Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D2133

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2133 tat-13 ta’ Ottubru 2023 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9 u disa’ subkumbinazzjonijiet, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2023)6739)

C/2023/6739

ĠU L, 2023/2133, 17.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2133/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/10/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2133/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2133

17.10.2023

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2133

tat-13 ta’ Ottubru 2023

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9 u disa’ subkumbinazzjonijiet, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2023)6739)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Mejju 2018, Dow AgroSciences Europe, ibbażata fir-Renju Unit, ressqet applikazzjoni f’isem Dow AgroSciences LLC, ibbażata fl-Istati Uniti, lill-awtorità kompetenti tan-Netherlands (“l-applikazzjoni”) għall-introduzzjoni fis-suq ta’ ikel, ta’ ingredjenti tal-ikel u ta’ għalf li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9, f’konformità mal-Artikolu 5 u mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. L-applikazzjoni kkonċernat ukoll l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9, jew li jikkonsistu minnu, għal użi għajr għall-ikel u għall-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

(2)

Barra minn hekk, l-applikazzjoni kkonċernat l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minn 25 subkombinazzjoni tal-eventi uniċi ta’ trasformazzjoni li jikkostitwixxu l-qamħirrum MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9.

(3)

Minn dawk is-subkombinazzjonijiet, 16 diġà ġew awtorizzati kif ġej: MON 89034 × 1507, awtorizzata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/650/UE (2); MON 89034 × MIR162, MON 89034 × NK603, MIR162 × NK603, MON 89034 × MIR162 × NK603, awtorizzati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/60 (3); MON 89034 × DAS-40278-9, 1507 × DAS-40278-9, MON 89034 × 1507 × DAS-40278-9, awtorizzati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2086 (4); NK603 × DAS-40278-9, MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9, MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9, awtorizzati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2085 (5); 1507 × MIR162, awtorizzata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1305 (6); 1507 × NK603, awtorizzata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1306 (7); MON 89034 × 1507 × NK603, awtorizzata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/648/UE (8); 1507 × MIR162 × NK603, awtorizzata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1388 (9).

(4)

Din id-Deċiżjoni tkopri d-disa’ subkombinazzjoni li fadal fl-applikazzjoni: MIR162 × DAS-40278-9, MON 89034 × 1507 × MIR162, MON 89034 × MIR162 × DAS-40278-9, 1507 × MIR162 × DAS-40278-9, MIR162 × NK603 × DAS-40278-9, MON 89034 × 1507 × MIR162 × DAS-40278-9, MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9, MON 89034 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9 (“id-disa’ subkombinazzjonijiet ikkonċernati”).

(5)

F’konformità mal-Artikolu 5(5) u mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-applikazzjoni kienet tinkludi l-informazzjoni u l-konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Kienet tinkludi wkoll l-informazzjoni meħtieġa skont l-Annessi III u IV ta’ dik id-Direttiva u pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali f’konformità mal-Anness VII ta’ dik id-Direttiva.

(6)

Permezz tal-ittra tat-22 ta’ Marzu 2021, Corteva Agriscience LLC, ibbażata fl-Istati Uniti informat lill-Kummissjoni li Dow AgroSciences LLC biddlet l-isem għal Corteva Agriscience LLC mill-1 ta’ Jannar 2021.

(7)

Permezz tal-ittra tat-22 ta’ Marzu 2021, Corteva Agriscience LLC infurmat lill-Kummissjoni li, mit-22 ta’ Marzu 2021, ir-rappreżentant tagħha fl-Unjoni huwa Corteva Agriscience Belgium BV., ibbażata fil-Belġju.

(8)

Fit-12 ta’ Awwissu 2022, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ħarġet opinjoni xjentifika favorevoli (11) f’konformità mal-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. L-Awtorità kkonkludiet li l-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet tiegħu, kif deskritt fl-applikazzjoni, huma sikuri daqs il-komparatur mhux ġenetikament modifikat tagħhom u daqs il-varjetajiet ta’ referenza mhux ġenetikament modifikati tal-qamħirrum li ġew magħżula, f’dak li għandu x’jaqsam mal-effetti potenzjali fuq saħħet il-bniedem, saħħet l-annimali u l-ambjent.

(9)

Ma ġie identifikat l-ebda tħassib ġdid għas-sikurezza fir-rigward tas-subkombinazzjonijiet ivvalutati preċedentement u għaldaqstant, il-konklużjonijiet preċedenti dwar dawk is-subkombinazzjonijiet għadhom validi. Dwar id-disa’ subkombinazzjonijiet ikkonċernati, l-Awtorità kkonkludiet li huwa mistenni li dawn ikunu sikuri daqs l-eventi uniċi ta’ trasformazzjoni MON 89034, 1507, MIR162, NK603 u DAS-40278-9, daqs is-subkombinazzjonijiet ivvalutati preċedentement, u daqs il-qamħirrum b’ħames eventi kombinati MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9.

(10)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità qieset il-mistoqsijiet u l-preokkupazzjonijiet kollha li ressqu l-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif previst fl-Artikolu 6(4) u fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(11)

L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali li ressaq l-applikant, li jikkonsisti minn pjan ta’ sorveljanza ġenerali, huwa konformi mal-użi maħsuba tal-prodotti.

(12)

Fis-17 ta’ April 2023, l-Awtorità ħarġet dikjarazzjoni li tikkomplementa l-opinjoni xjentifika tagħha, filwaqt li qieset l-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-pubbliku. L-Awtorità ma identifikat l-ebda implikazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali dwar is-sikurezza tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162 għall-ikel u l-għalf jew għall-ambjent u kkonfermat li l-konklużjonijiet tal-opinjoni xjentifika tagħha għadhom validi.

(13)

Filwaqt li jitqiesu dawk il-konklużjonijiet, jenħtieġ li jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9, u tad-disa’ subkombinazzjonijiet ikkonċernati, għall-użi elenkati fl-applikazzjoni.

(14)

Jenħtieġ li jiġi assenjat identifikatur uniku għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9, u għad-disa’ subkombinazzjonijiet ikkonċernati, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 (12).

(15)

Ma jidhirx li huma meħtieġa xi rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar tal-prodotti koperti b’din id-Deċiżjoni, għajr dawk previsti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-użu ta’ dawk il-prodotti jibqa’ fil-limiti tal-awtorizzazzjoni mogħtija b’din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li t-tikkettar tal-prodotti koperti minnha, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tal-ikel, jindika b’mod ċar li mhumiex maħsuba għall-kultivazzjoni.

(16)

Jenħtieġ li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jressaq rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u dwar ir-riżultati tal-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Jenħtieġ li dawk ir-riżultati jiġu ppreżentati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE (14).

(17)

L-opinjoni tal-Awtorità ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew ta’ restrizzjonijiet speċifiċi għal-introduzzjoni fis-suq, għall-użu u għall-manipulazzjoni, inkluż rekwiżiti ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq rigward il-konsum tal-ikel u l-għalf li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet kollha tiegħu, jew għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjenti u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif previst fl-Artikolu 6(5), il-punt (e), u fl-Artikolu 18(5), il-punt (e), tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(18)

Jenħtieġ li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti koperti minn din id-Deċiżjoni tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikat imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(19)

Din id-Deċiżjoni trid tiġi nnotifikata permezz taċ-Ċentru ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-Bijosikurezza lill-Partijiet tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosigurtà lill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bioloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2), il-punt (c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

(20)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu. Dan l-att ta’ implimentazzjoni tqies li huwa meħtieġ u l-President ressqu lill-kumitat ta’ appell għal deliberazzjoni ulterjuri. Il-kumitat ta’ appell ma tax opinjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Organiżmu ġenetikament modifikat u l-identifikaturi uniċi

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.), kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, ġie assenjat l-identifikaturi uniċi li ġejjin, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 65/2004:

(a)

l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 × DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9;

(b)

l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-IR162-4 × DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × DAS-40278-9;

(c)

l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6 × DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9;

(d)

l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 × DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9;

(e)

l-identifikatur uniku DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 × DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9;

(f)

l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-IR162-4 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162;

(g)

l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × SYN-IR162-4 × DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × MIR162 × DAS-40278-9;

(h)

l-identifikatur uniku DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-IR162-4 × DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × DAS-40278-9;

(i)

l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 × DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162 × NK603 × DAS-40278-9;

(j)

l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162 × DAS-40278-9.

Artikolu 2

Awtorizzazzjoni

Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

(a)

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat imsemmi fl-Artikolu 1, li jkunu jikkonsistu minnu, jew li jkunu prodotti minnu;

(b)

għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat imsemmi fl-Artikolu 1, li jkun jikkonsisti minnu jew li jkun prodott minnu;

(c)

prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat imsemmi fl-Artikolu 1 jew li jkunu jikkonsistu minnu, għal użi għajr dawk previsti fil-punti (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Artikolu 3

It-tikkettar

1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”;

2.   Fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat imsemmi fl-Artikolu 1 jew li jkunu jikkonsistu minnu, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2, għandu jidher il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni”.

Artikolu 4

Metodu għad-detezzjoni

Il-metodi stabbiliti fil-punt (d) tal-Anness għandhom japplikaw għad-detezzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat imsemmi fl-Artikolu 1.

Artikolu 5

Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali

1.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif stabbilit fil-punt (h) tal-Anness, jitqiegħed fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jressaq rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ, f’konformità mal-format stabbilit fid-Deċiżjoni 2009/770/KE.

Artikolu 6

Reġistru Komunitarju

L-informazzjoni stabbilita fl-Anness għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikat, kif imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 7

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, irrappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV.

Artikolu 8

Validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 9

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Rue Montoyer 25, 1000 Brussell, il-Belġju.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/650/UE tas-6 ta’ Novembru 2013 tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat (ĠM) MON 89034 × 1507 × MON88017 × 59122 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7), erba’ qamħirrum ĠM relatati li jgħaqqdu tliet eventi singli differenti ĠM (MON89034 × 1507 × MON88017 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3), MON89034 × 1507 × 59122 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × DAS-59122-7), MON89034 × MON88017 × 59122 (MON-89Ø34-3 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7), 1507 × MON 88017 × 59122 (DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7)) u erba’ qamħirrum ĠM relatati li jgħaqqdu żewġ eventi ĠM singli differenti (MON89034 × 1507 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1), MON89034 × 59122 (MON-89Ø34-3 × DAS-59122-7), 1507 × MON88017 (DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3), MON 88017 × 59122 (MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7)) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 302, 13.11.2013, p. 47).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/60 tat-22 ta’ Jannar 2021 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603 u l-qamħirrum modifikat ġenetikament li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1111 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 26, 26.1.2021, p. 5).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2086 tat-28 ta’ Novembru 2019 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 316, 6.12.2019, p. 87).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2085 tat-28 ta’ Novembru 2019 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-sottokombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, jew ikunu jikkonsistu jew ikunu prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 6.12.2019, p. 80).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1305 tas-26 ta’ Lulju 2019 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × 1507 × GA21 u s-subkombinazzjonijiet Bt11 × MIR162 × 1507, MIR162 × 1507 × GA21 u MIR162 × 1507 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 204, 2.8.2019, p. 69).

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1306 tas-26 ta’ Lulju 2019 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × NK603 (DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6), li jkunu jikkonsistu minnu, jew li jkunu magħmulin minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 204, 2.8.2019, p. 75).

(8)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/648/UE tas-6 ta’ Novembru 2013 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jiġu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON89034 × 1507 × NK603 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 302, 13.11.2013, p. 38).

(9)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1388 tas-17 ta’ Awwissu 2021 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu magħmulin mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × MON810 × NK603, u mill-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, MIR162, MON810 u NK603 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 300, 24.8.2021, p. 22).

(10)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi mmodifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(11)  EFSA GMO Panel (Il-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Mmodifikati Ġenetikament), 2022; Scientific Opinion on the assessment of genetically modified maize MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9 and sub-combinations, for food and feed uses, under Regulation (KE) Nru 1829/2003 (application EFSA-GMO-NL-2018-151). EFSA Journal 2022; 20(8):7451. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2022,7451.

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabbiltà u l-ittikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabbiltà ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9).

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1).


ANNESS

(a)   Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem:

Corteva Agriscience LLC

Indirizz:

9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti;

irrappreżentata fl-Unjoni minn: Corteva Agriscience Belgium BV, Rue Montoyer 25, 1000 Brussell, il-Belġju.

(b)   Deżinjazzjoni u speċifikazzjoni tal-prodotti:

(1)

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat kif imsemmi fil-punt (e), li jkunu jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu;

(2)

għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat kif imsemmi fil-punt (e), li jkun jikkonsisti minnu jew li jkun prodott minnu;

(3)

prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat kif imsemmi fil-punt (e) jew li jkunu jikkonsistu minnu; għal użi għajr dawk previsti fil-punti (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON-89Ø34-3 jesprimi l-ġeni cry1 A.105 u cry2Ab2, li jagħtuh protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri.

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-Ø15Ø7-1 jesprimi l-ġene cry1F, li tagħti protezzjoni kontra ċerti pesti lepidotteri u l-ġene pat, li tagħti tolleranza għall-erbiċidi li għandhom bażi ta’ glufosinat-ammonju.

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat SYN-IR162-4 jesprimi l-ġene vip3Aa20, li jagħtih protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri. Barra minn hekk, il-ġene pmi li jikkodifika l-proteina PMI ntuża bħala markatur tal-għażla fil-proċess tal-modifikazzjoni ġenetika.

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament MON-ØØ6Ø3-6 jesprimi l-ġeni cp4 epsps u cp4 epsps l214p, li jagħtu tolleranza għall-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat.

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-4Ø278-9 jesprimi l-ġene aad-1, li jagħti tolleranza għall-erbiċidi bbażati fuq l-aċidu 2,4-diklorofenossiaċetiku (2,4-D) u fuq l-arilossifenossipropjonat (AOPP).

(c)   Tikkettar:

(1)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti dwar it-tikkettar previsti fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”;

(2)

Il-kliem “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat imsemmi fil-punt (e), jew li jkunu jikkonsistu minnu, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (b)(1).

(d)   Metodu tad-detezzjoni:

(1)

Il-metodi kwantitattivi ta’ detezzjoni speċifiċi għall-event u bbażati fuq il-PCR huma dawk ivvalidati individwalment għall-eventi ta’ qamħirrum modifikat ġenetikament MON-89Ø34-3, DAS-Ø15Ø7-1, SYN-IR162-4, MON-ØØ6Ø3-6 u DAS-4Ø278-9 u vverifikati ulterjorament fuq il-qamħirrum MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 × DAS-4Ø278-9.

(2)

Ivvalidat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fi http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/StatusOfDossiers.aspx

(3)

Materjal ta’ Referenza: AOCS 0906 (għal MON-89Ø34-3) huwa aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists’ Society fuq is-sit https://www.aocs.org/crm#maize; ERM®-BF418 (għal DAS-Ø15Ø7-1), ERM®-BF446 (għal SYN-IR162-4), ERM®-BF415 (għal MON-ØØ6Ø3-6) u ERM®-BF433 (għal DAS-4Ø278-9) huma aċċessibbli miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea fis-sit web https://crm.jrc.ec.europa.eu/.

(e)   Identifikatur uniku:

 

MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 × DAS-4Ø278-9;

 

MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-IR162-4 × DAS-4Ø278-9;

 

MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6 × DAS-4Ø278-9;

 

MON-89Ø34-3 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 × DAS-4Ø278-9;

 

DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 × DAS-4Ø278-9;

 

MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-IR162-4;

 

MON-89Ø34-3 × SYN-IR162-4 × DAS-4Ø278-9;

 

DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-IR162-4 × DAS-4Ø278-9;

 

SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 × DAS-4Ø278-9;

 

SYN-IR162-4 × DAS-4Ø278-9.

(f)   Tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza lill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

[Ċentru ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-Bijosikurezza, in-numru tal-ID tar-Rekord: ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati meta jiġi nnotifikat].

(g)   Kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq, għall-użu jew għall-manipulazzjoni tal-prodotti:

Mhumiex meħtieġa.

(h)   Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali:

Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

[Link: pjan ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati]

(i)   Rekwiżiti ta’ monitoraġġ tal-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem wara l-introduzzjoni fis-suq:

Mhumiex meħtieġa.

Nota:

il-links għad-dokumenti rilevanti għandu mnejn ikollhom bżonn jinbidlu minn żmien għal żmien. Dawk il-modifiki jiġu ppubblikati permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2133/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top