Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D3198

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/3198 tas-16 ta’ Diċembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/254 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala

ST/15406/2024/INIT

ĠU L, 2024/3198, 17.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3198/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3198/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3198

17.12.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/3198

tas-16 ta’ Diċembru 2024

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/254 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Jannar 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/254 (1).

(2)

Fit-2 ta’ Frar 2024, fil-kuntest ta’ azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u t-trasferiment paċifiku tal-poter fil-Gwatemala, inkluż tentattivi biex jinbidel l-eżitu leġittimu tal-elezzjonijiet tal-Gwatemala tal-2023 bi ksur tal-kostituzzjoni tal-pajjiż, l-istat tad-dritt u l-prinċipji tad-demokrazija, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/457 (2) li żiedet ħames persuni mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/254.

(3)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/254 tapplika sat-13 ta’ Jannar 2025. Fuq il-bażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu estiżi sat-13 ta’ Jannar 2026.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/254 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/254, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-13 ta’ Jannar 2026.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/254 tat-12 ta’ Jannar 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala (ĠU L, 2024/254, 15.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/254/oj).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/457 tat-2 ta’ Frar 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/254 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala (ĠU L, 2024/457, 2.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/457/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3198/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top