This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D2636
Council Decision (CFSP) 2023/2636 of 20 November 2023 amending Decision (CFSP) 2021/2072 in support of building resilience in biosafety and biosecurity through the Biological and Toxin Weapons Convention
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2636 tal-20 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2072 b’appoġġ għall-bini ta’ reżiljenza fil-bijosikurezza u l-bijosigurtà permezz tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiniċi
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2636 tal-20 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2072 b’appoġġ għall-bini ta’ reżiljenza fil-bijosikurezza u l-bijosigurtà permezz tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiniċi
ST/15001/2023/INIT
ĠU L, 2023/2636, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2636/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 19/12/2024
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2636 |
22.11.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2636
tal-20 ta’ Novembru 2023
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2072 b’appoġġ għall-bini ta’ reżiljenza fil-bijosikurezza u l-bijosigurtà permezz tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiniċi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi
|
(1) |
Fil-25 ta’ Novembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2072 (1), li pprevediet perjodu ta’ 24 xahar għall-implimentazzjoni tal-proġetti li jibda fid-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(2) |
Dak il-perjodu ta’ implimentazzjoni kellu jintemm fid-19 ta’ Diċembru 2023. |
|
(3) |
Fit-23 ta’ Awwissu 2023, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta’ Diżarm (UNODA), li huwa responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/2072, talab estensjoni ta’ tnax-il xahar tal-perjodu ta’ implimentazzjoni. |
|
(4) |
L-estensjoni tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/2072 sad-19 ta’ Diċembru 2024 ma għandha l-ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2072 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/2072 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fid-19 ta’ Diċembru 2024.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
H. CREVITS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2072 tal-25 ta’ Novembru 2021 b’appoġġ għall-bini ta’ reżiljenza fil-bijosikurezza u l-bijosigurtà permezz tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiniċi (ĠU L 421, 26.11.2021, p. 56).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2636/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)