This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D2846
Council Decision (CFSP) 2024/2846 of 5 November 2024 amending Decision (CFSP) 2021/509 establishing a European Peace Facility
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2846 tal-5 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2846 tal-5 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi
ST/12544/2024/INIT
ĠU L, 2024/2846, 6.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2846/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2846 |
6.11.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2846
tal-5 ta’ Novembru 2024
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1), l-Artikolu 41(2), l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 30(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Il-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża, approvata mill-Kunsill fil-21 ta’ Marzu 2022, appellat għal rivalutazzjoni sal-2023 tal-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjoni tal-ispejjeż komuni biex tissaħħaħ is-solidarjetà u tiġi stimulata l-parteċipazzjoni f’missjonijiet u operazzjonijiet militari, kif ukoll tal-ispejjeż relatati mal-eżerċizzji, anke fid-dawl ta’ proposti dwar il-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE. |
|
(2) |
Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ddiskuta proposti ta’ politika relatati għar-rivalutazzjoni matul l-2023 u l-2024. |
|
(3) |
Il-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu adottati fis-27 ta’ Mejju 2024, fakkar fl-impenn li jitwessa’ u jiġi estiż l-ambitu tal-ispejjeż komuni għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet militari u l-eżerċizzji tal-UE, u l-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE, u istenna b’ħerqa li dan l-impenn jitħaddem malajr kemm jista’ jkun. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 (1) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikoli 4, il-punt (g), huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
(2) |
l-Artikolu 44, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “7. Minbarra s-setgħa tiegħu skont il-punt (c) tal-paragrafu 2, il-Kumitat jista’ jiddeċiedi skont il-każ li, fid-dawl ta’ ċirkostanzi partikolari, ċerti spejjeż inkrimentali għajr dawk elenkati fl-Annessi II sa V għandhom jitqiesu bħala spejjeż komuni għal operazzjoni partikolari.” |
|
(3) |
l-Artikolu 45 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 45 Eżerċizzji ‘1. L-ispejjeż komuni tal-eżerċizzji tal-Unjoni għandhom jiġu ffinanzjati permezz tal-Faċilità skont ir-regoli u l-proċeduri simili għal dawk għal operazzjonijiet li għalihom jikkontribwixxu l-Istati Membri kollha, u sa ammont li għandu jiġi deċiż mill-Kumitat għal kull tip ta’ eżerċizzju, b’mod partikolari għall-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE (EU RDC), filwaqt li jitqies il-Programm ta’ Eżerċizzji u Attivitajiet Relatati mal-Eżerċizzji tal-UE skont il-PESK. Dan l-ammont jista’ jinqabeż skont il-każ, jekk jiġi permess mill-Kumitat meta japprova l-baġit ta’ eżerċizzju. 2. Soġġett għall-paragrafu 3, dawn l-ispejjeż komuni tal-eżerċizzji għandhom ikunu l-ispejjeż inklużi fl-Anness IV applikabbli għat-tip ta’ operazzjoni simulata fl-eżerċizzju. 3. Għan-nefqa li ġejja, l-ispejjeż komuni tal-eżerċizzji msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikopru:
4. Il-Kumitat jista’ jiddeċiedi skont il-każ li, minħabba ċirkostanzi partikolari, ċerti spejjeż inkrimentali barra minn dawk imsemmija f’dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala spejjeż komuni għal eżerċizzju partikolari, speċjalment għall-EU RDC.” |
|
(4) |
fl-Anness IV, il-PARTI A, taħt l-intestatura 2:
|
|
(5) |
l-Anness IV, il-PARTI A, l-intestatura 3 hija sostitwita b’dan li ġej:
; |
|
(6) |
fl-Anness IV, il-PARTI C:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
VARGA M.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2846/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)