This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R1171
Commission Delegated Regulation (EU) 2022/1171 of 22 March 2022 amending Annexes II, III and IV to Regulation (EU) 2019/1009 of the European Parliament and of the Council for the purpose of adding recovered high purity materials as a component material category in EU fertilising products (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1171 tat-22 ta’ Marzu 2022 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-iskop li jiżdiedu l-materjali ta’ purità għolja bħala kategorija ta’ materjali komponenti fil-prodotti fertilizzanti tal-UE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1171 tat-22 ta’ Marzu 2022 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-iskop li jiżdiedu l-materjali ta’ purità għolja bħala kategorija ta’ materjali komponenti fil-prodotti fertilizzanti tal-UE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/1422
ĠU L 183, 8.7.2022, p. 2–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/2 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1171
tat-22 ta’ Marzu 2022
li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-iskop li jiżdiedu l-materjali ta’ purità għolja bħala kategorija ta’ materjali komponenti fil-prodotti fertilizzanti tal-UE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE. Il-prodotti fertilizzanti tal-UE fihom materjali komponenti ta’ kategorija waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2019/1009, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 44 bl-iskop tal-adattament tal-Anness II għall-progress tekniku. Skont l-Artikolu 42(3) tar-Regolament (UE) 2019/1009 meħud flimkien mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni tista’ tinkludi fil-kategoriji tal-materjali komponenti, materjali li ma jibqgħux jitqiesu bħala skart wara operazzjoni ta’ rkupru jekk tali materjali jkunu se jintużaw għal skopijiet speċifiċi, ikollhom suq jew domanda eżistenti u l-użu tagħhom ma jwassalx għal impatti negattivi ġenerali fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem. |
(3) |
Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (“JRC”) tal-Kummissjoni identifika ċerti materjali ta’ purità għolja li jistgħu jiġu rkuprati mill-iskart u jintużaw bħala materjali komponenti fi prodotti fertilizzanti tal-UE (3). |
(4) |
Il-materjali ta’ purità għolja identifikati mill-JRC huma l-imlieħ tal-ammonju, l-imlieħ tas-sulfat, l-imlieħ tal-fosfat, il-kubrit elementali, il-karbonat tal-kalċju u l-ossidu tal-kalċju. Dawk il-materjali kollha huma koperti mir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), għandhom domanda sinifikanti fis-suq u wrew il-valur agronomiku għoli tagħhom matul l-istorja twila ta’ użu fil-qasam. |
(5) |
Bħala l-ewwel miżura sabiex tiġi żgurata kemm is-sikurezza kif ukoll l-effiċjenza agronomika, jenħtieġ li jiġi stabbilit rekwiżit minimu ta’ purità tal-materjali ta’ purità għolja. Skont l-informazzjoni disponibbli fir-rapport ta’ valutazzjoni tal-JRC, purità ta’ 95 %, espressa f’termini tal-materja niexfa tal-materjal, se tiżgura effiċjenza agronomika għolja b’riskji baxxi għall-ambjent, għas-saħħa u għas-sikurezza. Filwaqt li, għal xi materjali, din il-purità għolja hija stabbilita f’livelli aktar ambizzjużi minn dawk meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2003/2003, huwa stmat li tali purità ogħla tista’ tinkiseb abbażi tal-prattiki eżistenti. |
(6) |
Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġi speċifikat li l-materjali ta’ purità għolja jiġu rkuprati mill-iskart wara żewġ tipi ta’ proċessi: proċessi li jiżolaw l-imlieħ jew elementi oħra permezz ta’ (taħlita ta’) metodi ta’ purifikazzjoni avvanzati, bħall-kristallizzazzjoni, iċ-ċentrifugazzjoni jew l-estrazzjoni likwidu-likwidu, li spiss jiġu applikati fl-industriji (petro)kimiċi; u proċessi ta’ purifikazzjoni tal-gassijiet jew ta’ kontroll tal-emissjonijiet imfassla sabiex ineħħu n-nutrijenti mill-ffluwenti gassużi. |
(7) |
Għalhekk, il-kontenut ta’ ċerti impuritajiet, patoġeni jew kontaminanti li huma speċifiċi għal dawk il-materjali, jew il-kontenut tal-karbonju organiku jenħtieġ li jkun limitat, abbażi tar-rapport ta’ valutazzjoni tal-JRC. Tali kriterji jenħtieġ li japplikaw flimkien mal-kriterji ta’ sikurezza stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1009 għall-kategorija funzjonali tal-prodotti korrispondenti u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(8) |
Konsegwentement, jenħtieġ li jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu addizzjonali għall-kontaminanti l-kromu totali u t-tallju. Uħud mill-materjali ta’ purità għolja jista’ jkun fihom kontaminanti bħal dawn bħala riżultat tal-materjali ta’ input u tal-proċessi li jinkisbu minnhom. Il-valuri ta’ limitu proposti għal dawk il-kontaminanti jenħtieġ li jiżguraw li l-użu tal-prodotti fertilizzanti tal-UE li jkun fihom materjali ta’ purità għolja b’tali kontaminanti ma jwassalx għall-akkumulazzjoni tagħhom fil-ħamrija. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti dwar il-kontenut tal-patoġeni għall-prodotti fertilizzanti kollha tal-UE li fihom jew li jikkonsistu minn materjali ta’ purità għolja minħabba l-varjetà wiesgħa ta’ proċessi li jistgħu jinkisbu minnhom u l-flussi tal-iskart permessi bħala materjali ta’ input. Il-valuri ta’ limitu kemm għall-kontaminanti kif ukoll għall-patoġeni jenħtieġ li jiġu ddeterminati bħala konċentrazzjoni fil-prodott finali, simili għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1009. Dan huwa ġġustifikat mill-fatt li l-kriterji ta’ sikurezza introdotti bi tweġiba għal kwalunkwe riskju partikolari identifikat jikkonċernaw, bħala regola, il-prodott finali u mhux materjal komponenti. Dan jiffaċilita wkoll is-sorveljanza tas-suq ta’ tali prodotti, peress li t-testijiet iridu jitwettqu biss fuq il-prodott finali. |
(9) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji ta’ sikurezza addizzjonali sabiex jiġi limitat il-kontenut ta’ 16-il idrokarbur aromatiku poliċikliku (PAH16) (6) u ta’ dibenżo-p-diossini u poliklorodibenżofuran poliklorurati (PCDD/PCDF) (7). Ir-Regolament (UE) 2019/1021 jistabbilixxi tnaqqis fir-rilaxx għall-PAH16 u għall-PCDD/PCDF bħala sustanzi prodotti b’mod mhux intenzjonat matul il-proċessi tal-manifattura, iżda ma jintroduċix valur ta’ limitu f’tali każijiet. Minħabba r-riskji għoljin iġġenerati mill-preżenza ta’ tali sustanzi niġġiesa fil-prodotti fertilizzanti, huwa meqjus xieraq li jiġu introdotti rekwiżiti aktar stretti minn dawk stipulati f’dak ir-Regolament. Tali valuri ta’ limitu jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-livell tal-materjal komponenti u mhux bħala konċentrazzjoni fil-prodott finali, sabiex tiġi żgurata l-koerenza mar-Regolament (UE) 2019/1021. |
(10) |
Dawn il-valuri ta’ limitu jistgħu ma jkunux rilevanti għall-materjali kollha ta’ purità għolja li għandhom jiġu inklużi bħala kategorija ġdida ta’ materjali komponenti. Għalhekk, il-manifatturi jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jippreżumu l-konformità tal-prodott fertilizzanti ma’ rekwiżit partikolari mingħajr verifika, bħall-ittestjar, kull meta l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit issegwi ċertament u b’mod mhux kontestabbli min-natura jew mill-proċess ta’ rkupru tal-materjal ta’ purità għolja rispettiv jew tal-proċess ta’ manifattura tal-prodott fertilizzanti tal-UE. |
(11) |
Bħala miżura ta’ sikurezza addizzjonali, il-materjali ta’ purità għolja jenħtieġ li jiġu rreġistrati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), fil-kundizzjonijiet estensivi diġà stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1009 għas-sustanzi kimiċi f’kategoriji oħrajn ta’ materjali komponenti. Dan jiżgura li l-manifatturi jqisu l-użu bħala prodott fertilizzanti huma u jwettqu l-valutazzjoni tar-riskju skont dak ir-Regolament u li r-reġistrazzjoni ssir ukoll għall-materjali b’tunnellaġġ baxx. |
(12) |
Barra minn hekk, uħud mill-materjali ta’ purità għolja jistgħu jkunu disponibbli fis-swieq lokali fi kwantitajiet li jaqbżu d-domanda. Sabiex jiġi żgurat li d-domanda tas-suq għall-materjali ta’ purità għolja teżisti u li l-ħżin fit-tul tagħhom f’kundizzjonijiet subottimali ma jwassalx għal impatti ambjentali negattivi, huwa xieraq li jiġi limitat il-perjodu ta’ żmien li matulu jistgħu jintużaw bħala materjali komponenti għall-prodotti fertilizzanti tal-UE wara li jkunu ġew iġġenerati. Il-manifatturi jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiffirmaw id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għall-prodott fertilizzanti tal-UE li jkun fih il-materjal imsemmi f’dak il-perjodu. |
(13) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-materjali ta’ purità għolja, jekk jiġu rkuprati skont ir-regoli ta’ rkupru ssuġġeriti mir-rapport ta’ valutazzjoni tal-JRC, jiżguraw l-effiċjenza agronomika skont it-tifsira tal-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2019/1009. Barra minn hekk, dawn jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE. Fl-aħħar nett, jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti l-oħrajn stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1009 b’mod ġenerali u fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament b’mod partikolari, ma jkunux jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent skont it-tifsira tal-punt (b)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2019/1009. Tali materjali jkollhom ukoll skop utli peress li jissostitwixxu materja prima oħra użata fil-produzzjoni ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE. Għalhekk, il-materjali ta’ purità għolja rkuprati jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009. |
(14) |
Barra minn hekk, minħabba l-fatt li l-materjali ta’ purità għolja huma skart irkuprat skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE, jenħtieġ li jiġu esklużi mill-Kategoriji 1 u 11 tal-materjali komponenti tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament. |
(15) |
Uħud mill-materjali ta’ purità għolja jista’ jkun fihom is-selenju li jista’ jkun tossiku jekk ikun preżenti f’konċentrazzjoni għolja. Xi wħud jista’ jkun fihom ukoll il-klorur, li jista’ jqajjem tħassib dwar is-salinità fil-ħamrija. Kull meta dawk is-sustanzi jkunu preżenti f’konċentrazzjonijiet li jaqbżu ċertu limitu, il-kontenut tagħhom jenħtieġ li jiġi indikat fuq it-tikketta sabiex l-utenti tal-prodott fertilizzanti jkunu informati kif xieraq. L-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/1009 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(16) |
Huwa importanti li jiġi żgurat li meta l-prodotti fertilizzanti jkun fihom materjali ta’ purità għolja, dawn ikunu soġġetti għal proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa li tinkludi sistema ta’ kwalità vvalutata u approvata minn korp notifikat. Għalhekk, huwa neċessarju li l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 jiġi emendat sabiex tiġi prevista valutazzjoni tal-konformità xierqa għal tali prodotti fertilizzanti. |
(17) |
Minħabba li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II u III tar-Regolament (UE) 2019/1009 u l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament iridu japplikaw mis-16 ta’ Lulju 2022, huwa neċessarju li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi differita għall-istess data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
(2) |
l-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
(3) |
l-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-16 ta’ Lulju 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1.
(2) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(3) Huygens D, Saveyn HGM, Technical proposals for by-products and high purity materials as component materials for EU Fertilising Products, JRC128459, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2022.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).
(6) Is-somma ta’ naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-cd]piren, dibenżo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen.
(7) Is-somma ta’ 2,3,7,8-TCDD, 1,2,3,7,8-PeCDD; 1,2,3,4,7,8-HxCDD; 1,2,3,6,7,8-HxCDD; 1,2,3,7,8,9-HxCDD; 1,2,3,4,6,7,8-HpCDD; OCDD; 2,3,7,8-TCDF; 1,2,3,7,8-PeCDF; 2,3,4,7,8-PeCDF; 1,2,3,4,7,8-HxCDF; 1,2,3,6,7,8-HxCDF; 1,2,3,7,8,9-HxCDF; 2,3,4,6,7,8-HxCDF; 1,2,3,4,6,7,8-HpCDF; 1,2,3,4,7,8,9-HpCDF; u OCDF.
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS I
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Parti I, jiżdied il-punt li ġej: “CMC 15: Materjali ta’ purità għolja rkuprati”. |
(2) |
Il-parti II hija emendata kif ġej:
|
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma-skart urban (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-Ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6).
(4) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(5) Is-somma ta’ naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-cd]piren, dibenżo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen.”
(6) van den Berg M., L.S. Birnbaum, M. Denison, M. De Vito, W. Farland, et al. (2006) L-evalwazzjoni mill-ġdid tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-2005 tal-Fatturi ta’ Ekwivalenza Tossika tal-Bniedem u tal-Mammalian għad-Diossini u l-Komposti simili għad-Diossini Xjenzi tossikoloġiċi: Ġurnal uffiċjali tas-Soċjetà tat-Tossikoloġija 93:223–241. doi:10.1093/toxsci/kfl055.
(7) Għadd totali ta’ 2,3,7,8-TCDD, 1,2,3,7,8-PeCDD; 1,2,3,4,7,8-HxCDD; 1,2,3,6,7,8-HxCDD; 1,2,3,7,8,9-HxCDD; 1,2,3,4,6,7,8-HpCDD; OCDD; 2,3,7,8-TCDF; 1,2,3,7,8-PeCDF; 2,3,4,7,8-PeCDF; 1,2,3,4,7,8-HxCDF; 1,2,3,6,7,8-HxCDF; 1,2,3,7,8,9-HxCDF; 2,3,4,6,7,8-HxCDF; 1,2,3,4,6,7,8-HpCDF; 1,2,3,4,7,8,9-HpCDF; u OCDF.”.”
ANNESS II
Fil-Parti I tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/1009, jiddaħħal il-punt 7b li ġej:
“7b. |
Meta il-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih jew jikkonsisti minn materjali ta’ purità għolja msemmija fil-Parti II, CMC 15, tal-Anness II u:
|
Meta l-kontenut tas-selenju jew tal-klorur ikun indikat skont il-punti (a) u (b), dan għandu jkun separat b’mod ċar mid-dikjarazzjoni tan-nutrijenti u jista’ jiġi espress bħala firxa ta’ valuri
Meta il-fatt li tali prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih selenju jew klorur taħt il-valuri limitu fil-punti (a) u (b) isegwi b’mod ċert u ma jistax jiġi kkontestat min-natura jew l-operazzjoni ta’ rkupru tal-materjal ta’ purità għolja jew il-proċess ta’ produzzjoni tal-prodott fertilizzanti tal-UE li jkun fih tali materjal, kif applikabbli, it-tikketta ma jista’ jkun fiha l-ebda informazzjoni dwar dawn il-parametri, mingħajr verifika (bħal ittestjar), taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur.”.
ANNESS III
Fil-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1009, il-Modulu D1 (Assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni) huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-punt 2.2, is-subpunt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
Fil-punt 5.1.1.1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
Il-punt 5.1.2.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(4) |
Il-punt 5.1.3.1 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
Fil-punt 5.1.4.1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(6) |
Fil-punt 5.1.5.1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(7) |
Fil-punt 6.3.2, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:
|