Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0236

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/236 tal-21 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    ST/5715/2022/INIT

    ĠU L 40, 21.2.2022, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/236/oj

    21.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 40/3


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/236

    tal-21 ta’ Frar 2022

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    (2)

    L-Unjoni Ewropea ma tirrikonoxxix u tibqa’ tikkundanna l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa, u għalhekk ma tirrikonoxxix l-hekk imsejħa elezzjonijiet li saru fil-peniżola annessa illegalment tal-Krimea.

    (3)

    Wara l-organizzazzjoni, mill-Federazzjoni Russa, tal-hekk imsejħa elezzjonijiet għad-Duma tal-Istat fir-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’, annessa illegalment, u fil-Belt ta’ Sevastopol f’Settembru 2021, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiżdiedu ħames individwi mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għar-rwol tagħhom fit-tqegħid fil-periklu jew fit-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    (4)

    Għalhekk l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES


    (1)  ĠU L 78, 17.3.2014 p. 6.


    ANNESS

    Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

     

    Isem

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “204.

    Aleksei Yurievich CHERNIAK

    (Алексей Юрьевич ЧЕРНЯК)

    Ġeneru: Raġel

    Data tat-twelid: 27.8.1973

    Post tat-twelid: Alma-Ata, ir-Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Każakistan (issa l-Każakistan)

    Nazzjonalità: Russa

    Membru tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa mid-19 ta’ Settembru 2021. Elett mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, annessa illegalment, mill-hekk imsejħa “kostitwenza ta’ Simferopol”.

    Membru tal-partit fil-gvern Russja Magħquda.

    Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” u b’hekk appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    21.2.2022

    205.

    Leonid Ivanovich BABASHOV

    (Леонид Иванович БАБАШОВ)

    Ġeneru: Raġel

    Data tat-twelid: 31.1.1966

    Post tat-twelid: Petrovka, l-Oblast tal-Krimea, ir-Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Ukrajna; (issa l-Ukrajna)

    Membru tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa mid-19 ta’ Settembru 2021. Elett mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, annessa illegalment, mill-hekk imsejħa “kostitwenza ta’ Yevpatoria”.

    Membru tal-partit fil-gvern Russja Magħquda.

    Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” u b’hekk appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    21.2.2022

    206.

    Tatiana Georgievna LOBACH

    (Татьяна Георгиевна ЛОБАЧ)

    Ġeneru: Mara

    Data tat-twelid:8.1.1974

    Post tat-twelid: Khmelnytskyi (ir-Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Ukrajna) (issa l-Ukrajna)

    Membru tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa mid-19 ta’ Settembru 2021. Eletta mill-Belt ta’ Sevastopol, annessa illegalment, mill-hekk imsejħa “kostitwenza ta’ Sevastopol”.

    Membru tal-partit fil-gvern Russja Magħquda.

    Billi assumiet din il-kapaċità u aġixxiet fiha, ħadmet għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-Belt ta’ Sevastopol, annessa illegalment, u b’hekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    21.2.2022

    207.

    Nina Sergeevna FAUSTOVA

    (Нина Сергеевна ФАУСТОВА)

    Ġeneru: Mara;

    Data tat-twelid: 11.7.1983

    Post tat-twelid: Kyzyl, ir-Repubblika ta’ Tuva, ir-Repubblika Soċjalista Federattiva Sovjetika tar-Russja (issa l-Federazzjoni Russa)

    Kap tal-kummissjoni elettorali ta’ Sevastopol, li ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa elezzjonijiet fir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, annessa illegalment, u fil-Belt ta’ Sevastopol, li saru f’Settembru 2021.

    Billi assumiet u aġixxiet f’din il-kapaċità, hija appoġġat u implimentat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    21.2.2022

    208.

    Aleksandr Evgenevich CHMYHALOV

    (Александр Евгеньевич ЧМЫХАЛОВ)

    Ġeneru: Raġel

    Data tat-twelid: 13.6.1990;

    Viċi Kap tal-kummissjoni elettorali ta’ Sevastopol, li ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa elezzjonijiet fir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, annessa illegalment, u fil-Belt ta’ Sevastopol, li saru f’Settembru 2021.

    Membru tal-partit fil-gvern “Russja Magħquda”.

    Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa appoġġa u implimenta b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    21.2.2022”


    Top