet tal-utenti.

    B'mod partikolari, dak ir-rapport għandu:

    (a)jivvaluta l-benefiċċji għall-Unjoni, għall-Istati Membri u għall-fornituri u l-utenti tattagħrif statistiku, tal-istatistika mħejjija, meta mqabbla mal-ispejjeż tagħhom;

    (b)jivvaluta l-kwalità tad-data mibgħuta, il-metodi użati għall-ġbir taddata u l-kwalità tal-istatistika prodotta.

    ê 2016/2032 Art. 1.7

    Artikolu 10

    Eżerċizzju tad-delega

    1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għallkondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

    2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2) għandha tingħata lillKummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mit-13 ta' Diċembru 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew ilKunsill joġġezzjonaw għal dik l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

    3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm iddelega tassetgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak talpubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

    4. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar itTfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

    5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lillParlament Ewropew u lill-Kunsill.

    6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak latt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi' dak il-perijodu, ilParlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

    ê 2016/2032 Art. 1.8

    Artikolu 11

    Proċedura ta' kumitat

    1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tarRegolament (UE) Nru 182/2011.

    2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Artikolu 12

    Tħassir

    Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 huwa mħassar.

    Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinfthemu bħala referenzi għal dan irRegolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness X.

    ê 91/2003 (adattat)

    Artikolu 13

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-Ö għoxrin Õ jum wara dak talpubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Ö Unjoni Ewropea Õ.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    (1) COM(87) 868 PV.
    (2) Ara l-Anness 3 tal-Parti A tal-Konklużjonijiet.
    (3) Imdaħħal fil-programm leġiżlattiv għall-2017.
    (4) Ara l-Anness IX ta' din il-proposta.
    (5) ĠU C […], […], p. […].
    (6) Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1).
    (7) Ara l-Anness IX.
    (8) Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tallinji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' linfrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-linji talferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).
    (9) Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
    (10) Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Marzu 2009 dwar lIstatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju talIstatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni talKunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika talKomunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
    (11) (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
    (12) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tależerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
    Top

    Brussell, 30.6.2017

    COM(2017) 353 final

    ANNESSI

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (Riformulazzjoni)


    ê 91/2003

    ANNESS I

    L-ISTATISTIĊI ANNWALI DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA - RAPPURTAĠĠ DETTALJAT

    Il-lista tal-varjanti u tal-unitajiet talkejl

    Il-merkanzija trasportata espressa fi:

    tunnellati metriċi

    tunnellati metriċi-kilometri

    Il-movimenti tat-trenijiet tal-merkanzija espressi fi:

    tren-kilometri

    L-għadd tal-unitajiet tat-trasport intermodali li nġarru espressi fi:

    għadd

    UEG (Unità Ekwivalenti ta' Għoxrin-pied) (għallkontenituri u l-l-korpi tat-tpartit)

    Il-perjodu ta' referenza

    Sena

    Il-frekwenza

    Kull sena

    Il-lista tat-tabelli b'analiżi statistika għal kull tabella

    It-Tabella I1: il-merkanzija trasportata, skond it-tip tat-trasport

    It-Tabella I2: il-merkanzija trasportata, skond it-tip tal-oġġetti (lAnness VI)

    It-Tabella I3: il-merkanzija trasportata (għat-traffiku internazzjonali u tat-transitu) skond il-pajjiż tat-tagħbija u tal-ħatt

    It-Tabella I4: il-merkanzija trasportata, skond il-kategorija tal-merkanzija perikoluża (l-Anness VII)

    It-Tabella I5: il-merkanzija trasportata, skond it-tip tal-kunsinna (fakoltativ)

    It-Tabella I6: il-merkanzija trasportata f'unitajiet tat-trasport intermodali, skond it-tip tat-trasport u t-tip tal-unità tat-trasport

    It-Tabella I7: l-għadd ta' unitajiet imgħobbija tat-trasport intermodali li nġarru, skond it-tip tat-trasport u t-tip tal-unitajiet tat-trasport

    It-Tabella I8: l-għadd tal-unitajiet battala tat-trasport intermodali li nġarru, skond it-tip tat-trasport u t-tip tal-unità tat-trasport

    It-Tabella I9: il-moviment tat-trenijiet tal-merkanzija

    L-iskadenza għat-trasmissjoni tad-data

    Ħames xhur mit-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta' referenza

    L-ewwel perjodu ta' referenza għat-Tabelli I1, I2 u I3

    2003

    L-ewwel perjodu ta' referenza għat-Tabelli I4, I5, I6, I7, I8 u I9

    2004

    Noti

    1.    It-tip tat-trasport jiġi mqassam wieħed wieħed kif ġej:

    nazzjonali

    internazzjonali - dieħel

    internazzjonali - ħiereġ

    fi transitu

    2.    It-tip tal-kunsinna jista' jitqassam waħda waħda kif ġej:

    tagħbijiet sħaħ tat-trenijiet

    tagħbijiet sħaħ tal-vaguni

    oħrajn

    3.    It-tip tal-unitajiet tat-trasport jista' jitqassam wieħed wieħed kif ġej:

    il-kontenituri u swap bodies

    nofs-karrijiet (mhux akkumpanjati)

    vetturi tat-triq (akkumpanjati)

    4.    Għat-Tabella I3, l-Eurostat u l-Istati Membri jistgħu jagħmlu arranġamenti sabiex jiffaċilitaw il-konsolidazzjoni tad-data li toriġina mill-impriżi fi Stati Membri oħrajn, sabiex tiġi żgurata lkoerenza ta' dik id-data.

    5.    Għat-Tabella I4, l-Istati Membri għandhom jindikaw liema kategorija tat-traffiku, jekk ikun hemm, mhumiex koperti mid-data.

    6.    Għat-Tabelli minn I2 sa I8 meta ma jkunx disponibbli tagħrif komplet dwar it-trasport tat-transitu l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data kollha disponibbli.

    _____________

    ê 2016/2032 Art. 1.11 u Anness I

    ANNESS II

    STATISTIKA ANNWALI DWAR IT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI — RAPPURTAR DETTALJAT

    Lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl

    Passiġġieri ttrasportati espressi fi:

    numru ta' passiġġieri

    passiġġieri-kilometri

    Movimenti tal-ferroviji tal-passiġġieri espressi fi:

    tren-kilometri

    Perijodu ta' referenza

    Sena

    Frekwenza

    Kull sena

    Il-lista ta' tabelli b'analiżi dettaljata għal kull tabella

    Tabella II1: il-passiġġieri trasportati, skont it-tip tat-trasport

    Tabella II2: il-passiġġieri internazzjonali trasportati, skont il-pajjiż talimbark u l-pajjiż tal-iżbark

    Tabella II3: movimenti tal-ferroviji tal-passiġġieri

    L-iskadenza għat-trażmissjoni taddata

    Tmien xhur wara t-tmiem tal-perijodu ta' referenza

    L-ewwel perijodu ta' referenza

    2016

    Noti

    1.It-tip tat-trasport jitqassam wieħed wieħed kif ġej:

    nazzjonali

    internazzjonali

    2.Għat-Tabelli II1 u II2, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw data li tinkludi l-informazzjoni mill-bejgħ ta' biljetti barra mill-pajjiż tar-rappurtar. Din linformazzjoni tista' tinkiseb jew direttament mill-awtoritajiet nazzjonali ta' pajjiżi oħra jew permezz tal-arranġamenti internazzjonali tal-kumpens għallbiljetti.

    _____________

    ê 91/2003

    ANNESS III

    L-ISTATISTIĊI TA' KULL KWART TA' SENA DWAR IT-TRASPORT TALMERKANZIJA U TAL-PASSIĠĠIERI

    Il-lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl

    Il-merkanzija trasportata espressa fi:

    tunnellati metriċi

    tunnellati metriċi-kilometri

    Il-passiġġieri trasportati fi:

    in-numru ta' passiġġieri

    passiġġieri-kilometri

    Il-perjodu ta' referenza

    Kwart tas-sena

    Il-frekwenza

    Kull kwart tas-sena

    Il-lista tat-tabelli b'analiżi dettaljata għal kull tabella

    It-Tabella III1: il-merkanzija trasportata

    It-Tabella III 2: il-passiġġieri trasportati

    L-iskadenza għat-trasmissjoni tad-data

    Tliet xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza

    L-ewwel perjodu ta' referenza

    L-ewwel kwart tas-sena 2004

    Noti

    1.    It-Tabelli III1 u III2 jistgħu jiġu rrappurtati fuq il-bażi ta' data proviżorja, inklużi stimi. Għat-Tabella III2, lIstati Membri jistgħu jirrappurtaw data msejsa fuq ilbejgħ tal-biljetti fil-pajjiż tarrappurtaġġ jew kull sors ieħor disponibbli.

    2.    Din l-istatistika għandha tiġi fornita għall-impriżi koperti millAnnessi I u II.

    _____________

    ANNESS IV

    L-ISTATISTIĊI REĠJONALI DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA U LPASSIĠĠIERI

    Il-lista tal-varjanti u tal-unitajiet talkejl

    Il-merkanzija trasportata espressa fi:

    tunnellati metriċi

    Il-passiġġieri trasportati espressi fi:

    in-numru ta' passiġġieri

    Il-perjodu ta' referenza

    Sena

    Il-frekwenza

    Kull ħames snin

    Il-lista tat-tabelli b'analiżi dettaljata għal kull tabella

    It-Tabella IV1: it-trasport nazzjonali tal-merkanzija skont ir-reġjun tattagħbija u r-reġjun tal-ħatt (NUTS 2)

    It-Tabella IV2: it-trasport internazzjonali tal-merkanzija skont irreġjun tat-tagħbija u r-reġjun tal-ħatt (NUTS 2)

    It-Tabella IV3: it-trasport nazzjonali tal-passiġġieri skont ir-reġjun talimbark u r-reġjun tal-iżbark (NUTS 2)

    It-Tabella IV4: it-trasport tal-passiġġieri internazzjonali skont irreġjun tal-imbark u r-reġjun tal-isżbark (NUTS 2)

    L-iskadenza għat-trasmissjoni tad-data

    12-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza

    L-ewwel perjodu ta' referenza

    2005

    Noti

    1.    Meta l-post tat-tagħbija jew tal-ħatt (it-Tabelli IV1, IV2) jew limbark jew l-iżbark (it-Tabelli IV3, IV4) ikun barra miż-Żona Ekonomika Ewropea, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw biss liema huwa l-pajjiż.

    2.    Sabiex tassisti lill-Istati Membri fit-tħejjija ta' dawn it-tabelli, lEurostat għandha tipprovdi lill-Istati Membri lista tal-kodiċijiet talistazzjonijiet UIC u l-kodiċijiet ekwivalenti tan-NUTS.

    3.    Għat-Tabelli IV3 u IV4, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw data msejsa fuq il-bejgħ tal-biljetti jew fuq kull sors ieħor disponibbli.

    4.    Dawn l-istatistiċi għandhom jiġu forniti għall-impriżi koperti millAnnessi I u II.

    _____________

    ANNESS V

    L-ISTATISTIĊI DWAR IL-FLUSSI TAT-TRAFFIKU FUQ IN-NETWORK TAL-FERROVIJI

    Il-lista tal-varjanti u tal-unitajiet talkejl

    It-trasport tal-merkanzija

    l-għadd ta' trenijiet

    It-trasport tal-passiġġieri:

    l-għadd ta' trenijiet

    Oħrajn (it-trenijiet li joffru servizz, eċċ.) (fakoltattiv):

    l-għadd ta' trenijiet

    Il-perjodu ta' referenza

    Sena

    Il-frekwenza

    Kull ħames snin

    Il-lista tat-tabelli b'analiżi dettaljata għal kull tabella

    It-Tabella V1: it-trasport tal-merkanzija, skont is-segment tan-network

    It-Tabella V2: it-trasport tal-passiġġieri, skont is-segment tan-network

    It-Tabella V3: oħrajn (it-trenijiet li joffru servizz, eċċ.), skont is-segment tan-network (mhux obbligatorju)

    L-iskadenza għattrasmissjoni taddata

    18-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien tar-riferiment

    Il-perjodu ta' referenza

    2005

    Noti

    1.    L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu sett ta' segmenti tan-network sabiex jinkludu mill-inqas in-network trans-Ewropea (TEN) tal-ferroviji fit-territorju nazzjonali tagħhom. Għandhom jikkomunikaw lill-Eurostat:

    il-koordinati ġeografiċi u data oħra meħtieġa sabiex jiġi identifikat u mmappjat kull segment kif ukoll irrabtiet bejn is-segmenti,

    it-tagħrif dwar il-karatteristiċi (inkluża l-kapaċità) tat-trenijiet li jużaw kull segment tan-network.

    2.    Kull segment li jagħmel parti min-network (TEN) għandu jiġi identifikat permezz ta' attribut addizzjonali firreġistrazzjoni tad-data, sabiex it-traffiku talferrovija bit-TEN ikun jista' jiġi kkwanitifikat.

    _____________

    ê 1304/2007 Art. 3 u Anness

    ANNESS VI

    NST 2007

    Diviżjoni

    Deskrizzjoni

    01

    Prodotti tal-agrikoltura, tal-kaċċa u tal-forestrija; ħut u prodotti oħra tas-sajd

    02

    Faħam u lignite; żejt mhux raffinat u gass naturali

    03

    Metalli mhux maħduma u prodotti oħra tal-minjieri u tal-barrieri; pit; uranju u torju

    04

    Prodotti tal-ikel, xorb u tabakk

    05

    Tessuti u prodotti tat-tessuti; ġilda u prodotti tal-ġilda

    06

    Injam u prodotti tal-injam u tas-sufra (għajr għamara); oġġetti magħmulin mittiben u materjal tal-immaljar; polpa, karta u prodotti tal-karta; materjal stampat u materjal irrekordjat

    07

    Kokk u prodotti taż-żejt irraffinat

    08

    Kimiċi, prodotti kimiċi, u fibri magħmula mill-bniedem; gomma u prodotti talplastik; fjuwil nukleari

    09

    Prodotti oħra minerali li m’humiex metalliċi

    10

    Metalli bażiċi; prodotti fabbrikati mill-metall, għajr makkinarju u tagħmir

    11

    Makkinarju u tagħmir n.e.c.; makkinarju tal-uffiċċji u kompjuters, makkinarju u apparat elettriku n.e.c.; tagħmir u apparat tar-radju, tat-televiżjoni u talkomunikazzjoni; strumenti mediċi, ta’ preċiżjoni u ottiċi; arloġġi

    12

    Tagħmir tat-trasport

    13

    Għamara; oġġetti oħra mmanifatturati n.e.c.

    14

    Materja prima sekondarja; skart muniċipali u tip ieħor ta’ skart

    15

    Posta, pakketti postali

    16

    Tagħmir u materjal utilizzat għat-trasport tal-merkanzija

    17

    Oġġetti trasportati waqt il-ġarr minn djar u uffiċċji; bagalji trasportati separatament mill-passiġġieri; vetturi bil-mutur li jinġarru għat-tiswija; oġġetti oħra li ma jkunux għas-suq n.e.c.

    18

    Merkanzija raggruppata: taħlita ta’ tipi ta’ merkanzija li huma ttrasportati flimkien

    19

    Merkanzija mhux identifikabbli: merkanzija li għal xi raġuni ma tistax tiġi identifikata u għalhekk ma tistax tiġi assenjata lill-gruppi 01 – 16

    20

    Merkanzija oħra n.e.c.

    _____________

    ê 91/2003

    ANNESS VII

    IL-KLASSIFIKA TAL-MERKANZIJA PERIKOLUŻA

    1.    L-isplussivi

    2.    Il-gassijiet, ikkompressati, likwefatti jew maħlula taħt il-pressa

    3.    Il-likwidi fjammabbli

    4.1.    Is-solidi fjammabbli

    4.2.    Is-sustanzi li jistgħu jaqbdu b'mod spontanju

    4.3.    Is-sustanzi li jtajru gassijiet fjammabbli mal-kuntatt mal-ilma

    5.1.    Is-sustanzi tal-ossidazzjoni

    5.2.    Il-perossidi organiċi

    6.1.    Is-sustanzi tossiċi

    6.2.    Is-sustanzi suġġetti li jikkaġunaw infezzjonijiet

    7.    Il-materjal radjoattiv

    8.    Il-materjali korrużivi

    9.    Sustanzi mixellanji oħra perikolużi

    Nota:

    Dawn il-kategoriji huma dawk iddefiniti fir-regolamenti li jirrigwardaw it-trasport internazzjonali ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija, is-soltu magħrufa bħala r-RID, kif adottati skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 .

    _____________

    ê 2016/2032 Art. 1.12 u Anness II

    ANNESS VIII

    Tabella VIII.1

    LIVELL TAL-ATTIVITÀ TA' TRASPORT FIT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA

    Lista tal-varjanti u talunitajiet tal-kejl

    Merkanzija trasportata espressa fi:

    tunnellati totali

    tunnellati metriċi-kilometri totali

    Movimenti tal-ferroviji tal-merkanzija espressi fi:

    tren-kilometri totali

    Perijodu ta' referenza

    Sena

    Frekwenza

    Kull sena

    Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

    Ħames xhur mit-tmiem tal-perjodu ta' referenza

    L-ewwel perijodu ta' referenza

    2017

    Noti

    Għall-impriżi biss li għandhom volum totali ta' trasport ta' merkanzija ta' anqas minn 200 miljun tunnellata metrika-kilometru u anqas minn 500 000 tunnellata u li ma jirrapportawx skont lAnness I (rappurtar dettaljat).

    Tabella VIII.2

    LIVELL TAL-ATTIVITÀ TA' TRASPORT FIT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI

    Lista tal-varjanti u talunitajiet tal-kejl

    Passiġġieri trasportati espressi fi:

    passiġġieri totali

    passiġġieri-kilometri totali

    Movimenti tal-ferroviji tal-passiġġieri espressi fi:

    ferroviji-kilometri totali

    Perijodu ta' referenza

    Sena

    Frekwenza

    Kull sena

    Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

    Tmien xhur mit-tmiem tal-perijodu ta' referenza

    L-ewwel perijodu ta' referenza

    2017

    Noti

    Biss għall-impriżi li għandhom volum totali ta' trasport ta' passiġġieri ta' anqas minn 100 miljun passiġġier-kilometru u li ma jirrapportawx skont l-Anness II (rappurtar dettaljat).

    _____________

    é 

    ANNESS IX

    Ir-Regolament imħassar b'lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

    Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
    (ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1)

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2003
    (
    ĠU L 167, 4.7.2003, p. 13)

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1304/2007
    (
    ĠU L 290, 8.1.2007, p. 14)

    L-Artiklu 3 biss

    Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
    (
    ĠU L 87, 31.1.2009, p. 109)

    Il-punt 4.4 tal-Anness biss

    Regolament (UE) 2016/2032 tal-Parlament Ewropew u talKunsill
    (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 105)

    _____________

    ANNESS X

    Tabella ta' korrelazzjoni

    Regolament (KE) Nru 91/2003

    Dan ir-Regolament

    Artikoli 1, 2 u 3

    Artikoli 1, 2 u 3

    Artikolu 4(1), parti introduttorja

    Artikolu 4(1), parti introduttorja

    Artikolu 4(1)(a)

    Artikolu 4(1)(a)

    Artikolu 4(1)(c)

    Artikolu 4(1)(b)

    Artikolu 4(1)(e)

    Artikolu 4(1)(c)

    Artikolu 4(1)(f)

    Artikolu 4(1)(d)

    Artikolu 4(1)(g)

    Artikolu 4(1)(e)

    Artikolu 4(2), (3) u (4)

    Artikolu 4(2), (3) u (4)

    Artikolu 4(5)

    Artikoli 5, 6 u 7

    Artikoli 5, 6 u 7

    Artikolu 8(1)

    Artikolu 8(1)

    Artikolu 8(1a)

    Artikolu 8(2)

    Artikolu 8(2)

    Artikolu 8(3)

    Artikolu 8(3)

    Artikolu 8(4)

    Artikolu 8(4)

    Artikolu 8(5)

    Artikoli 9, 10 u 11

    Artikoli 9, 10 u 11

    Artikolu 12

    Artikolu 13

    Artikolu 13

    Anness A

    Anness I

    Anness C

    Anness II

    Anness E

    Anness III

    Anness F

    Anness IV

    Anness G

    Anness V

    Anness J

    Anness VI

    Anness K

    Anness VII

    Anness L

    Anness VIII

    Anness IX

    Anness X

    _____________

    (1) Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
    Top