|
(2)
|
l-Anness VII (il-Parti-NCO) huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
il-punt NCO.GEN.115 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“NCO.GEN.115 Taxiing tal-ajruplani jew tal-ġiroplani
Ajruplan jew ġiroplan għandu jwettaq taxiing biss fiż-żona tal-moviment ta’ ajrudrom jekk il-persuna fil-post tal-kontroll:
|
(a)
|
tkun bdot ikkwalifikat b’mod xieraq; jew
|
|
(b)
|
tkun ġiet iddeżinjata mill-operatur u:
|
(1)
|
tkun imħarrġa biex twettaq taxiing tal-ajruplan jew tal-ġiroplan;
|
|
(2)
|
tkun imħarrġa biex tuża t-telefonija bir-radju, jekk il-komunikazzjoni bir-radju tkun meħtieġa;
|
|
(3)
|
tkun irċeviet struzzjonijiet rigward it-tqassim tal-ajrudrom, ir-rotot, is-sinjali, il-marki, id-dwal, is-sinjali u l-istruzzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC, Air Traffic Control), il-lingwaġġ u l-proċeduri; u
|
|
(4)
|
tkun kapaċi tikkonforma mal-istandards operattivi meћtieġa gћall-moviment sikur tal-ajruplan jew tal-ġiroplan fl-ajrudrom.”;
|
|
|
|
(b)
|
it-titolu tal-punt NCO.OP.120 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“
NCO.OP.120 Proċeduri għat-tnaqqis tal-istorbju
”;
|
|
(c)
|
it-titolu tal-punt NCO.OP.125 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“
NCO.OP.125 Provvista tal-fjuwil/tal-enerġija u taż-żejt
”;
|
|
(d)
|
it-titolu tal-punt NCO.OP.155 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“NCO.OP.155 Tipjip abbord”
|
|
(e)
|
it-titolu tal-punt NCO.OP.175 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“
NCO.OP.175 Kundizzjonijiet tat-tlugħ
”;
|
|
(f)
|
jiddaħħal il-punt NCO.OP.207 ġdid li ġej:
“NCO.OP.207 Kundizzjonijiet ta’ avviċinament u nżul – ġiroplani
Qabel ma jibda l-avviċinament għall-inżul, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li, skont l-informazzjoni disponibbli, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tar-runway ppjanata li tintuża ma jostakolawx avviċinament, inżul jew avviċinament mhux milћuq sikuri.”;
|
|
(g)
|
fis-Subparti D, it-titolu tat-Taqsima 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“TAQSIMA 2 – INĠENJU TAL-AJRU LI JAĦDEM BIR-ROTORS”
|
|
(h)
|
fil-punt NCO.IDE.H.100, il-punti (a)(4) u (c)(2), il-kelma “ħelikopter” hija sostitwita bil-kliem “inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors”;
|
|
(i)
|
il-punt NCO.IDE.H.105 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“NCO.IDE.H.105 Tagħmir minimu għat-titjir
Meta kwalunkwe wieħed/waħda mill-istrumenti, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet tal-inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors, meħtieġa għat-titjira ppjanata, ma jkunx/tkunx qed taħdem jew ikun/tkun nieqes/nieqsa, it-titjira ma għandhiex tinbeda, sakemm:
|
(a)
|
l-inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors ma jkunx qed jitħaddem f’konformità mal-MEL (Minimum Equipment List, Lista tat-Tagħmir Minimu), jekk stabbilita; jew
|
|
(b)
|
l-inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors ma jkunx soġġett għal permess għat-titjir maħruġ f’konformità mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.”;
|
|
|
(j)
|
il-punt NCO.IDE.H.115 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“NCO.IDE.H.115 Dwal operattivi
L-inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors li jitħaddem billejl għandu jkun mgħammar:
|
(a)
|
b’sistema ta’ dwal għal kontra l-kolliżjonijiet;
|
|
(b)
|
bi dwal tan-navigazzjoni/tal-pożizzjoni;
|
|
(c)
|
b’dawl għal waqt l-inżul;
|
|
(d)
|
b’tidwil fornut mis-sistema tal-elettriku tal-inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors biex jipprovdi t-tidwil adegwat għall-istrumenti kollha u għat-tagħmir kollu li huma essenzjali għat-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors;
|
|
(e)
|
b’tidwil fornut mis-sistema tal-elettriku tal-inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors biex jipprovdi t-tidwil fil-kompartimenti kollha tal-passiġġieri;
|
|
(f)
|
b’dawl portabbli indipendenti għal kull post tal-membri tal-ekwipaġġ; u
|
|
(g)
|
bi dwal għall-konformità mar-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta’ Kolliżjonijiet fuq il-Baħar jekk l-inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors ikun anfibju.”;
|
|
|
(k)
|
il-punt NCO.IDE.H.120 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
fil-punt (a), il-kelma “Ħelikopter” hija sostitwita bil-kliem “Inġenju tal-Ajru li Jaħdem bir-Rotors”;
|
|
(ii)
|
fil-punt (b), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“(b)
|
L-inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors li jitħaddem taħt VMC (Visual Meteorological Conditions, kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali) billejl, jew meta l-viżibbiltà tkun inqas minn 1 500 m, jew f’kundizzjonijiet li fihom l-inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors ma jkunx jista’ jinżamm fit-trajettorja tat-titjira mixtieqa mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew iktar, minbarra (a), għandu jkun mgħammar:”;
|
|
|
(iii)
|
il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(c)
|
L-inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors li jitħaddem meta l-viżibbiltà tkun inqas minn 1 500 m, jew f’kundizzjonijiet li fihom l-inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors ma jkunx jista’ jinżamm fit-trajettorja tat-titjira mixtieqa mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew iktar, minbarra (a) u (b), għandu jkun mgħammar b’mezz għall-prevenzjoni ta’ funzjonament ħażin fis-sistema li tindika l-veloċità fl-ajru meħtieġa fil-punt (a)(4) minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ.”;
|
|
|
|
(l)
|
fil-punt NCO.IDE.H.135, il-kelma “Ħelikopters” hija sostitwita bil-kliem “Inġenji tal-Ajru li Jaħdmu bir-Rotors”;
|
|
(m)
|
il-punt NCO.IDE.H.140 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“NCO.IDE.H.140 Sits, ċinturini tas-sikurezza tas-sits, sistemi ta’ trażżin u apparati tat-trażżin għat-tfal
|
(a)
|
L-inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors għandhom ikunu mgħammra:
|
(1)
|
b’sit jew b’post għal kull persuna abbord li jkollha 24 xahar jew iktar, jew post għal kull membru tal-ekwipaġġ jew speċjalist tal-kompiti abbord;
|
|
(2)
|
b’ċinturin tas-sikurezza f’kull sit tal-passiġġieri u b’ċinturini tat-trażżin għal kull post, u apparati tat-trażżin għal kull post tal-membri tal-ekwipaġġ;
|
|
(3)
|
b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema tat-trażżin għan-naħa ta’ fuq tat-torso għal kull passiġġier li jkollu 24 xahar jew iktar, għall-inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà wara l-31 ta’ Diċembru 2012;
|
|
(4)
|
b’apparat tat-trażżin għat-tfal għal kull persuna abbord li jkollha inqas minn 24 xahar; u
|
|
(5)
|
b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema tat-trażżin għan-naħa ta’ fuq tat-torso li jkun fih apparat li jrażżan, b’mod awtomatiku, it-torso tal-okkupant fil-każ ta’ deċellerazzjoni rapida f’kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira.
|
|
|
(b)
|
Iċ-ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema tat-trażżin għan-naħa ta’ fuq tat-torso għandu jkun jinfetaħ permezz ta’ molla waħda.”;
|
|
|
(n)
|
fil-punt NCO.IDE.H.145, il-punt (a), il-kelma “Ħelikopters” hija sostitwita bil-kliem “Inġenji tal-Ajru li Jaħdmu bir-Rotors”;
|
|
(o)
|
il-punt NCO.IDE.H.155 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“NCO.IDE.H.155 Ossiġenu supplimentari – inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors mingħajr pressurizzazzjoni
L-inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors mingħajr pressurizzazzjoni li jitħaddmu meta tkun meħtieġa provvista tal-ossiġenu f’konformità mal-punt NCO.OP.190 għandhom ikunu mgħammra b’apparati tal-ossiġenu li jkunu kapaċi jaħżnu u jqassmu l-provvisti tal-ossiġenu meħtieġa.”
|
|
(p)
|
fil-punt NCO.IDE.H.160, is-sentenza introduttorja tal-punt (a) hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“(a)
|
L-inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors, għajr il-ħelikopters ELA2, għandhom ikunu mgħammra mill-inqas b’ċilindru wieħed tal-idejn għat-tifi tan-nar:”;
|
|
|
(q)
|
fil-punt NCO.IDE.H.165, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:
“Jekk iż-żoni tal-qafas tal-inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors li jkunu adattati għad-dħul mill-ekwipaġġi tas-salvataġġ waqt emerġenza jkunu mmarkati, dawn iż-żoni għandhom jiġu mmarkati kif muri fl-Illustrazzjoni 1.”;
|
|
(r)
|
il-punt NCO.IDE.170 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“NCO.IDE.H.170 Trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza (ELT, Emergency Locator Transmitter)
|
(a)
|
L-inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors li jkunu ċċertifikati għal konfigurazzjoni operazzjonali massima ta’ iktar minn sitt sits tal-passiġġieri għandhom ikunu mgħammra:
|
(2)
|
b’ELT tas-sopravivenza (ELT(S)) wieħed f’ċattra tas-salvataġġ jew f’ġakketta tas-salvataġġ meta l-inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors jitħaddmu minn distanza ’l bogħod mill-art li tkun tikkorrispondi għal iktar minn 3 minuti ta’ ħin ta’ titjir b’veloċità regolari normali.
|
|
|
(b)
|
L-inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors li jkunu ċċertifikati għal konfigurazzjoni operazzjonali massima ta’ sitt sits tal-passiġġieri jew inqas għandhom ikunu mgħammra b’ELT(S) jew b’apparat ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien (PLB, Personal Locator Beacon), li jinġarr minn membru tal-ekwipaġġ jew minn passiġġier, jew b’ELT awtomatiku.
|
|
(c)
|
L-ELTs ta’ kwalunkwe tip u l-PLBs għandhom ikunu kapaċi jittrażmettu b’mod simultanju fuq il-frekwenzi 121,5 MHz u 406 MHz.”;
|
|
|
(s)
|
il-punt NCO.IDE.H.175 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“NCO.IDE.H.175 Titjir fuq l-ilma
|
(a)
|
L-inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors għandhom ikunu mgħammra b’ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li tkun abbord jew b’apparat ekwivalenti li jżomm f’wiċċ l-ilma għal kull persona li tkun abbord li jkollha inqas minn 24 xahar, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti, meta dawn jitħaddmu:
|
(1)
|
waqt titjir fuq l-ilma lil hinn mid-distanza awtorotazzjonali mill-art, meta f’każ ta’ ħsara kritika fil-magna, l-inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors ma jkunux jistgħu jsostnu t-titjir f’livell kostanti; jew
|
|
(2)
|
waqt titjir fuq l-ilma lil hinn mid-distanza tal-igglajdjar mill-art, meta f’każ ta’ ħsara kritika fil-magna, il-ġiroplan ma jkunx jista’ jsostni t-titjir f’livell kostanti; jew
|
|
(3)
|
waqt titjir fuq l-ilma minn distanza ’l bogħod mill-art li tkun tikkorrispondi għal iktar minn 10 minuti ta’ titjir b’veloċita regolari normali, meta f’każ ta’ ħsara kritika fil-magna, l-inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors ikunu jistgħu jsostnu t-titjir f’livell kostanti; jew
|
|
(4)
|
waqt tlugħ jew inżul f’ajrudrom/f’sit operatorju li fih it-trajettorja tat-tlugħ jew tal-avviċinament tkun fuq l-ilma.
|
|
|
(b)
|
Kull ġakketta tas-salvataġġ jew apparat ekwivalenti individwali li jżomm f’wiċċ l-ilma għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ tidwil elettriku bl-iskop li jiffaċilita l-lokalizzazzjoni tal-persuni.
|
|
(c)
|
Il-bdot fil-kmand ta’ inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors li jitħaddem waqt titjira minn distanza ’l bogħod mill-art li tkun tikkorrispondi għal iktar minn 30 minuta ta’ titjir b’veloċità regolari normali jew ta’ 50 NM, skont liema minnhom tkun l-inqas, għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-okkupanti tal-inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors fil-każ ta’ nżul ta’ emerġenza fuq l-ilma, u abbażi ta’ dak huwa għandu jiddetermina l-ġarr ta’:
|
(1)
|
tagħmir sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm;
|
|
(2)
|
biżżejjed ċattri tas-salvataġġ sabiex fihom jinġarru l-persuni kollha abbord, li jkunu stivati b’tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħhom f’emerġenza; u
|
|
(3)
|
tagħmir li jsalva l-ħajja, li jipprovdi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq biex it-titjira titwettaq.
|
|
|
(d)
|
Il-bdot fil-kmand għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-okkupanti tal-inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors f’każ ta’ nżul ta’ emerġenza fuq l-ilma, meta jiddeċiedi jekk il-persuni kollha abbord għandhomx ikunu liebsa l-ġkieket tas-salvataġġ meħtieġa skont il-punt (a).”;
|
|
|
(t)
|
fil-punt NCO.IDE.H.180, il-kelma “Ħelikopters” hija sostitwita bil-kliem “Inġenji tal-Ajru li Jaħdmu bir-Rotors”;
|
|
(u)
|
il-punt NCO.IDE.H.185 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“NCO.IDE.H.185 L-inġenji tal-ajru kollha li jaħdmu bir-rotors li jwettqu titjiriet fuq l-ilma – inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma
L-inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors li jwettqu titjir fuq l-ilma f’ambjent ostili lil hinn minn distanza ta’ 50 NM mill-art għandhom ikunu wieħed minn dan li ġej:
|
(a)
|
iddisinjati għall-inżul fuq l-ilma f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni rilevanti;
|
|
(b)
|
iċċertifikati għall-inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni rilevanti;
|
|
(c)
|
mgħammra b’tagħmir ta’ emerġenza li jżomm f’wiċċ l-ilma.”;
|
|
|
(v)
|
il-punt NCO.IDE.H.190 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“NCO.IDE.H.190 Tagħmir tal-komunikazzjoni bir-radju
|
(a)
|
Meta jkun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru tat-titjir, l-inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-komunikazzjoni bir-radju, li jkun kapaċi jittrażmetti komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet ma’ dawk l-istazzjonijiet ajrunawtiċi u f’dawk il-frekwenzi sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru.
|
|
(b)
|
It-tagħmir tal-komunikazzjoni bir-radju, jekk ikun meħtieġ skont (a), għandu jippermetti l-komunikazzjoni fuq il-frekwenza għall-emerġenzi ajrunawtiċi 121,5 MHz.
|
|
(c)
|
Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ iktar minn unità waħda tat-tagħmir tal-komunikazzjoni, kull waħda għandha tkun indipendenti mill-oħra jew mill-oħrajn sal-punt li l-ħsara f’waħda ma tirriżultax fil-ħsara tal-oħra jew tal-oħrajn.
|
|
(d)
|
Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ sistema tal-komunikazzjoni bir-radju, u minbarra s-sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġa fil-punt NCO.IDE.H.135, l-inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors għandhom ikunu mgħammra b’buttuna ta’ trażmissjoni fuq is-sistema tal-kontroll ta’ kull bdot u/jew membru tal-ekwipaġġ meħtieġ fil-post assenjat tiegħu.”;
|
|
|
(w)
|
fil-punt NCO.IDE.H.200, il-kelma “ħelikopters” hija sostitwita bil-kliem “inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors”;
|
|
(y)
|
jiddaħħal il-punt NCO.SPEC.172 ġdid li ġej:
“NCO.SPEC.172 Prestazzjoni u kriterji operattivi – ġiroplani
Meta jkun qed jiġi operat ġiroplan f’għoli ta’ inqas minn 150 m (500 pied) fuq żona mhux konġestjonata, għal operazzjonijiet b’ġiroplani li mhumiex kapaċi jsostnu titjira f’livell kostanti fil-każ ta’ ħsara kritika fil-magna, il-bdot fil-kmand għandu jkun:
|
(a)
|
stabbilixxa proċeduri operattivi biex inaqqas kemm jista’ jkun il-konsegwenzi ta’ ħsara fil-magna; u
|
|
(b)
|
ta struzzjonijiet lill-membri tal-ekwipaġġ u lill-ispeċjalisti tal-kompiti kollha abbord dwar il-proċeduri li jridu jwettqu fil-każ ta’ nżul sfurzat.”.
|
|
|