This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014DC0332
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS on an EU Strategic Framework on Health and Safety at Work 2014-2020
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali 2014-2020
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali 2014-2020
/* COM/2014/0332 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali 2014-2020 /* COM/2014/0332 final */
KOMUNIKAZZJONI
TAL-KUMMISSJONI EWROPEA LILL-PARLAMENT, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U
SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar
Qafas Strateġiku Ewropew dwar is-Saħħa u s-Sikurezza
Okkupazzjonali 2014-2020 1.
Introduzzjoni — L-isfond L-iżgurar
ta’ ambjent tax-xogħol li huwa sigur u ta’ ġid
għas-saħħa għal aktar minn 217-il miljun ħaddiem fl-UE
huwa mira strateġika tal-Kummissjoni Ewropea, b’ħidma mill-qrib
mal-Istati Membri, l-imsieħba soċjali u l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra
tal-UE. Peress li r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà
tal-ħaddiema huma ġeneralment simili madwar l-UE kollha, hemm rwol
ċar għall-Unjoni fl-għajnuna li tista’ tagħti lill-Istati
Membri sabiex jindirizzaw dawn ir-riskji b’mod aktar effiċjenti u
jiżguraw kundizzjonijiet indaqs madwar l-UE. Dan ir-rwol huwa rikonoxxut
b’mod espliċitu fit-Trattat,[1] li
jagħti lill-Unjoni kompetenza kondiviża sabiex
tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tadotta
direttivi li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi li jtejbu l-ambjent
tax-xogħol biex is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema jkunu
mħarsa. L-azzjoni tal-UE
fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OHS) issuktat
matul is-snin f’qafas politiku strateġiku li jinkludi żewġ
komponenti ewlenin:
korp komprensiv ta’ leġiżlazzjoni
tal-UE li jkopri l-aktar riskji okkupazzjonali sinifikanti u li jipprovdi
definizzjonijiet, strutturi u regoli komuni li jkunu adattati mill-Istati
Membri għaċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti tagħhom;
u
sensiela ta’ programmi ta’ azzjoni
pluriennali bejn l-1978 u l-2002, segwita minn strateġiji Ewropej (li
jkopru l-2002 sal-2006 u l-2007 sal-2012), biex jiġu identifikati
l-prijoritajiet u l-għanijiet komuni, jiġi pprovdut qafas
għall-koordinazzjoni ta’ politiki nazzjonali u tiġi promossa
kultura olistika ta’ prevenzjoni. Bħala riżultat
tal-istrateġija 2007-12, 27 Stat Membru stabbilixxew strateġiji
nazzjonali.
Il-prevenzjoni
tar-riskji u l-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet aktar siguri u ta’ ġid
għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol mhumiex biss essenzjali
għat-titjib tal-kwalità tax-xogħol u l-kundizzjonijiet
tax-xogħol, iżda wkoll għall-promozzjoni tal-kompetittività.
Il-fatt li l-ħaddiema jinżammu b’saħħithom għandu
impatt pożittiv dirett u evidenti fuq il-produttività, u jikkontribwixxi
għat-titjib tas-sostenibbiltà ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali. Li
l-ħaddiema ma jitħallewx iġarrbu inċidenti serji jew ibatu
minn mard okkupazzjonali u li tingħata promozzjoni lis-saħħa
tal-ħaddiema tul ħajjithom fuq ix-xogħol, mill-ewwel impjieg
tagħhom ’il quddiem, huwa essenzjali biex ikunu jistgħu jaħdmu
iktar fit-tul. Għaldaqstant dan jikkontribwixxi għall-indirizzar
tal-effetti fit-tul tat-tixjiħ demografiku, f’konformità
mal-għanijiet tal-istrateġija Ewropea għall-2020 għal tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.[2] B’mod
partikolari, il-Linja Gwida dwar l-Impjieg 7 enfasizzat il-promozzjoni
tal-kwalità tax-xogħol. Il-Pakkett tax-Xogħol[3]
enfasizza li t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għandu impatt
pożittiv fuq il-produttività u l-kompetittività. L-investiment
fl-OHS jikkontribwixxi għall-benesseri tal-ħaddiem u huwa
kosteffiċjenti. Skont stimi reċenti, l-investimenti f’dan il-qasam
jistgħu jipproduċu proporzjonijiet għoljin ta’ redditu, b’medja
ta’ 2.2,[4] u
f’medda ta’ madwar 1.29 u 2.89.[5] Ir-riżultati
tal-evalwazzjoni tal-istrateġija għall-OHS 2007-12[6]
jikkonfermaw il-valur ta’ qafas strateġiku tal-UE għal azzjoni
politika fil-qasam tal-OHS u juru appoġġ qawwi mill-partijiet
interessati għal approċċ strateġiku kontinwu fil-livell
tal-UE. L-evalwazzjoni tenfasizza l-ħtieġa ta’ reviżjoni
tal-għanijiet, tal-prijoritajiet u tal-metodi ta’ ħidma biex il-qafas
politiku tal-UE jiġi adattat għall-bidliet fit-tendenzi
tax-xogħol, u għal riskji ġodda u emerġenti. Fl-2013,
il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika online[7] sabiex
tikseb l-opinjonijiet tal-partijiet interessati dwar l-implimentazzjoni
tal-istrateġija preċedenti għall-OHS u dwar x’għandu jsir
fil-ġejjieni. Il-500 tweġiba u aktar ikkonfermaw il-ħtieġa
li tkompli l-koordinazzjoni fil-livell tal-UE f’dan il-qasam u saru
suġġerimenti utli dwar il-kontenut ta’ qafas strateġiku
ġdid. Il-parti l-kbira ta’ dawk li wieġbu qisu li għandu jsir
aktar biex jonqos il-piż amministrattiv u l-ispejjeż ta’ konformità
għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Il-parti
l-kbira ta’ dawk li wieġbu indikaw ukoll li dawn l-għanijiet
għandhom jissuktaw filwaqt li jinżamm livell għoli ta’
konformità mal-prinċipji tal-OHS irrispettivament mid-daqs tal-kumpanija. Fil-proposta
tagħha ta’ qafas strateġiku dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq
il-post tax-xogħol għall-2014-20, il-Kummissjoni ikkunsidrat kif
xieraq bosta kontribuzzjonijiet, kollha favur it-tnedija ta’ inizjattiva
politika strateġika, b’mod partikolari dawk li ġew mill-Parlament
Ewropew,[8]
il-Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà (Advisory Committee
on Safety and Health - ACSH)[9] u
l-Kumitat Għoli tal-Ispettorat tax-Xogħol (Senior Labour Inspectorate
Committee - SLIC)[10]. Biex
il-proċess ta' konsultazzjoni jkun komplut, il-Kummissjoni organizzat
konferenza dwar "il-kondizzjonijiet tax-xogħol"[11] u
ġabret flimkien il-partijiet interessati ewlenin biex jiddiskutu l-isfidi
ewlenin u l-prijoritajiet għat-titjib tas-saħħa u s-sikurezza
fuq il-post tax-xogħol. L-implimentazzjoni
ta’ dan il-qafas strateġiku sejra ssir b’mod parallel mal-evalwazzjoni ex
post tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-OHS, li hija mistennija li
tipprovdi konklużjonijiet sa tmiem l-2015. Din l-evalwazzjoni, li hija
meħtieġa mid-Direttiva Qafas 89/391/KEE u hija inkluża
fil-programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni
tal-Kummissjoni (REFIT),[12] sejra
ssaħħaħ il-bażi tal-evidenza għal inizjattivi
ġodda possibbli fil-futur. Għal din ir-raġuni, u minħabba
l-importanza kruċjali ta’ dan l-eżerċizzju, il-qafas strateġiku
attwali ser jiġi rivedut fl-2016 sabiex jikkunsidra bis-sħiħ
ir-riżultati tal-evalwazzjoni, ir-reviżjoni tal-istrateġija
tal-Ewropa għall-2020. Din
il-komunikazzjoni tistabbilixxi l-għanijiet strateġiċi ewlenin u
medda ta' azzjonijiet għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sikurezza
tal-ħaddiema (parti 4), ibbażati fuq l-identifikazzjoni
tal-problemi pendenti (parti 2) u l-isfidi ewlenin (parti 3). 2.
Rendikont — Il-progress u l-problemi pendenti
fis-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol It-titjib miksub
fil-prestazzjoni tal-UE fir-rigward tal-OHS f’dawn l-aħħar 25 sena
jista’ jkun attribwit fil-biċċa l-kbira għal-leġiżlazzjoni
komprensiva u l-azzjonijiet politiċi mnedija u implimentati mill-Unjoni,
l-Istati Membri u l-partijiet interessati bħall-imsieħba
soċjali. Il-parti l-kbira
tal-inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi stipulati
fl-Istrateġija tal-UE għall-OHS 2007‑12 ittieħdu u
twasslu. L-Istrateġija
OHS tal-UE pprovdiet qafas komuni għall-koordinazzjoni u sens komuni ta’
direzzjoni. 27 Stat Membru issa għandhom strateġija nazzjonali għall-OHS,
adattata għall-kuntest nazzjonali u għall-oqsma ta’ prijorità
ewlenin. Bejn l-2007 u l-2011 inkiseb tnaqqis ta' 27.9% fir-rata ta'
inċidenza ta' aċċidenti li jwasslu għal assenza ta' aktar
minn tlett ijiem[13]. L-inizjattivi
ta’ tqajjim tal-għarfien li saru fil-livell tal-UE u anki f’dak nazzjonali
kkontribwew għat-tisħiħ ta’ kultura tal-prevenzjoni tar-riskji. Skont
stħarriġ reċenti tal-Eurobarometru[14],
maġġoranza kbira ta' ħaddiema jesprimu sodisfazzjon fir-rigward
tas-saħħa u s-sikurezza fix-xogħol tagħhom attwali (85%) u
aktar minn tliet kwarti (77%) jistqarru li l-informazzjoni u/jew
it-taħriġ tal-OSH jinsabu disponibbli fuq il-post tax-xogħol
tagħhom. L-evalwazzjoni
tal-istrateġija OSH 2007-12 ikkonfermat li l-implimentazzjoni
tal-Istrateġija tal-UE kienet b'mod ġenerali effettiva u
l-għanijiet ewlenin tagħha nkisbu. L-Istrateġija tal-UE
għenet biex titjieb l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar
l-OHS u l-kjarifika tar-regoli tal-UE. Madankollu, l-implimentazzjoni
għadha sfida, b’mod partikolari għall-SMEs, li għandhom
diffikultà biex jikkonformaw ma’ xi wħud mir-rekwiżiti regolatorji. Barra
minn hekk, kien hemm xi nuqqasijiet, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda
l-impatt fuq il-kumpaniji individwali fil-livell lokali, b’mod speċjali
l-SMEs. Filwaqt li l-awtoritajiet governattivi pparteċipaw b’mod attiv
fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija, kien aktar diffiċli li jiġi
żviluppat sens ta’ appartenenza fost imsieħba oħrajn tal-UE,
b’mod speċjali l-imsieħba soċjali nazzjonali.Il-ġbir
tad-dejta statistika u l-iżvilupp ta’ għodod ta’ monitoraġġ
ma kinux biżżejjed. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni
tal-Istrateġija għall-2007-12 tenfasizza l-ħtieġa
ta’ indirizzar aktar effettiv tal-impatt ta’ azzjonijiet preventivi
speċifiċi fuq kumpaniji individwali (b’mod speċjali l-SMEs),
l-interazzjoni tal-OHS mal-ambjent u l-kimiċi, u l-prevenzjoni effettiva
tal-mard okkupazzjonali u tan-nuqqas ta’ saħħa relatat
max-xogħol. Minkejja
t-tnaqqis sinifikanti fl-inċidenti u prevenzjoni aħjar,
is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol fl-UE għadhom
jeħtieġu aktar titjib. ·
Kull
sena aktar minn 4 000 ħaddiem imutu minħabba inċidenti fuq
il-post tax-xogħol u aktar minn tliet miljun ħaddiem huma vittmi ta’
inċident serju fuq il-post tax-xogħol li jwassal għal assenza
mix-xogħol ta’ aktar minn tlett ijiem[15]. ·
24.2 %
tal-ħaddiema jqisu li s-saħħa u s-sikurezza tagħhom huma
f’riskju minħabba x-xogħol tagħhom, u 25 % iddikjaraw li
x-xogħol kellu effett prinċipalment negattiv fuq saħħithom[16]. ·
Minbarra
t-tbatija umana, l-ispejjeż minħabba l-liv tal-mard relatat
max-xogħol huma għoljin b’mod inaċċettabbli.
Fil-Ġermanja, 460 miljun ġurnata liv tal-mard fis-sena rriżultaw
f’telf stmat ta’ produttività ta’ 3.1 % tal-PDG[17]. ·
L-ispejjeż
għas-sigurtà soċjali attribwibbli għall-mard jew
għall-inċidenti huma wkoll għoljin b’mod inaċċettabli.
Fis-sena fiskali 2010/11, l-ispiża netta tal-gvern fir-Renju Unit biss
kienet stmata għal-£ 2 381 miljun[18]. Biex
tonqos l-iskala ta’ dawn il-problemi, hemm bżonn ta’ azzjoni politika
sostnuta. Il-benefiċċji ekonomiċi u soċjali tal-politika
pubblika dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol,
inkluża r-regolamentazzjoni, huma ddokumentati sew f’termini ta’ inqas
inċidenti, inċidenza aktar baxxa ta’ mard serju u produttività
ogħla. Madankollu meta tittieħed azzjoni, wieħed għandu
jikkunsidra kif xieraq l-ispejjeż għall-kumpaniji. 3.
Liema huma l-isfidi ewlenin? Ir-rendikont
fis-sezzjoni preċedenti juri sfidi ewlenin li huma komuni madwar l-Unjoni
u jeħtieġu aktar azzjoni politika. ·
L-ewwel
sfida: It-titjib tar-rekord ta’ implimentazzjoni tal-Istati Membri, b’mod
partikolari bit-titjib tal-kapaċità tal-intrapriżi mikro u
żgħar li jistabbilixxu miżuri effettivi u effiċjenti ta’
prevenzjoni tar-riskji Hemm
diversi approċċi għall-implimentazzjoni prattika tal-leġiżlazzjoni
dwar l-OHS fost l-Istati Membri. Dan huwa partikolarment rilevanti fir-rigward
tal-grad li fih ir-rekwiżiti jkunu ssodisfati fil-kumpaniji privati u
l-korpi tas-settur pubbliku, fis-setturi differenti tal-attività ekonomika u
fost daqsijiet differenti ta’ kumpaniji. Fil-parti
l-kbira tal-każijiet, l-ambitu u l-effettività tal-ġestjoni tal-OHS
jibqgħu sfida partikolari għall-intrapriżi mikro u
żgħar. L-istabbilimenti ż-żgħar għad
għandhom it-tendenza li juru livelli aktar baxxi ta’ konformità mar-regoli
nazzjonali u Ewropej, u jirrapportaw inqas miżuri ta’ ġestjoni
tal-OHS meta mqabbla mal-istabbilimenti l-kbar.[19] Il-kawżi
ta’ dan huma diversi u jvarjaw minn diffikultà inerenti biex jiġu
rrispettati d-dispożizzjonijiet regolatorji u amministrattivi, spiss
minħabba n-nuqqas ta’ esperjenza disponibbli direttament, sa nuqqas ta’
għarfien tal-obbligi, in-nuqqas ta’ gwida jew defiċjenza fl-infurzar.
L-ispejjeż ta’ konformità huma wkoll ogħla għall-SMEs. Fl-Istrateġija
2007-12, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u
s-Sikurezza Okkupazzjonali (EU-OSHA) żviluppaw gwidi u materjal
prattiċi dwar il-prattika tajba b’appoġġ
għall-implimentazzjoni tal-miżuri tal-OHS fl-SMEs. L-għodda
elettronika interattiva ta’ evalwazzjoni tar-riskji (OiRA)[20]
żviluppata mill-EU-OSHA hija kontribut kbir għall-faċilitazzjoni
tal-konformità tal-SMEs mar-rekwiżiti tal-OHS. Madankollu, hemm bżonn
ta’ sforz aktar konċentrat fil-livell tal-UE u dak nazzjonali. Dawk li
jfasslu l-politiki għandhom jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi u l-limitazzjonijiet
partikolari ta’ intrapriżi mikro u żgħar meta jfasslu jew
jistabbilixxu miżuri regolatorji ta’ OHS. Dawk li jfasslu l-politiki ma
jistgħux jassumu li l-obbligi li jirriżultaw mir-regoli tal-OHS
sejrin ikunu implimentati bl-istess mod mill-intrapriżi kbar u
żgħar, jew li jiswewlhom l-istess. Jeħtieġ
li jkunu stabbiliti soluzzjonijiet aktar sempliċi u aktar effiċjenti
biex tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni tal-intrapriżi mikro u
żgħar, u għalhekk tkun garantita protezzjoni effettiva
tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema fuq il-postijiet
tax-xogħol kollha irrispettivament mid-daqs. Dan jeħtieġ
is-semplifikar tal-leġiżlazzjoni fejn xieraq, u l-għoti ta’
gwida mfassla u appoġġ lill-intrapriżi mikro u żgħar
sabiex tiffaċilita l-valutazzjoni tar-riskji. ·
It-tieni
sfida: It-titjib tal-prevenzjoni ta’ mard relatat max-xogħol permezz
tal-indirizzar tar-riskji eżistenti, ġodda u emerġenti Il-mard
okkupazzjonali, inkluż mard ikkawżat jew aggravat minn
kundizzjonijiet ħżiena tax-xogħol, jitfa’ piż tqil fuq
il-ħaddiema, il-kumpaniji u s-sistemi tas-sigurtà soċjali.[21] L-estimi
l-aktar reċenti disponibbli tal-Organizzazzjoni Internazzjonali
tax-Xogħol (ILO)[22]
jindikaw għadd totali ta’ 159 500 marda fatali relatati
max-xogħol fl-2008 għall-UE‑27, li minnhom il-kanċer kien
il-kawża ewlenija tal-mewt (95 500 każ). Il-fatalitajiet
assoċjati mas-sustanzi kimiċi ammontaw għal kważi nofs
l-imwiet kollha relatati max-xogħol. Il-proporzjon
ta’ kanċers attribwibbli għall-espożizzjoni fuq ix-xogħol
huwa stmat li huwa bejn 4 % u 8.5 %, li, fi Franza
pereżempju, jirrappreżenta bejn 14 000 u 30 000 każ
ġdid fis-sena, b’nofs dawn il-kanċers ikollhom rati ta’ mwiet
għoljin. Ċerti gruppi ta’ ħaddiema huma affettwati b’mod
partikolari, bħall-ħaddiema żgħażagħ u
l-ħaddiema tal-manutenzjoni, li aktar minn 40 % minnhom instabu li
huma esposti għall-karċinoġeni. Saru sforzi kbar
fil-prevenzjoni tal-mard okkupazzjonali u ta’ riskji ġodda jew
emerġenti. Ġiet stabbilita leġiżlazzjoni tal-UE li
tirregola l-kimiċi, bl-għan li jkun iggarantit livell għoli ta’
protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent (REACH[23] u CLP[24]), kif
ukoll bl-għan li tiġi indirizzata l-espożizzjoni
għall-kampi elettromanjetiċi. Fl-istess waqt, ittieħdet azzjoni
mhux leġiżlattiva, li kienet tinkludi t-tixrid tal-informazzjoni,
l-iskambju ta’ prattika tajba u t-tnedija ta’ kampanji pan-Ewropej biennali ta’
tqajjim tal-kuxjenza mill-EU OSHA.[25] Għalkemm
bosta teknoloġiji ġodda u innovazzjonijiet fl-organizzazzjoni
tax-xogħol tejbu b’mod sostanzjali l-benesseri fuq ix-xogħol u l-kundizzjonijiet
tax-xogħol, il-prevenzjoni effettiva ta’ mard relatat max-xogħol
teħtieġ l-antiċipar tal-effetti negattivi potenzjali ta’
teknoloġiji ġodda fuq is-saħħa u s-sikurezza
tal-ħaddiema. L-applikazzjoni industrijali ta’ teknoloġiji ġodda
twassal għal prodotti u proċessi ġodda, li jeħtieġu li
jkunu ttestjati u vverifikati biżżejjed sabiex ikun assigurat li huma
siguri u ma jirrappreżentawx perikli kbar għall-konsumaturi u
l-ħaddiema. In-nanomaterjali huma eżempju wieħed, peress li
jistgħu jkollhom proprjetajiet uniċi li jeħtieġu metodi ta’
ttestjar għat-tossiċità u għodod ta’ tbassir tar-riskji
ġodda mill-fażi tal-iżvilupp tal-prodott ’il quddiem, biex
wieħed ikun ikkunsidra kif xieraq l-aspetti tas-sigurtà. Il-livelli
rrapportati ta’ espożizzjoni għal xi riskji fiżiċi (b’mod
partikolari ‘pożizzjonijiet li joħolqu għeja u uġigħ’
u ‘ċaqliq ripetittiv tal-idejn jew tad-driegħ’) fl-2010 juru li
qegħdin jiżdiedu, b’rabta ma’ żieda ġenerali fl-intensità
tax-xogħol f’dawn l-aħħar għoxrin sena, fatt li jeħtieġ
attenzjoni speċifika għall-iżvilupp ta’ disturbi
muskuloskeletali. Bidliet
fl-organizzazzjoni tax-xogħol ikkawżati mill-iżviluppi
fit-teknoloġija tal-informazzjoni, b’mod partikolari dawk li jippermettu
konnettività kostanti, jiftħu possibbiltajiet enormi għal
proċessi tax-xogħol flessibbli u interattivi. Hemm ukoll diversità
dejjem akbar tal-forza tax-xogħol, kif rifless f’arranġamenti
kuntrattwali atipiċi u mudelli tax-xogħol ġodda, u rata
ogħla ta’ rotazzjoni fix-xogħol assoċjata ma’ kompiti iqsar ta’
xogħol, b’mod speċjali għall-ħaddiema
żgħażagħ. Dawn il-bidliet jeħtieġu attenzjoni
speċifika f’termini ta’ saħħa fiżika u mentali. In-nisa
jistgħu jiffaċċjaw riskji speċifiċi, bħal
disturbi muskuloskeletali jew tipi speċifiċi ta’ kanċer,
minħabba n-natura ta’ ċerti impjiegi fejn huma rrappreżentati
żżejjed.[26] Qafas
strateġiku ġdid għandu, għalhekk, jagħti attenzjoni
partikolari:
lid-disturbi tas-saħħa
psikosoċjali u mentali;
lill-mard okkupazzjonali u relatat
max-xogħol, b’attenzjoni fuq dak l-aktar prevalenti u dak bl-aktar
impatt sinifikanti f’termini ta’ mewt, morbożità u /jew
assenteiżmu, bħal mard ikkawżat mill-asbestos;
lill-kanċers okkupazzjonali,
il-mard tal-pulmun, il-mard tal-ġilda, l-ażżma u
kundizzjonijiet kroniċi oħrajn;
lid-disturbi ergonomiċi u
muskuloskeletali; u
lir-riskji emerġenti marbuta
ma’ teknoloġiji ġodda (eż. nanoteknoloġiji,
bijoteknoloġiji u teknoloġiji ekoloġiċi).
·
It-tielet
sfida: l-indirizzar tal-bidla demografika Il-popolazzjoni
tal-UE qiegħda tixjieħ, bl-għadd ta’ persuni li għandhom 60
sena u aktar fl-UE jiżdiedu b’aktar minn żewġ miljuni kull sena.
Il-popolazzjoni tal-ħaddiema qiegħda tixjieħ ukoll, peress li
l-proporzjon ta’ ħaddiema anzjani impjegati qed jiżdied meta mqabbel
mal-ħaddiema żgħażagħ. Skont it-tbassir demografiku
tal-Eurostat (Europop 2010), il-popolazzjoni tal-ħaddiema ta’ bejn il-55 u
l-64 sena fl-UE-27 hija mistennija li tiżdied b’madwar 16 % bejn
l-2010 u l-2030. Il-White Paper
tal-Kummissjoni dwar il-pensjonijiet titlob estensjoni tal-ħajja
tax-xogħol sabiex jinżammu sistemi ta’ pensjonijiet adegwati u
sostenibbli. Dan ser ikun jeħtieġ kundizzjonijiet tax-xogħol
xierqa.[27] Saħħa
u sikurezza tajbin għall-ħaddiema huma meħtieġa għal
ħajja tax-xogħol sostenibbli u tixjiħ attiv u mimli
saħħa, b’mod speċjali fid-dawl tal-popolazzjoni tax-xogħol
li qiegħda tixjieħ u l-estensjoni tal-ħajja tax-xogħol. Dan
jeħtieġ il-ħolqien ta’ ambjent sigur u tajjeb
għas-saħħa, matul il-ħajja tax-xogħol ta’ forza
tax-xogħol dejjem aktar diversifikata. Il-promozzjoni ta’ kultura ta’
prevenzjoni hija essenzjali biex jinkiseb dan. It-titwil
b’suċċess tal-karrieri jiddependi ħafna fuq adattament xieraq
tal-postijiet tax-xogħol u tal-organizzazzjoni tax-xogħol,
inkluż il-ħinijiet tax-xogħol, l-aċċessibbiltà
tal-post tax-xogħol u interventi fuq il-post tax-xogħol immirati lejn
il-ħaddiema aktar anzjani. L-impjegabbiltà tul il-ħajja għandha tiġi
żviluppata wkoll biex tlaħħaq mat-tibdil fil-kapaċitajiet tal-ħaddiema
minħabba t-tixjiħ. Prodotti u servizzi tal-ICT innovattivi (eż.
għal ‘ħidma’ megħjuna kuntestwalment) joffru medda wiesgħa
ta’ għażliet għat-titjib tal-impjegabbiltà. Barra minn hekk,
miżuri ta’ reintegrazzjoni u rijabilitazzjoni li jippermettu ritorn bikri
għax-xogħol wara inċident jew mard huma meħtieġa biex
tiġi evitata l-esklużjoni permanenti tal-ħaddiema mis-suq
tax-xogħol. 4.
Objettivi strateġiċi ewlenin Biex
tingħata tweġiba b’mod olistiku u transtematiku għat-tliet sfidi
identifikati fis-sezzjoni 3, il-Kummissjoni tipproponi firxa ta’ azzjonijiet li
għandhom ikunu implimentati jew żviluppati f’kollaborazzjoni
mill-qrib mal-Istati Membri, l-imsieħba soċjali u partijiet
interessati oħrajn, miġbura taħt seba’ objettivi
strateġiċi ewlenin. Il-punt safejn dawn l-objettivi huma milħuqa
u l-progress fit-twassil tal-pjan ta’ azzjoni sejrin ikunu s-soġġett
ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni sistematiċi, u sejrin ikunu
kkunsidrati bħala parti mill-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar
l-OHS. 4.1.
Aktar
konsolidazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali Ir-rwol ta’
koordinazzjoni tal-UE huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ u meqjus bħala
referenza kredibbli. L-evalwazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-OHS
2007-12 uriet li 27 Stat Membru stabbilixxew strateġiji nazzjonali
għall-OHS f’konformità mal-Istrateġija tal-UE. Analiżi fil-qosor
tal-istrateġiji nazzjonali wriet li ġeneralment dawn jirriflettu
l-prijoritajiet stabbiliti fl-Istrateġiji tal-UE, bl-adattament
tagħhom għall-kuntest nazzjonali rilevanti. Fil-parti l-kbira
tal-Istati Membri, il-partijiet interessati fil-livell nazzjonali enfasizzaw
ir-rwol tal-Istrateġija tal-UE għall-OHS fit-tqegħid tal-OHS fuq
quddiem tal-aġenda politika nazzjonali u fl-influwenzar tal-proċessi
nazzjonali tat-teħid ta’ deċiżjonijiet f’dan il-qasam. Madankollu hemm
lok għal rwol aktar b’saħħtu u aktar sistematiku tal-UE
fl-appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali,
permezz ta’ koordinazzjoni politika, tagħlim reċiproku, l-użu
ta’ finanzjament mill-UE u l-iżgurar ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni
attwali mill-kumpaniji kollha, irrispettivament mid-daqs. L-Istati Membri huma
mistiedna jikkunsidraw ir-reviżjoni tal-istrateġiji nazzjonali
tagħhom fid-dawl tal-qafas strateġiku l-ġdid tal-UE
għall-OHS, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati rilevanti,
inklużi l-imsieħba soċjali. Azzjonijiet sa
mill-2014: ·
ir-reviżjoni
tal-istrateġiji nazzjonali tal-OHS fid-dawl tal-qafas strateġiku
l-ġdid tal-UE ® Stati
Membri, f’konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, inklużi
l-imsieħba soċjali; ·
l-istabbiliment
ta’ database li tkopri l-oqsfa strateġiċi kollha nazzjonali tal-OHS ® il-Kummissjoni f’kooperazzjoni
mal-EU-OSHA; u ·
il-ħatra
ta’ punti ta’ kuntatt għall-istrateġiji nazzjonali (l-Istati Membri)
li jiltaqgħu b’mod regolari sabiex jidentifikaw u jiskambjaw prattika
tajba ® il-Kummissjoni,
EU-OSHA, l-ACSH u l-SLIC. 4.2.
Il-faċilitazzjoni
tal-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-OHS, b’mod partikolari
mill-intrapriżi mikro u żgħar L-SMEs
għandhom aktar diffikultajiet biex jikkonformaw mar-rekwiżiti
regolatorji f’dan il-qasam. Għaldaqstant, it-titjib fil-kwalità tal-gwidi u
l-għoti ta’ għodod prattiki li jiffaċilitaw il-konformità mal-leġiżlazzjoni
tal-OHS huma kruċjali. Il-ħtiġijiet ta’ intrapriżi mikro u
żgħar jiġu kkunsidrati fl-azzjonijiet ta’ implimentazzjoni
fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, inkluż l-adattament xieraq
tal-għodod bħall-għodda OiRA. Azzjonijiet
sa mill-2014: ·
l-għoti
ta’ appoġġ finanzjarju u tekniku għall-implimentazzjoni tal-OIRA
u ta’ għodod oħrajn ibbażati fuq l-IT fl-Istati Membri,
b’attenzjoni fuq is-setturi ta’ prijorità ® l-Istati Membri, b’appoġġ
mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-EU-OSHA; ·
l-iżvilupp
ta’ gwida u l-identifikazzjoni ta’ eżempji ta’ prattika tajba,
b’kunsiderazzjoni tan-natura speċifika u l-kundizzjonijiet tal-SMEs u
b’mod partikolari tal-intrapriżi mikro ® il-Kummissjoni u l-EU-OSHA; ·
il-promozzjoni
ta’ prattika tajba, li permezz tagħha l-SMEs ikunu appoġġjati
minn intrapriżi akbar fil-katina tal-kuntrattur-fornitur-xerrej sabiex
titjieb l-OHS ®
il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri u l-ACSH; u ·
l-issuktar
tal-kampanji ta’ tqajjim tal-għarfien ® il-Kummissjoni,
f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri u l-EU-OSHA. 4.3.
Infurzar
aqwa tal-leġiżlazzjoni dwar l-OHS mill-Istati Membri Żjara minn
spettur tax-xogħol spiss tkun l-ewwel okkażjoni meta kumpanija ssir
konxja tar-regolamenti tal-OHS. Dan jindika nuqqas fl-għarfien li
jeħtieġ li jkun indirizzat b’mod sistematiku. Huwa kruċjali li
l-ispetturi tax-xogħol jitqiesu li qegħdin jiffaċilitaw
il-konformità mal-leġiżlazzjoni pjuttost milli bħala ostakolu
għall-attività tan-negozju. L-ispettorati tax-xogħol jaqdu wkoll rwol
ewlieni li jidentifikaw u jiskoraġġixxu x-xogħol mhux
iddikjarat. Huwa għalhekk li l-ispezzjonijiet, għalkemm dejjem
iffukati fuq il-konformità, għandhom ikunu ta’ appoġġ u jpoġġu
fil-mira tagħhom ir-riskji speċifiċi. Hemm madwar 20 000
spettur tax-xogħol fl-UE — madwar spettur għal kull 9 000
ħaddiem kopert mill-ispettorati nazzjonali rilevanti tax-xogħol.[28] Dawn
iwettqu mal-1 500 000 spezzjoni fis-sena.[29] L-effettività
tal-ispezzjonijiet tax-xogħol tiddependi l-aktar fuq l-esperjenza
tal-ispetturi tax-xogħol u l-kapaċità tagħhom li jwettqu dawn
l-ispezzjonijiet. It-taħriġ
fl-OHS għall-ispetturi tax-xogħol, b’mod partikolari dwar ir-riskji
emerġenti u t-teknoloġiji l-ġodda, huwa meħtieġ biex
l-ispezzjonijiet iffukati fuq ir-riskju jsiru kif xieraq. Minħabba
r-restrizzjonijiet ta’ baġit, il-programmi ta’ finanzjament tal-UE
(inkluż il-FSE) jistgħu jintużaw aħjar biex jipprovdu
r-riżorsi meħtieġa lill-ispettorati tax-xogħol. L-iskambju ta’
prattika tajba bejn l-ispettorati tax-xogħol fil-livell tal-UE kien, u ser
ikompli jkun, strument għat-titjib tal-effiċjenza tagħhom. Azzjonijiet sa
mill-2014: ·
it-tfassil
tar-riżorsi tal-ispettorati tax-xogħol u l-evalwazzjoni
tal-kapaċità tagħhom biex iwettqu d-dmirijiet prinċipali
tagħhom ta’ infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-OHS ® Kumitat Għoli tal-Ispettorat
tax-Xogħol (SLIC); ·
l-evalwazzjoni
tal-programm ta’ skambju/taħriġ tal-ispetturi tax-xogħol u
l-analiżi ta’ metodi biex jittejbu l-għodod attwali
għall-kooperazzjoni fi ħdan l-SLIC, waqt li jitqiesu l-isfidi
l-ġodda tal-OHS ®
il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-SLIC; u ·
l-identifikazzjoni
tal-effettività tas-sanzjonijiet u tal-multi amministrattivi imposti
mill-Istati Membri, kif ukoll miżuri oħrajn ta’ ‘infurzar minimu’ u
modi mhux tradizzjonali ta’ monitoraġġ tal-konformità ® il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni
mal-Istati Membri permezz tal-SLIC u l-ACSH. 4.4.
Is-simplifikazzjoni
tal-leġiżlazzjoni eżistenti F’konformità
mal-objettivi tal-programm REFIT,[30]
jeħtieġ sforz konġunt kontinwu mill-Kummissjoni,
istituzzjonijiet oħrajn tal-UE u l-Istati Membri biex tiġi ssimplifikata
l-leġiżlazzjoni tal-UE u jitneħħa l-piż amministrattiv
bla bżonn. Fis-snin li ġejjin, it-tħassib ewlieni għandu
jiffoka fuq il-valutazzjoni ta’ jekk il-leġiżlazzjoni eżistenti
dwar l-OHS hijiex adattata għall-iskop tagħha, l-eżami ta’ kif
tista’ titjieb l-implimentazzjoni tagħha, u l-iżgurar ta’ konformità
aqwa, effettiva u ekwivalenti fl-Istati Membri u fl-intrapriżi. Skont
id-Direttiva 89/391/KEE, il-Kummissjoni hija involuta f’evalwazzjoni
komprensiva tal-korp kollu tal-leġiżlazzjoni dwar l-OHS.[31] Bħala
parti minn dan l-eżerċizzju, dan l-aħħar l-Istati Membri
bagħtu r-rapporti nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni dwar
l-implimentazzjoni ta' 24 Direttiva OHS. Bħalissa l-Kummissjoni qed
tanalizza r-rapporti dwar l-implimentazzjoni nazzjonali li se jidħlu
fl-evalwazzjoni. L-evalwazzjoni
se tagħti attenzjoni partikolari lill-identifikazzjoni ta’ simplifikazzjonijiet
possibbli u/jew tnaqqis fil-piż amministrattiv, b’mod partikolari
għall-intrapriżi mikro u żgħar, filwaqt li jinżamm
livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa u s-sikurezza
tal-ħaddiema. Dan il-proċess huwa rilevanti mhux biss
għal-liġi tal-UE iżda wkoll għad-dispożizzjonijiet
amministrattivi nazzjonali u legali li jittrasponu l-liġi tal-UE. L-Istati
Membri għaldaqstant huma mħeġġa jwettqu
eżerċizzju simili b’mod parallel. Azzjonijiet sa
mill-2014: ·
l-identifikazzjoni
ta’ simplifikazzjonijiet possibbli u/jew it-tnaqqis ta’ piż bla bżonn
bħala parti mill-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-OHS, u
l-promozzjoni ta’ dibattitu pubbliku mal-partijiet interessati kollha ® il-Kummissjoni
u l-ACHS; ·
l-Istati
Membri jiġu mħeġġa jidentifikaw sorsi ta’ piż
regolatorju speċifiku maħluqa mit-traspożizzjoni tagħhom
stess tal-leġiżlazzjoni dwar l-OHS u l-leġiżlazzjoni
nazzjonali, u janalizzaw ir-rapporti ta’ implimentazzjoni nazzjonali sabiex
jidentifikaw prattika tajba u jippromwovu l-iskambju tal-informazzjoni ® l-Istati Membri
f’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni; u ·
l-evalwazzjoni
tas-sitwazzjoni tal-intrapriżi mikro fis-setturi b’riskji baxxi u
l-ikkunsidrar ta’ kif l-implimentazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju tista’
tiġi ssimplifikata, inkluża d-dokumentazzjoni ® il-Kummissjoni. 4.5.
L-indirizzar
tat-tixjiħ tal-forza tax-xogħol, tar-riskji ġodda
emerġenti, il-prevenzjoni ta’ mard relatat max-xogħol u mard
okkupazzjonali Teknoloġiji
li jinbidlu, prodotti ġodda u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ kimiċi
ġodda joħolqu l-ħtieġa tal-ġbir u tal-evalwazzjoni ta’
evidenza xjentifika soda, biex wieħed jidentifika kif ir-riskji ġodda
emerġenti jistgħu jiġu indirizzati l-aħjar.
L-istituzzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari l-Kummissjoni, għandhom
jimmobilizzaw l-esperjenza tal-aqwa kwalità disponibbli sabiex jaħdmu fuq
dan. Barra minn hekk,
ir-riskji li jaffettwaw lil gruppi ta’ età partikolari, lill-ħaddiema
b’diżabilità u lin-nisa jistħoqqilhom attenzjoni partikolari u
jeħtieġu azzjoni mmirata. Il-proġett pilota dwar l-OHS
għall-ħaddiema anzjani jidentifika modi kif tiġi promossa
s-saħħa fiżika u psikoloġika tal-ħaddiema anzjani.
Jipprovdi wkoll eżempji ta’ prattika tajba u jiffaċilita l-iskambju
tal-informazzjoni.[32]
Il-Programm Konġunt għall-Għajxien Mgħejun Kuntestwalment
jikkontribwixxi għall-indirizzar tal-isfida ta’ forza tax-xogħol li
qiegħda tixjieħ. Il-valutazzjoni
ta’ riskji ġodda emerġenti, ibbażata fuq evidenza xjentifika, u
t-tixrid tar-riżultati sejrin ikunu partijiet kruċjali
tal-evalwazzjoni ex post tal-leġiżlazzjoni attwali dwar l-OHS. Azzjonijiet sa
mill-2014: ·
l-istabbiliment
ta’ netwerk ta’ professjonisti tal-OHS u xjenzati u l-aċċertament
tal-ħtieġa li jitwaqqaf korp ta’ konsultazzjoni xjentifiku
indipendenti li jgħaddi r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fil-ħidma
tal-Kummissjoni à
il-Kummissjoni; ·
l-appoġġ
tat-tixrid tas-sejbiet tal-Osservatorju Ewropew tar-Riskji fost l-atturi
rilevanti ®
il-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-EU-OSHA; ·
il-promozzjoni
tal-identifikazzjoni u l-iskambju ta’ prattika tajba dwar modi kif jittejbu
l-kundizzjonijiet tal-OHS għal kategoriji speċifiċi ta’
ħaddiema, eż. ħaddiema anzjani, ħaddiema
żgħażagħ mingħajr esperjenza (inklużi dawk
impjegati f’forom differenti ta’ kuntratti temporanji), apprentistati, ħaddiema
b’diżabilità u n-nisa ®
EU-OSHA; ·
il-promozzjoni
ta’ miżuri ta’ rijabilitazzjoni u ta’ reintegrazzjoni permezz
tal-implimentazzjoni tar-riżultati tal-proġett pilota tal-Parlament
Ewropew dwar il-ħaddiema anzjani u tal-Kampanja dwar Postijiet
tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu fl-2016‑17 ® il-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-EU-OSHA;
u ·
l-identifikazzjoni
u t-tixrid ta’ prattika tajba dwar il-prevenzjoni ta’ problemi
tas-saħħa mentali fuq ix-xogħol ® il-Kummissjoni u l-EU-OSHA. 4.6.
It-titjib
tal-ġbir tad-dejta statistika u l-iżvilupp tal-bażi ta’
informazzjoni Huwa importanti għat-tfassil
tal-politiki bbażati fuq l-evidenza li tinġabar dejta statistika
affidabbli, f’waqtha u komparabbli dwar inċidenti u mard relatati
max-xogħol, espożizzjonijiet okkupazzjonali, nuqqas ta’
saħħa relatat max-xogħol, u li jiġu analizzati l-ispejjeż
u l-benefiċċji fil-qasam tal-OHS. Rigward l-inċidenti fuq
ix-xogħol, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011[33]
stabbilixxa li jsir ġbir annwali ta’ dejta li beda fl-2013. Madankollu,
għad fadal sfidi rigward id-dejta fuq l-espożizzjonijiet okkupazzjonali
u n-nuqqas ta’ saħħa relatat max-xogħol. Għaldaqstant
għadu diffiċli li wieħed iqabbel il-prestazzjoni tal-OHS bejn
l-Istati Membri u li jagħmel konklużjonijiet politiċi
bbażati fuq l-evidenza minn dan it-tqabbil. Is-sitwazzjoni hija
partikolarment ikkumplikata f’dak li jirrigwarda l-mard okkupazzjonali u l-mard
relatat max-xogħol. L-esperti tal-istatistika nazzjonali u Ewropej
għaldaqstant għandhom jaħdmu id f’id u jżidu l-isforzi
sabiex itejbu l-ġbir tad-dejta u jiżviluppaw approċċi
komuni. Azzjonijiet sa
mill-2014: ·
il-valutazzjoni
tal-kwalità tad-dejta dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol mibgħuta
mill-Istati Membri fil-qafas tal-ġbir ta’ dejta tal-Istatistika Ewropea
dwar l-Aċċidenti fuq ix-Xogħol (ESAW), bl-għan li jittejbu
l-kopertura, l-affidabbiltà, il-komparabbiltà u l-puntwalità ® il-Kummissjoni u l-awtoritajiet
kompetenti nazzjonali; ·
sal-aħħar
tal-2016, l-analiżi ta’ għażliet differenti li jistgħu
jtejbu d-disponibbiltà u l-komparabbiltà tad-dejta dwar il-mard okkupazzjonali
fil-livell tal-UE u l-analiżi tal-fattibbiltà ta’ trasmissjoni tad-dejta ssimplifikata
® il-Kummissjoni
u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali; ·
it-tnedija
ta’ diskussjonijiet fi ħdan l-ACSH, b’pariri mingħand l-esperti
nazzjonali, bl-għan li jsiru rakkomandazzjonijiet dwar il-ħolqien ta’
database komuni dwar l-espożizzjonijiet okkupazzjonali ® il-Kummissjoni, l-ACSH u l-esperti
nazzjonali; ·
qabel
l-2016, l-analiżi tal-għażliet li jtejbu l-informazzjoni dwar
l-ispejjeż u l-benefiċċji fil-qasam tal-OHS; u ·
qabel
l-2016, l-iżvilupp ta’ għodda għall-monitoraġġ
tal-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku tal-UE 2014-2020, inklużi
indikaturi ta’ politika u ta’ prestazzjoni, li tibni fuq it-tabella ta’
valutazzjoni tal-istrateġija tal-2009 ® il-Kummissjoni u l-ACSH. 4.7.
Jiġu
kkoordinati aħjar l-isforzi tal-UE u dawk internazzjonali biex jiġu
indirizzati s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHS) u
ssir ħidma ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali F’ekonomija
globalizzata, huwa fl-interess tal-UE li tgħolli l-istandards
tax-xogħol u ttejjeb l-applikazzjoni effettiva globali tagħhom billi
tieħu azzjoni multilaterali b’kooperazzjoni mal-korpi kompetenti
internazzjonali, u azzjoni bilaterali fir-relazzjonijiet tal-UE ma’
pajjiżi terzi. Hija għandha tappoġġja wkoll lill-pajjiżi
kandidati u lill-pajjiżi kandidati potenzjali fit-twettiq
tal-kapaċità strutturali u tal-leġiżlazzjoni tagħhom konformi
mar-rekwiżiti tal-liġi tal-UE. Ir-rwol
tal-analiżi komparattiva tal-politika tal-OHS tal-UE huwa rikonoxxut
fil-parti l-kbira minn sħab u osservaturi internazzjonali. Dan ġie
rifless fl-espansjoni rapida ta’ kooperazzjoni bilaterali fl-aħħar
snin, mhux biss ma’ sħab tradizzjonali minn ekonomiji żviluppati
bħall-Istati Uniti, iżda wkoll u speċjalment ma’ sħab
ġodda minn ekonomiji emerġenti bħaċ-Ċina u l-Indja. Il-Kummissjoni
tista’ tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tnaqqis fl-inċidenti
tax-xogħol u l-mard okkupazzjonali madwar id-dinja. Filwaqt li tibni fuq
l-isforzi ta’ kooperazzjoni kontinwi, hemm bżonn ta’ sforz konġunt
mill-UE, flimkien mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO),
b’mod partikolari, u organizzazzjonijiet oħrajn speċjalizzati
bħall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u
l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD),
biex jinkisbu riżultati aħjar fi ħdan u speċjalment barra
l-UE. Hija meħtieġa kooperazzjoni operattiva mtejba biex tiżgura
approċċ konsistenti u koerenti, u biex jiġu sfruttati aħjar
is-sinerġiji f’livell tal-UE u internazzjonali. Azzjonijiet sa mill-2014: ·
jibqgħu
jiġu appoġġjati pajjiżi kandidati matul negozjati ta’
adeżjoni fuq il-kapitolu 19 u pajjiżi potenzjalment kandidati
potenzjali li jibbenefikaw minn Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u
Assoċjazzjoni fl-isforzi tagħhom biex jallinjaw
il-leġiżlazzjoni tal-OHS tagħhom mal-liġi tal-UE ® Kummissjoni; ·
tiġi
msaħħa l-kooperazzjoni tal-OHS, b’mod partikolari mal-ILO, iżda
wkoll mal-WHO u l-OECD; ·
titnieda
reviżjoni tal-Memorandum ta’ Qbil mal-ILO biex jirrifletti aħjar
il-politika tal-OHS ®
Kummissjoni; ·
jingħata
kontribut għall-implimentazzjoni tal-kapitolu dwar l-iżvilupp
sostenibbli ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles u ta’ investiment tal-UE
dwar l-OHS u kondizzjonijiet tax-xogħol ® Kummissjoni; ·
jiġu
indirizzati, b’mod partikolari, b’mod konġunt mal-ILO, defiċits
tal-OHS fil-katina globali tal-provvista u jingħata kontribut għal
inizjattivi tal-G20 fuq postijiet tax-xogħol aktar sikuri f’dan ir-rigward
® Kummissjoni; u ·
jiġu
msaħħa l-kooperazzjoni u d-djalogu kontinwi dwar l-OHS ma’ sħab
strateġiċi, inkluż il-konsiderazzjoni ta’ reviżjoni
tal-modalitajiet tal-iskambji attwali dwar l-OHS mal-Istati Uniti b’rabta
man-negozjati kontinwi fuq ftehim ta’ kummerċ u sħubija
transatlantiċi à
Kummissjoni. 5.
Strumenti tal-UE 5.1.
Leġiżlazzjoni Il-leġiżlazzjoni
wriet il-valur tagħha bl-għoti ta’ korp komuni ta’ definizzjonijiet,
standards, metodi u strumenti preventivi lill-UE fil-qasam tal-OHS. Qafas
leġiżlattiv tal-OHS fl-UE kollha huwa kruċjali biex
jinħolqu opportunitajiet indaqs għall-kumpaniji kollha,
irrispettivament mid-daqs tagħhom, mil-lokalità jew mis-settur ta’
attività. Evidenza turi li t-twettiq tal-obbligi leġiżlattivi u
miżuri ta’ infurzar meħuda mill-korpi tal-kontroll, inklużi
spettorati tax-xogħol, jibqgħu xprunaturi ewlenin
għall-ġestjoni tal-OHS fil-maġġoranza tal-istabbilimenti.[34] Madankollu,
minħabba l-varjetà ta’ sitwazzjonijiet fil-prattika f’termini ta’ daqs
tal-kumpanija u d-diversità tal-forza tax-xogħol, u l-ħtieġa li
jitfasslu miżuri ta’ politika mmirati u effettivi, l-għodod mhux
leġiżlattivi għandhom jintużaw ukoll biex jagħmlu
differenza fil-prattika. Dawn jinkludu analiżi komparattiva,
l-identifikazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajba, sensibilizzazzjoni,
stabbiliment ta’ normi volontarji u għodod tal-IT faċli
għall-utent. Il-Kummissjoni
se tkompli tissorvelja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-OHS
mill-Istati Membri, sabiex tiġi żgurata konformità xierqa.
Ir-riżultati tal-evalwazzjoni kontinwa tal-leġiżlazzjoni tal-OHS
tal-UE se jgħinu biex jagħtu forma lill-inizjattivi futuri
tal-Kummissjoni. 5.2.
Fondi
tal-UE Bħalissa,
13-il Stat Membru tal-UE jużaw il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) sabiex
itejbu l-politiki nazzjonali tal-OHS tagħhom. L-Istati Membri huma
mħeġġa biex jużaw l-FSE u l-Fondi Strutturali u ta’
Investiment Ewropej (SIE) oħra biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet
relatati mal-OHS. Għall-perjodu ta’ 20 programmazzjoni tal-2014,
il-finanzjament mill-FSE se jkun disponibbli biex jappoġġja
azzjonijiet li jimmiraw inter alia li jippromwovu impjiegi sostenibbli,
ta’ kwalità u inklużjoni soċjali permezz, b’mod partikolari, ta’: -
Il-prijorità
ta’ investiment fuq “l-adattabilità tal-ħaddiema, tal-intrapriżi u
tal-intraprendituri għall-bidla” billi jitfasslua u jiġu implimentati
metodi innovattivi u aktar produttivi għall-organizzazzjoni
tax-xogħol, inklużi s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol,
taħriġ, programmi ta’ edukazzjoni, l-integrazzjoni ta’ prattiki
tajbin, eċċ. -
L-estensjoni
ta’ ħajjiet tax-xogħol aktar sani permezz tal-iżvilupp u
l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex wieħed jippromwovi ambjent u
benesseri mentali sani fuq ix-xogħol. Dan jista’ jiġi indirizzat
permezz tal-prijorità ta’ investiment dwar “tixjiħ attiv u
b’saħħtu”. -
L-appoġġ
fir-reklutaġġ u r-ritorn għax-xogħol ta’ persuni b’mard
kroniku jew rari, diżabilità jew disturbi ta’ saħħa mentali
permezz ta’ mogħdijiet integrati li jikkombinaw forom differenti ta’
miżuri ta’ impjegabilità bħal appoġġ individwalizzat,
konsulenza, gwida, aċċess għal edukazzjoni u taħriġ
ġenerali u vokazzjonali, kif ukoll aċċess għal servizzi, b’mod
partikolari servizzi relatati mas-saħħa u servizzi soċjali. -
L-iżvilupp
u l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jippromwovu stili ta’ ħajja sani
u jindirizzaw determinanti tas-saħħa ta’ kawżi
okkupazzjonali/ambjentali (eż. espożizzjoni għal sustanzi
tossiċi, duħħan tat-tabakk fl-ambjent) li huma marbuta ma’ mard
inkluż il-kanċer. -
L-appoġġ
f’attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni/taħriġ li jkunu mmirati
għal spetturi tax-xogħol, sabiex itejbu l-għarfien/l-ħiliet
u l-kapaċità amministrattiva fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet relatati
mas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. -
L-appoġġ
f’attivitajiet ta’ taħriġ imwettqa minn intrapriżi
żgħar u ta’ daqs medju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-OiRA u
għodod oħrajn ibbażati fuq l-IT madwar l-Istati Membri kollha. Barra minn hekk,
il-programm operattiv għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI)
se jintuża biex ikunu appoġġjati azzjonijiet li jippromwovu
l-kooperazzjoni, il-komunikazzjoni u l-ġbir ta’ kompetenza fil-qasam
tal-OHS. Is-Seba’
Programm Qafas (2007-13) u l-Programm Qafas għar-Riċerka u
l-Innovazzjoni għall-2014 sal-2020 (Orizzont 2020[35]) tal-UE
jipprovdu bl-istess mod opportunitajiet finanzjarji biex jiġu indirizzati
l-isfidi tas-soċjetà ta’ saħħa, bidla demografika u benesseri.
Oqsma importanti jinkludu:
fehim tas-saħħa;
xjuħija u mard;
titjib ta’ tixjiħ attiv u b’saħħtu;
promozzjoni effettiva
tas-saħħa;
prevenzjoni tal-mard, u
tħejjija u skrinjar.
Dawn jirriflettu
l-ħtieġa għal approċċ integrat “translazzjonali”
għall-isfidi, u jipprovdu appoġġ kemm għal attivitajiet ta’
riċerka fuq terminu itwal jew ta’ nofs it-terminu kif ukoll attivitajiet
ta’ innovazzjoni fuq terminu iqsar. Ġiet
proposta innovazzjoni abilitata mill-ICT għal tixjiħ Attiv u
b’Saħħtu għar-reġjuni biex tkun immarkata bħala
wieħed mill-oqsma prijoritarji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni
għall-finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp
Reġjonali (FEŻR). Allinjament u sinerġiji mas-Sħubija
Ewropea għall-Innovazzjoni dwar Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu u
mal- (it-tieni) Programm Konġunt dwar
il-Ħajja Assistita Attiva jipprovdu aktar għażliet ta’ finanzjament
u għażliet għall-iżvilupp tas-suq. 5.3.
Djalogu
soċjali Skont
id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, sħab soċjali tal-UE
għandhom rwol importanti fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki
tal-OHS u fil-promozzjoni ta’ ambjent sikur u san fl-Ewropa. Sħab soċjali
tal-UE wrew il-kapaċità li jsibu soluzzjonijiet li jissodisfaw l-interessi
kemm tal-ħaddiema kif ukoll tal-kumpaniji, u dawn ikkontribwixxew
direttament għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji tal-UE f’dan
il-qasam. Ftehimiet ta’ sħab soċjali tal-UE (eż. il-ftehim
multi-settorjali dwar is-silika kristallina u ftehimiet settorjali dwar
l-użu ta’ strumenti li jaqtgħu fis-settur tal-kura
tas-saħħa u dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol fis-settur
marittimu), implimentati b’mod awtonomu jew permezz ta’ leġiżlazzjoni[36], u
inizjattivi oħra ta’ sħab soċjali għandhom impatt dirett
fuq is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema. Il-Kummissjoni
se tkompli tappoġġja l-ħidma tal-isħab soċjali tal-UE
u l-affiljati nazzjonali tagħhom fir-rigward tal-politiki tal-OHS
taħt il-programmi ta’ ħidma awtonomi tagħhom. Hija tistieden
lill-kumitati għad-djalogu soċjali biex jikkunsidraw kif jilħqu
b’mod effettiv mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u biex
jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi ta’ OHS. Is-sħab
soċjali tal-UE huma wkoll mistiedna biex jikkontribwixxu
għall-evalwazzjoni kontinwa tal-acquis leġiżlattiv tal-UE. Hemm bżonn
li jittejbu s-sinerġiji bejn il-kontribuzzjonijiet tad-djalogu
soċjali tal-UE f’livell transindustrijali jew settorjali u
l-implimentazzjoni ta’ prijoritajiet strateġiċi tal-UE dwar l-OHS,
filwaqt li tiġi rispettata bis-sħiħ l-awtonomija tas-sħab
soċjali. 5.4.
Komunikazzjoni
u informazzjoni Is-suċċess
ta’ kwalunkwe politika tal-OHS jiddependi ħafna fuq l-effettività
tal-kanali ta’ komunikazzjoni u l-għodod użati biex jintlaħqu
d-diversi atturi kkonċernati, minn dawk li jfasslu l-politika
għall-ħaddiema nfushom. Mezzi
bħall-Internet, applikazzjonijiet online u netwerks soċjali
jipprovdu firxa ta’ għodod possibbli li għandhom jiġu esplorati
ulterjorment b’mod li jistgħu jkunu aktar effettivi minn
approċċi konvenzjonali sabiex jintlaħqu ħaddiema aktar
żgħażagħ. Il-Kummissjoni sejra tħeġġeġ
involviment usa’ ta’ partijiet interessati, inklużi sħab
soċjali, esperti tal-OHS, rappreżentanti ta’ mikrointrapriżi u
intrapriżi żgħar u assoċjazzjonijiet professjonali,
fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-OHS. L-EU-OSHA
għandha rwol kruċjali fil-ġbir u d-diffużjoni ta’
informazzjoni rilevanti dwar l-OHS, l-iffaċilitar tal-iskambju ta’ prattiki
tajba u l-iżvilupp ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u b’hekk
tikkontribwixxi għal implimentazzjoni aktar effiċjenti tal-politika
tal-OHS f’livell tal-UE. L-iżvilupp
ta’ bażi tad-dejta ta’ prattiki tajba tal-OHS mill-EU-OSHA se
jikkontribwixxi għal implimentazzjoni aħjar tal-politiki tal-OHS
mill-kumpaniji. L-EU-OSHA se
tkompli twettaq kampanji pan-Ewropej biex tqajjem għarfien dwar
kwistjonijiet tal-OHS, filwaqt li tiġi żgurata interazzjoni
aħjar bl-użu tal-midja soċjali. 5.5.
Sinerġiji
ma’ oqsma oħra ta’ politika Il-politika
pubblika f’oqsma oħrajn tista’ tikkontribwixxi għal ambjent
tax-xogħol imtejjeb. Jeħtieġ li sinerġiji potenzjali
b’politika tal-OHS jiġu esplorati b’mod aktar attiv. L-oqsma ewlenin f’dan
ir-rigward huma kif ġej:
L-edukazzjoni:
Is-sensibilizzazzjoni dwar l-OHS tibda fl-iskola. Kien hemm
rakkomandazzjonijiet sabiex ikunu riflessi aħjar il-kwistjonijiet
tal-OHS fil-kurrikula skolastiċi (speċjalment
fit-taħriġ vokazzjonali) kif ukoll sabiex ikunu promossi
aħjar is-saħħa mentali u l-benesseri.[37]
Kien hemm proġetti pilota ta’ suċċess[38]
iżda r-riżultati ta’ dawn jeħtieġ li jiġu
diffużi aħjar. Informazzjoni u taħriġ
għall-intraprendituri jeħtieġ li jkomplu;
Ir-riċerka: Il-prijoritajiet
tar-riċerka tal-OHS ġew stabbiliti, li jiffokaw fuq l-impatt
tat-tixjiħ, il-globalizzazzjoni, it-teknoloġiji ġodda u
okkupazzjonali, il-mard relatat max-xogħol u d-diżabilitajiet.
Hemm bżonn li r-riżultati ta’ din ir-riċerka jiġu
diffużi aħjar u jiġu riflessi aħjar fit-tfassil
tal-politika;
Is-saħħa pubblika: Hija
meħtieġa koordinazzjoni aħjar bejn dawk li jfasslu
l-politika f’dan il-qasam, sabiex jibnu fuq programmi u linji gwida
eżistenti u joħolqu sinerġiji. Hija meħtieġa
kooperazzjoni mal-partijiet interessati ewlenin (utenti aħħarin,
awtoritajiet pubbliċi, l-industrija) permezz tal-Azzjoni Konġunta
dwar is-saħħa mentali u l-benesseri u fi ħdan
is-sħubija Ewropea għall-innovazzjoni dwar it-tixjiħ attiv
u b’saħħtu.[39]
Dan se jtejjeb il-kondizzjonijiet għall-adozzjoni tal-innovazzjoni u
l-investiment fl-innovazzjoni;
L-ambjent: Għandhom isiru
sforzi fuq it-tfassil ta’ politiki kumplimentari u koerenti dwar l-ambjent
u dwar il-ħarsien tal-ħaddiema, peress li l-post tax-xogħol
jista’ jitqies bħala mikro-ambjent fejn tista’ sseħħ
espożizzjoni simili għal sustanzi perikolużi, għalkemm
f’livelli u ma’ fatturi determinanti speċifiċi;
Il-politika industrijali:
Soluzzjonijiet sempliċi, bħal gwida dwar kif jiġu evitati
inċidenti jew tiġi indikata l-espożizzjoni
għall-vibrazzjoni, jistgħu jgħinu lill-SMEs biex
jimplimentaw l-OHS b’mod aktar kost-effettiv, għaliex dawn ma
jkollhomx bżonn iqabbdu esperti tal-OHS biex iwettqu
valutazzjonijiet. Għandhom isiru sforzi biex tiġi żgurata
l-koerenza u jinħolqu sinerġiji bejn il-politika industrijali u
l-politika dwar il-ħarsien tal-ħaddiema, b’mod partikolari
fir-rigward ta’ sustanzi kimiċi.
L-ugwaljanza: Politika tal-OHS
tista’ tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u
l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs fil-politiki tal-UE, b’mod
partikolari billi tippromwovi l-implimentazzjoni preċiża
tad-Direttiva 2000/78/KE[40]
relatata mal-ħarsien
tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol ta’ persuni
b’diżabilità u d-Direttiva 2006/54/KE[41] li
tipprojbixxi trattament inqas favorevoli ta’ nisa fuq il-post
tax-xogħol minħabba tqala jew maternità.
6.
Implimentazzjoni tal-qafas strateġiku dwar l-OHS Din
il-komunikazzjoni tistabbilixxi qafas għall-azzjoni, kooperazzjoni u
skambju ta' prattiċi tajba fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà
okkupazzjonali fl-2014-20 li jista’ jiġi implimentat biss
bil-kollaborazzjoni attiva tal-awtoritajiet nazzjonali u s-sħab
soċjali. Għalhekk, il-Kummissjoni sejra torganizza dibattitu
miftuħ mal-partijiet interessati ewlenin fil-forums rilevanti dwar
il-fehmiet u l-proposti li jinsabu f’din il-komunikazzjoni u se tinvolvihom
fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet fejn xieraq. Fehmiet riċevuti
mill-istituzzjonijiet tal-UE, sħab soċjali, kumitati
speċjalizzati bħall- Kumitat
Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol
(ACSH) u l-Kumitat tal-Ispetturi Anzjani tax-Xogħol (SLIC), u l-EU-OSHA se
jkunu ta’ importanza partikolari. Dan il-qafas
strateġiku għandu jiġi rivedut fl-2016 fid-dawl
tar-riżultati tal-evalwazzjoni ex post tal-acquis tal-OHS
tal-UE u l-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni
għandha tiżgura monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni
tal-qafas strateġiku, bl-użu ta’ forums eżistenti u
bl-involviment sħiħ tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-partijiet
interessati rilevanti kollha. [1] L-Artikoli 151 u 153
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). [2] COM(2010) 2020 u
COM(2014) 130 finali. [3] COM(2012)
0173 finali. [4] L-Assoċjazzjoni
Internazzjonali tas-Sigurtà Soċjali (ISSA), The return on prevention:
Calculating the costs and benefits of investments in occupational safety and
health in companies (Ir-redditu mill-prevenzjoni: Il-kalkolu
tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-investimenti fis-saħħa
u s-sikurezza okkupazzjonali fil-kumpaniji), http://www.issa.int. [5] BenOSH, Socio-economic
costs of accidents at work and work-related ill health (L-ispejjeż
soċjoekonomiċi tal-inċidenti fuq ix-xogħol u n-nuqqas ta’
saħħa relatat max-xogħol), http://ec.europa.eu/social. [6] Dokument ta’ Ħidma
tal-Persunal (2013) 202. [7]
http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=333&langId=en&consultId=13&visib=0&furtherConsult=yes. [8] Ir-Risoluzzjoni
tal-Parlament Ewropew A7-0409/2011 tal-15 ta’ Diċembru 2011
dwar ir-reviżjoni intermedja tal-istrateġija Ewropea; ir-Risoluzzjoni
tal-Parlament Ewropew 2013/2685(RSP) tat-12 ta’ Settembru 2013
dwar l-istrateġija Ewropea dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq
il-post tax-xogħol. [9] Opinjoni adottata fl-1 ta’ Diċembru 2011. [10] Opinjoni adottata fid-9 ta’ Frar 2012. [11] Il-Konferenza dwar
il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol tat-28 ta' April 2014.
http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=en&catId=88&eventsId=979&furtherEvents=yes
[12] COM(2012) 746. [13] Statistika Ewropea dwar
l-Aċċidenti fuq ix-Xogħol, (ESAW), Stima tal-Eurostat. Dejta għan-NACE Rev. 2 is-setturi A C-N. [14] Flash Eurobarometer
on Working Conditions http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/flash_arch_404_391_en.htm#398
[15] Statistika Ewropea dwar
l-Aċċidenti fuq ix-Xogħol (ESAW), 2011. [16] Stħarriġ
Ewropew tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol (EWCS), 2010. [17] Ir-rapport tal-BAuA u
tal-Ministeru tax-Xogħol dwar Is-Saħħa u s-Sikurezza fuq
ix-Xogħol, 2011. [18] L-ispejjeż
għar-Renju Unit ta’ fatalitajiet fuq il-post tax-xogħol u korrimenti
u nuqqas ta’ saħħa rrappurtati personalment, 2010/11, HSE, 2013. [19] Id-daqs
tal-istabbiliment, l-industrija u l-pajjiż huma l-aktar fatturi
determinanti tal-iskala ta’ ġestjoni tal-OHS fl-istabbilimenti, skont
ir-rapport tal-Istħarriġ Ewropew tal-2012 tal-Intrapriżi dwar
ir-Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER). [20] http://www.oiraproject.eu/ OiRA hija pjattaforma
elettronika li tippermetti l-ħolqien ta’ għodod ta’ valutazzjoni
tar-riskji settorjali fi kwalunkwe
lingwa b’mod faċli u standardizzat. Tippermetti l-bini ta’ għodod
online faċli biex jintużaw u mingħajr ħlas li jistgħu
jgħinu lill-organizzazzjonijiet mikro u żgħar jistabbilixxu
proċess ta’ valutazzjoni tar-riskji pass pass — li tibda
mill-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol,
it-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni ta’ azzjonjiet
preventivi, u tispiċċa bil-monitoraġġ u r-rappurtar. [21] Ara, pereżempju,
studju speċifiku dwar din il-kwistjoni: Binazzi et al., The burden of
mortality with costs in productivity loss from occupational cancer in Italy (Il-piż
tal-imwiet bl-ispejjeż fit-telf tal-produttività minħabba
l-kanċer okkupazzjonali fl-Italja), American Journal of Industrial
Medicine, 2013 Nov; 56(11): p. 1272-9. [22]
http://www.ilo.org/safework/lang--en/index.htm http://www.ilo.org/public/english/region/eurpro/moscow/areas/safety/docs/safety_in_numbers_en.pdf. [23] Ir-Regolament (KE)
Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006
dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u
r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), ĠU L 136, 29.5.2007. [24] Ir-Regolament
(KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006
wara l-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u
t-taħlitiet, ĠU L 353, 31.12.2008. [25] Kampanja tal-EU-OSHA
2012-13 dwar kif ‘Naħdmu flimkien għall-Prevenzjoni tar-Riskji’. Kampanja tal-EU-OSHA
2010-11 dwar il-‘Manutenzjoni mingħajr Periklu’. Kampanja tal-EU-OSHA
2008-09 dwar il-‘Valutazzjoni tar-Riskju’. Kampanja tal-EU-OSHA
2007-08 dwar ‘L-Inizjattiva għal Post tax-Xogħol mingħajr
Periklu’. [26] EU-OSHA,
2013. New risks and trends in the safety and health of women at work.
(Riskji u tendenzi ġodda fis-saħħa u s-sikurezza tan-nisa fuq
il-post tax-xogħol) https://osha.europa.eu/en/publications/reports/new-risks-and-trends-in-the-safety-and-health-of-women-at-work/view. [27] White paper. An
agenda for adequate, safe and sustainable pensions, (Aġenda għal
pensjonijiet adegwati, siguri u sostenibbli) COM(2012) 55 finali. [28] Ir-rapporti
tal-Ispettorati Nazzjonali tax-Xogħol, 2011, mibgħuta lill-SLIC. [29] Ir-rapporti
tal-Ispettorati Nazzjonali tax-Xogħol, 2009, mibgħuta lill-SLIC. [30] COM(2013) 685 finali. [31] Skont l-Artikolu 17a
tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989
dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri li jinkoraġġixxu titjib
fis-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema fuq il-post
tax-xogħol, ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. [32] https://osha.europa.eu/en/priority_groups/ageingworkers/ep-osh-project. [33] Ir-Regolament
tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011 tal-11 ta’ April 2011 li
jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u
s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika
dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol, ĠU L 97, 12.4.2011, p. 3–8. [34] Stħarriġ Ewropew ta’
Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER) —
Il-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà waqt ix-xogħol,
Rapport tal-Osservatorju Ewropew tar-Riskju tal-2010. [35] Proposta
għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi
Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni
(2014-20), COM(2011) 809 finali. [36] Fil-każ
ta’ implimentazzjoni permezz ta’ leġiżlazzjoni, wara evalwazzjoni
mwettqa mill-Kummissjoni, li tkopri r-rappreżentattività, il-konformità
mal-liġi tal-UE, l-impatt fuq l-SMEs u l-analiżi
kostijiet-benefiċċji fejn xieraq. [37] OECD
(2012), Sick on the Job? Myths and Realities about Mental Health and Work,
Mental Health and Work. [38] L-integrazzjoni
jew l-“implimentazzjoni” tal-OHS fl-edukazzjoni tifforma parti ewlenija
mill-iżvilupp ta’ kultura ta’ prevenzjoni billi tgħallem lit-tfal u
lill-adulti żgħażagħ biex jgħixu u jaħdmu b’mod
sikur. L-EU-OSHA
tipprovdi kwantità kbira ta’ informazzjoni ta’ prattika tajba f’dan il-qasam. https://osha.europa.eu/mt/topics/osheducation. [39] http://ec.europa.eu/research/innovation-union/index_en.cfm?section=active-healthy-ageing&pg=about.
[40] Direttiva tal-Kunsill
2000/78/KE tas-27 Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali
għat-trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol, ĠU L 303,
2.12.2000. [41] Direttiva
2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006
dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u
t-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u
xogħol (riformulazzjoni), ĠU L 204, 26.7. 2006, p. 23.